<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑91/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0091</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:92">EU:T:2014:92</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>28</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>28</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20140227">27.2.2014</DATE> — KAWŻA T-91/11</P><P>INNOLUX vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq dinji tal-pannelli tal-kristalli likwidi (LCDs)</KEYWORD><KEYWORD>Ftehimiet u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezz u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenza territorjali</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ intern</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodotti suġġetti għal kartell</KEYWORD><KEYWORD>Ksur uniku u kontinwat</KEYWORD><KEYWORD>Multi</KEYWORD><KEYWORD>Metodu ta’ arrotondament</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sħiħa</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-91/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">InnoLux Corp.</HT>, li kienet Chimei InnoLux Corp., stabbilita fi Zhunan (it-Tajwan), irrappreżentata minn J.-F. Bellis, avukat, u R. Burton, solicitor,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn P. Van Nuffel, F. Ronkes Agerbeek u A. Biolan, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-<DATE ISO="20101208">8 ta’ Diċembru 2010</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.309 – LCD), u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, G. Berardis (Relatur) u C. Wetter, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: N. Rosner, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130424">24 ta’ April 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kumpanniji inkwistjoni f’din il-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Chi Mei Optoelectronics Corp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>CMO<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kienet il-kumpannija rregolata mid-dritt Tajwaniż li kienet tikkontrolla grupp ta’ kumpanniji stabbiliti fid-dinja kollha u attivi fil-produzzjoni tal-pannelli tal-kristalli likwidi b’livell attiv (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>LCDs<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20091120">20 ta’ Novembru 2009</DATE>, CMO kkonkludiet ftehim ta’ konċentrazzjoni mal-kumpanniji InnoLux Display Corp. u TPO Displays Corp. Skont dan il-ftehim, mit-<DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE>, TPO Displays u CMO waqfu milli jeżistu. L-entità ġuridika sussegwenti bidlet isimha darbtejn, fejn l-ewwel nett għaddiet minn InnoLux Display Corp. għal Chimei InnoLux Corp. u fl-aħħar nett, għal InnoLux Corp., ir-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Proċedura amministrattiva</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fi [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzajli</HT>], il-kumpannija rregolata mid-dritt Korean Samsung Electronics Co. Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Samsung<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) ippreżentat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej talba intiża sabiex tinkiseb immunità minn multa skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Komunikazzjoni dwar il-klemenza tal-2002<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>F’din l-okkażjoni, Samsung ċaħdet l-eżistenza ta’ akkordju bejn diversi impriżi, fosthom ir-rikorrenti, li jikkonċernaw ċerti tipi ta’ LCDs.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, il-Kummissjoni tat lil Samsung l-immunità inkondizzjonali, skont il-paragrafu 15 tal-Komunikazzjoni dwar il-klemenza tal-2002, filwaqt li hija rrifjutat din l-immunità lil parteċipant ieħor fl-akkordju, il-kumpannija rregolata mid-dritt Korean LG Display Co. Ltd, li preċedentement kienet imsejħa LG Philips LCD Co. Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>LGD<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090527">27 ta’ Mejju 2009</DATE>, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura amministrattiva u adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE>, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81) Din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet indirizzata lil sittax-il kumpannija, fosthom CMO u żewġ sussidjarji Ewropej miżmuma 100 % minn CMO, jiġifieri Chi Mei Optoelectronics BV u Chi Mei Optoelectronics UK Ltd. F’dan ir-rigward, fil-premessi 281 sa 285 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni b’mod partikolari fakkret li, skont il-ġurisprudenza, l-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni kienu jirrikonoxxu li kumpanniji differenti li jappartjenu għall-istess grupp kienu jikkostitwixxu entità ekonomika, u għalhekk impriża fis-sens tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, jekk il-kumpanniji kkonċernati ma kinux jiddeterminaw b’mod awtonomu l-aġir tagħhom fis-suq (sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, Michelin vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-203/01" PAGE.ECR="II-4071" YEAR="2003">T-203/01, Ġabra p. II-4071</REF.DOC.ECR>, punt 290), u, it-tieni nett, kien biżżejjed li l-Kummissjoni kellha turi li l-kapital kollu ta’ sussidjarja kien miżmum mill-kumpannija parent tagħha sabiex il-preżunzjoni li din il-kumpannija parent kienet teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja fis-suq tiġi stabbilita (sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20090331">31 ta’ Marzu 2009</DATE>, ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-405/06" PAGE.ECR="II-771" YEAR="2009">T-405/06, Ġabra p. II-771</REF.DOC.ECR>, punt 91). Sussegwentement, fil-premessi 327 sa 329 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet għaliex, skont il-ġurisprudenza mfakkra, iż-żewġ sussidjarji ta’ CMO msemmija iktar ’il fuq kellhom jiġu kkunsidrati responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ksur imwettaq minn CMO.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Mad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kien mehmuż CD-ROM li kien jinkludi l-partijiet aċċessibbli tal-fajl tal-Kummissjoni. Id-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għamlu użu mid-dritt ta’ aċċess tagħhom għall-partijiet tal-fajl tal-Kummissjoni li kienu disponibbli biss fil-bini tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet urew lill-Kummissjoni, bil-miktub, il-fehma tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet imqajma fir-rigward tagħhom fit-terminu previst.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Diversi destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, fosthom ir-rikorrenti, eżerċitaw id-dritt għal smigħ orali tagħhom, waqt is-seduta li seħħet fit-22 u fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba għal informazzjoni tal-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE> u permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20100406">6 ta’ April 2010</DATE>, il-partijiet ġew b’mod partikolari mistiedna sabiex jissottomettu informazzjoni dwar il-valur tal-bejgħ li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa u sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>CMO wieġbet għal din l-ittra fit-<DATE ISO="20100423">23 ta’ April 2010</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20101208">8 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2010) 8761 finali dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.309 – LCD) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), fejn ġie ppubblikat sunt f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tas-<DATE ISO="20111007">7 ta’ Ottubru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="8" NO.OJ="295" DATE.PUB="2011">ĠU C 295, p. 8</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata ġiet indirizzata lil sitta minn sittax-il kumpannija destinatarja tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, fosthom ir-rikorrenti. Min-naħa l-oħra, is-sussidjarji tagħha, li lilhom din il-komunikazzjoni kienet ġiet indirizzata, ma humiex iktar imsemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat l-eżistenza ta’ akkordju bejn sitt produtturi internazzjonali kbar ta’ LCDs, fosthom ir-rikorrenti, f’dak li jikkonċerna ż-żewġ kategoriji li ġejjin ta’ dawn il-prodotti, ta’ daqs ugwali jew iktar minn tnax il-pulzier: l-LCDs għat-teknoloġiji tal-informazzjoni, bħal dawk għal-kompjuters portabbli kumpatti u l-moniters tal-kompjuters (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>LCDs-TI<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), u l-LCDs għat-televixins (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>LCDs-TV<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>LCDs suġġetti għal