|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7267 |
3.12.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11717 – SUMITOMO / EEW HOLDING / EEW OFFSHORE WIND EU HOLDING)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7267)
1.
Fis-26 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun), |
|
— |
DiScho Vermögensverwaltung GmbH & Co. KG, li qabel kienet EEW Holding GmbH & Co. KG (“EEW Holding”, il-Ġermanja). EEW Holding bħalissa hi kompletament proprjetarja ta’ EEW Offshore Wind EU Holding, li għandha l-ishma ta’ (i) EEW Special Pipe Constructions GmbH (“SPC”), (ii) AWS Schäfer Technologie GmbH (“AWS”), (iii) EEW Management Services GmbH (“MS”), u (iv) EEW Offshore Wind Holding Komplementär GmbH (“EEW Komplementär”). EEW Offshore Wind EU Holding flimkien ma’ SPC, AWS, MS, and EEW Komplementär huma riferuti bħala l-“Mira”. |
Sumitomo u EEW Holding se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Mira kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Sumitomo hija kumpanija kummerċjali u ta’ investiment globali. Hija attiva fil-kummerċ u l-investiment f’firxa ta’ attivitajiet kummerċjali fil-Ġappun u madwar id-dinja, inklużi l-azzar, il-karozzi, it-trasport u l-kostruzzjoni ta’ sistemi, żvilupp urban divers, il-midja u d-diġitali, l-istil ta’ ħajja, ir-riżorsi minerali, is-soluzzjonijiet kimiċi u t-trasformazzjoni tal-enerġija, |
|
— |
EEW Holding hija soċjetà Ġermaniża għall-ġestjoni tal-assi. Hija attiva, permezz tal-Mira, fil-produzzjoni kemm tal-monopili użati fil-parks eoliċi kif ukoll fil-makkinarju għall-produzzjoni u/jew l-ipproċessar tal-pajpijiet (inklużi l-monopili). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11717 – SUMITOMO / EEW HOLDING / EEW OFFSHORE WIND EU HOLDING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7267/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)