kartell<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni kkontestata, dan l-akkordju ħa l-forma ta’ ksur uniku u kontinwat tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, li seħħ bejn il-<DATE ISO="20011005">5 ta’ Ottubru 2001</DATE> u l-<DATE ISO="20060201">1 ta’ Frar 2006</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>perijodu ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), minn tal-inqas. Matul dan il-perijodu, il-parteċipanti fl-akkordju kellhom diversi laqgħat multilaterali, li huma sejħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>laqgħat Cristal<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, prinċipalment f’lukandi fit-Tajwan. Dawn il-laqgħat kellhom għan li kien b’mod ċar antikompetittiv, peress li dawn kienu l-okkażjoni għall-parteċipanti, b’mod partikolari, li jiffissaw prezzijiet minimi għal-LCDs suġġetti għal kartell, sabiex jiddiskutu l-ippjanar tal-prezz sabiex jiġi evitat it-tnaqqis u sabiex jikkoordinaw iż-żidiet fil-prezz kif ukoll il-livelli ta’ produzzjoni. Matul il-perijodu ta’ ksur, il-parteċipanti fl-akkordju ltaqgħu ma’ xulxin b’mod bilaterali u ta’ spiss skambjaw informazzjoni dwar is-suġġetti diskussi waqt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>laqgħat Cristal<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Barra minn hekk huma ħadu miżuri sabiex jivverifikaw jekk id-deċiżjonijiet adottati waqt dawn il-laqgħat kinux applikati (premessi 70 sa 74 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Minkejja li r-rikorrenti kienet sostniet li s-suq tal-LCDs-TV kien differenti minn dak tal-LCDs‑TI u li akkordju kien jeżisti biss għal dawn tal-aħħar, il-Kummissjoni madankollu kkunsidrat li dan kien ksur uniku u kontinwat li jkopri dawn il-prodotti kollha (premessi 281 u 283 sa 290 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għall-iffissar tal-multi imposti mid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni użat il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>linji gwida tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont il-linji gwida tal-2006, il-Kummissjoni l-ewwel nett iddefinixxiet il-valur tal-bejgħ tal-LCDs suġġetti għal kartell direttament jew indirettament ikkonċernati mill-ksur. Għal dan il-għan, hija stabbilixxiet it-tliet kategoriji li ġejjin ta’ bejgħ imwettaq mill-parteċipanti fl-akkordju:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>bejgħ ŻEE dirett<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jiġifieri bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell lil impriża oħra fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jiġifieri bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell integrati, fi ħdan il-grupp li jagħmel parti minnu l-produttur, f’prodotti lesti li jinbiegħu lil impriża oħra fi ħdan iż-ŻEE;</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>bejgħ indirett<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jiġifieri bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell lil impriża oħra li tinsab barra miż-ŻEE, li sussegwentement tinkorpora l-pannelli f’prodotti lesti li hija tbigħ fiż-ŻEE (premessa 380 tad-deċiżjoni kkontestata).</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni qieset li hija setgħet tillimita ruħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-ewwel żewġ kategoriji msemmija fil-punt 18 iktar ’il fuq, peress li l-inklużjoni tat-tielet kategorija ma hijiex neċessarja sabiex il-multi imposti jistgħu jilħqu livell dissważiv suffiċjenti (premessa 381 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Minflok ma użat il-valur tal-bejgħ magħmul minn impriża matul l-ewwel sena kompleta tal-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur, kif normalment previst fil-paragrafu 13 tal-linji gwida tal-2006, il-Kummissjoni kkunsidrat bħala iktar adegwat li jintuża, f’dan il-każ, il-valur annwali medju tal-bejgħ matul it-tul sħiħ tal-ksur, fid-dawl b’mod partikolari taż-żieda eċċezzjonali tal-bejgħ tal-parti l-kbira tal-impriżi kkonċernati matul snin imsemmija fid-deċiżjoni kkontestata (premessa 384 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rikorrenti, il-Kummissjoni ċaħdet l-oġġezzjonijiet tagħha dwar il-fatti li, l-ewwel nett, il-valur tal-bejgħ rilevanti kellu jiġi kkalkolat mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-intermedjarju ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tiegħu u tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>bejgħ ŻEE dirett<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tiegħu, magħmul lil destinatarji oħra tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, sussegwentement, ma kienx hemm lok li jiġu esklużi l-espedizzjonijiet ta’ LCDs li ma kinux ġew iffatturati lil impriżi Ewropej u, fl-aħħar nett, kien neċessarju li ssir differenza bejn il-bejgħ ta’ LCDs‑TI u dak ta’ LCDs-TV. Għalhekk, għar-rikorrenti, il-valur tal-bejgħ rilevanti mwettaq matul il-perijodu ta’ ksur kien ġie ffissat għal EUR 1 555 111 603, fejn il-medju annwali, miksub billi dan l-ammont jinqasam bit-tul tal-akkordju li huwa ta’ 4.33 sena, kien ekwivalenti għal EUR 359 148 176 (premessi 388, 394, 398 sa 401 u t-tabella 4 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni osservat li, fid-dawl tal-gravità tal-ksur imwettaq, għandu jiġi ffissat għal 16 % il-proporzjon tal-valur tal-bejgħ tal-prodotti inkwistjoni li għandu jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa, u dan għall-parteċipanti kollha fl-akkordju (premessa 416 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Kummissjoni applikat għar-rikorrenti fattur ta’ multiplikazzjoni relatat mat-tul tal-ksur ugwali għal 4.25, minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur għat-tul kollu tal-akkordju kkunsidrat fid-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri erba’ snin u tliet xhur (premessi 417 u 418 kif ukoll it-tabella 5 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni qieset li ċ-ċirkustanzi tal-każ kienu jiġġustifikaw li tiġi inkluża fl-ammont bażiku tal-multa żieda ugwali għal 16 % tal-valur medju tal-bejgħ rilevanti, sabiex jiġi żgurat l-effett dissważiv (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dritt ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, skont il-paragrafu 25 tal-linji gwida tal-2006, u dan għall-parteċipanti kollha fl-akkordju (premessi 419 u 424 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-ħames nett, il-Kummissjoni ma kkunsidratx ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti, skont il-linji gwida tal-2006, fir-rigward ta’ wieħed mill-parteċipanti fl-akkordju. Għalhekk, il-Kummissjoni, b’mod partikolari, ċaħdet l-argumenti tar-rikorrenti dwar il-fatti allegati li skont dawn hija kellha rwol passiv fl-akkordju, li kienet ipparteċipat fih b’negliġenza u, fl-aħħar nett, li kienet ikkooperat mal-Kummissjoni lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-klemenza tal-2002, u dan minkejja li l-Kummissjoni ma kinitx għamlitilha talbiet għal informazzjoni daqstant preċiżi bħal dawk mibgħuta lil parteċipanti oħra fl-akkordju (premessi 426, 430, 433, 434, 438, 439 u 442 sa 444 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Is-sitt nett, skont il-Komunikazzjoni dwar il-klemenza tal-2002, il-Kummissjoni l-ewwel nett ikkonfermat l-immunità totali mogħtija lil Samsung. Sussegwentement, hija kkunsidrat li l-kooperazzjoni pprovduta mir-rikorrenti ma kienet tagħtiha ebda dritt għal tnaqqis tal-multa (premessi 455 sa 458 u 472 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkundannat lir-rikorrenti għall-ħlas ta’ multa ta’ EUR 300 000 000.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20110221">21 ta’ Frar 2011</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet, li wieġbu fit-terminu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20130424">24 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti essenzjalment titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata, f’dak li jikkonċernaha;</P></ITEM><ITEM><P>tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuqha mid-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kienet applikat kunċett legalment żbaljat, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, meta hija stabbilixxiet il-valur tal-bejgħ rilevanti għall-kalkolu tal-multa;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi kkonkludiet li l-ksur kien jestendi għal-LCDs-TV;</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet motiv, ibbażat fuq li l-valur tal-bejgħ rilevanti meqjus mill-Kummissjoni fir-rigward tagħha kien, b’mod żbaljat, inkluda bejgħ differenti minn dak relatat mal-LCDs suġġetti għal kartell.</P></ITEM></LIST></P></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet applikat kunċett legalment żbaljat, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, meta hija stabbilixxiet il-valur tal-bejgħ rilevanti għall-kalkolu tal-multa</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-ewwel motiv tar-rikorrenti huwa essenzjalment kompost minn żewġ partijiet, relatati, l-ewwel nett, mal-fatt li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> imur kontra l-assenza ta’ konstatazzjoni ta’ ksur li jikkonċerna l-prodotti lesti li jintegraw l-LCDs suġġetti għal kartell u, it-tieni nett, għall-inkoerenzi allegatament inerenti għal dan il-kunċett.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti li tirrigwarda l-fatt li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>huwa f’kontradizzjoni mal-assenza ta’ konstatazzjoni ta’ ksur li jikkonċerna l-prodotti lesti li jintegraw l-LCDs suġġetti għal kartell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li l-użu tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ma huwiex kompatibbli mal-paragrafu 13 tal-linji gwida tal-2006, peress li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni bejgħ ta’ prodotti lesti, li fir-rigward tagħhom ebda ksur ma ġie kkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata u li għalhekk ma għandhom ebda relazzjoni, diretta jew anki indiretta, mal-ksur ikkonstatat f’din id-deċiżjoni. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ssostni li l-prezzijiet tal-LCDs suġġetti għal kartell ma humiex prezzijiet ta’ riferiment għall-prodotti lesti li jintegraw dawn l-LCDs.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 13 tal-linji gwida tal-2006, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sabiex jiġi stabbilit l-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta, il-Kummissjoni tuża l-valur tal-bejgħ ta’ beni jew servizzi, imwettaq mill-impriża, f’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur, fis-settur ġeografiku kkonċernat ġewwa t-territorju taż-ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li ma jirriżultax minn din id-dispożizzjoni li l-valur tal-bejgħ biss li jirriżulta minn tranżazzjonijiet realment milquta mill-prattiki li jikkostitwixxu ksur jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-valur tal-bejgħ rilevanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Putters International vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-211/08" PAGE.ECR="II-3729" YEAR="2011">T-211/08, Ġabra p. II-3729</REF.DOC.ECR>, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-paragrafu 13 tal-linji gwida tal-2006 hija effettivament intiża għall-bejgħ imwettaq fis-suq rilevanti, ikkonċernat mill-ksur. <HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, dan il-paragrafu jirreferi għall-każijiet biss fejn il-Kummissjoni għandha provi dokumentarji tal-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Putters International vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija msaħħa mill-għan tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Fil-fatt, l-interpretazzjoni proposta mir-rikorrenti tfisser li, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont bażiku tal-multi li għandhom jiġu imposti fil-kawżi li jirrigwardaw akkordji, il-Kummissjoni għandha l-obbligu f’kull<?PAGE NO="7"?> każ li tistabbilixxi liema huwa l-bejgħ individwali li ġie milqut mill-akkordju. Tali obbligu qatt ma ġie impost mill-qrati tal-Unjoni u xejn ma jindika li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li timponi fuqha nnifisha tali obbligu fil-linji gwida tal-2006 (sentenza Putters International vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minbarra dan, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-parti mid-dħul mill-bejgħ li tkun ġejja minn merkanzija li hija s-suġġett tal-ksur hija ta’ natura li tagħti indikazzjoni ġusta tad-daqs ta’ ksur fis-suq ikkonċernat. B’mod partikolari, id-dħul mill-bejgħ imwettaq fuq il-prodotti li kienu suġġetti għal prattika restrittiva jikkostitwixxi element oġġettiv li jagħti daqs ġust tad-dannu ta’ din il-prattika fl-iżvolġiment normali tal-kompetizzjoni (sentenza Putters International vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19830607">7 ta’ Ġunju 1983</DATE>, Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="100/80+101/80+102/80+103/80" PAGE.ECR="1825" YEAR="1983">100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825</REF.DOC.ECR>, punt 121; u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE>, British Steel vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-151/94" PAGE.ECR="II-629" YEAR="1999">T-151/94, Ġabra p II-629</REF.DOC.ECR>, punt 643).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar li, fil-premessa 380 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-kategoriji ta’ bejgħ deskritti fil-punt 18 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>bejgħ ŻEE dirett<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, ma huwiex ikkontestat li dan jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 13 tal-linji gwida tal-2006, moqrija fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, ir-rikorrenti, permezz tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, issostni li dan ma għandux relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur, peress li dan jinvolvi l-bejgħ tal-prodotti lesti li jintegraw l-LCDs suġġetti għal kartell, u mhux il-bejgħ ta’ dawn l-LCDs suġġetti għal kartell.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li, jekk in-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 1 imdaħħla taħt il-paragrafu 13 tal-linji gwida tal-2006 tindika li każ ta’ bejgħ b’relazzjoni indiretta ma’ ksur jista’ jiġi kkonstatat meta l-prezz tal-prodott li huwa s-suġġett ta’ ftehimiet ta’ prezz orizzontali jservi ta’ bażi għall-prezz ta’ prodotti ta’ kwalità superjuri jew inferjuri, din in-nota tippreċiża li dan il-każ huwa ppreżentat bħala eżempju. Għalhekk, il-fatt invokat mir-rikorrenti, li, f’dan il-każ, il-prodotti lesti li jintegraw l-LCDs suġġetti għal kartell ma humiex prodotti ta’ kwalità superjuri jew inferjuri minnhom huwa irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanza, ukoll invokata mir-rikorrenti, li d-deċiżjoni kkontestata ma kkonstatat ebda ksur fir-rigward tal-prodotti lesti li jintegraw l-LCDs suġġetti għal kartell, għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-valur sħiħ tal-bejgħ ta’ dawn il-prodotti lesti, iżda unikament il-parti minn dan il-valur li setgħet tikkorrispondi mal-valur tal-LCDs suġġetti għal kartell, integrati fil-prodotti lesti, bil-kundizzjoni li dawn tal-aħħar ikunu nbiegħu mir-rikorrenti lil impriżi terzi stabbiliti fiż-ŻEE. Jekk huwa ċar li l-Kummissjoni ma setgħetx tieħu inkunsiderazzjoni dan il-valur sħiħ, mingħajr ma kkonstatat minn qabel il-ksur li jikkonċerna l-prodotti lesti, ma jistax jiġi kkunsidrat li tali konstatazzjoni kienet neċessarja sabiex tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni l-parti minn dan il-valur ikkostitwita mill-valur tal-LCDs suġġetti għal kartell integrati fil-prodotti lesti.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kieku l-Kummissjoni ma kellhiex rikors għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> hija ma setgħetx tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kalkolu tal-multa, ta’ parti kunsiderevoli tal-bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell magħmul mill-parteċipanti għall-akkordju li jagħmlu parti minn impriżi vertikalment integrati, minkejja li dan il-bejgħ ikun ħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fiż-ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalhekk, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 37 sa 40 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni d-daqs tal-ksur fis-suq ikkonċernat u, għal dan il-għan, setgħet tuża d-dħul mill-bejgħ imwettaq mir-rikorrenti fuq l-LCDs suġġetti għal kartell, inkwantu element oġġettiv li jagħti daqs ġust tal-ħsara tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju fuq l-iżvolġiment normali<?PAGE NO="8"?> tal-kompetizzjoni, bil-kundizzjoni li dan id-dħul mill-bejgħ ikun ir-riżultat tal-bejgħ li jkollu rabta maż-ŻEE. Issa, tali rabta teżisti meta l-LCDs suġġetti għal kartell jiġu ttrasferiti mir-rikorrenti lis-sussidjarji tagħha, stabbiliti fi kwalunkwe lok, li jintegrawhom f’prodotti lesti li jinbiegħu lil terzi fiż-ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>L-għażla tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> hija għaldaqstant iktar iġġustifikata fil-każ fejn jirriżulta mill-provi li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata (ara, b’mod partikolari, l-premessa 394 tad-deċiżjoni kkontestata), mhux ikkontestati mir-rikorrenti, li l-bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell intern għall-impriżi li jipparteċipaw fl-akkordju kien sar bi prezzijiet influwenzati minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 92 u 93 tad-deċiżjoni kkontestata, il-parteċipanti fl-akkordju kienu jafu li l-prezzijiet tal-LCDs suġġetti għal kartell kienu affettwaw dawk tal-prodotti lesti li jintegrawhom.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il‑Kunsill (T‑348/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 62), tipprekludi kwalunkwe assimilazzjoni bejn il-bejgħ ta’ prodotti lesti li jinkorporaw komponent u l-bejgħ ta’ dawn il-komponenti inkwantu tali, għandu jiġi osservat li l-kuntest li fih u l-għan li permezz tiegħu l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni LCDs suġġetti għal kartell li ġew integrati f’prodotti lesti ma jistgħux jiġu pparagunati ma’ dawk li jikkaratterizzaw il-kawża li tat lok għal din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kawża li tat lok għas-sentenza JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il‑Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq (punti 54, 55, 57 u 58), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropa, wara li adotta, abbażi ta’ investigazzjoni antidumping dwar ċerti prodotti fosthom in-nitrat tal-ammonju, miżuri antidumping dwar dawn tal-aħħar, kien estenda l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri għal prodotti oħra, mingħajr ma fetaħ investigazzjoni ġdida, għar-raġuni li dawn il-prodotti l-oħra kienu jixbhu dawk imsemmija minn din l-investigazzjoni, f’termini b’mod partikolari ta’ kontenut ta’ nitrat ta’ ammonju.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat l-illegalità ta’ din l-estensjoni, billi rrilevat dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>62.</NO.P><TXT>[…] Il-komponent ta’ prodott lest jista’, naturalment, ikun suġġett għal miżuri antidumping, iżda, f’dan il-każ, għandu jiġi kkunsidrat bħala prodott [li huwa] inkwantu tali [suġġett għal dumping]. Meta dan il-komponent ma jinħoloqx għalih innifsu, iżda bħala element ta’ prodott ieħor, huwa dan il-prodott l-ieħor, bil-komponenti kollha tiegħu, li jikkostitwixxi l-prodott ikkonċernat, u l-investigazzjoni antidumping għandha għalhekk tirrigwarda dan il-prodott indipendentement mill-komponenti tiegħu. Huma biss prodotti li huma suġġetti għal investigazzjoni antidumping li jistgħu jkunu suġġetti għal miżuri antidumping, peress li ġie kkonstatat li l-prodotti inkwistjoni huma esportati lejn il-Komunità bi prezz inqas mill-prezz tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>prodotti simili<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 1 tar-[Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45)]. Bħala konsegwenza, peress li huwa paċifiku li t-tipi ta’ prodotti ġodda msemmija mir-Regolament ikkontestat ivarjaw mill-prodott ikkonċernat fis-sens tar-regolamenti inizjali, huwa impossibbli li jiġi impost dazju antidumping fuqhom mingħajr, l-ewwel nett, ma ssir investigazzjoni sabiex jiġi eżaminat jekk dawn il-prodotti humiex, huma wkoll, suġġetti għal dumping fis-suq Komunitarju.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Xejn paragunabbli ma seħħ f’din il-kawża, peress illi, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma użatx l-investigazzjoni li hija wettqet fuq l-LCDs suġġetti għal kartell sabiex tikkonstata ksur relatat mal-prodotti lesti li fihom dawn l-LCDs huma integrati. Mhux talli ma assimilatx l-LCDs suġġetti għal kartell mal-prodotti lesti li tagħhom huma kienu komponent, iżda l-Kummissjoni limitat ruħha sabiex tikkunsidra, għall-finijiet biss tal-kalkolu tal-multa, li, fir-rigward tal-impriżi vertikalment integrati<?PAGE NO="9"?> bħar-rikorrenti, il-post ta’ bejgħ tal-prodotti lesti li kien jikkoinċidi mal-post ta’ bejgħ tal-komponent li huwa s-suġġett tal-akkordju lil terz, ma jaqax għalhekk taħt l-istess impriża ħlief dik li kienet ipproduċiet dan il-komponent.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha li saru, l-ewwel parti ta’ dan il-motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, dwar l-inkoerenzi allegatament inerenti għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tieni parti tal-ewwel motiv tinkludi żewġ ilmenti kontra l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, li għandu bħala effett li l-Kummissjoni, minn naħa, taqbeż il-limiti tal-kompetenza territorjali tagħha u, min-naħa l-oħra, tissuġġetta lir-rikorrenti għal trattament mhux favorevoli u diskriminatorju meta pparagunata ma’ parteċipanti oħra fl-istess akkordju.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq il-kompetenza territorjali tal-Kummissjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, permezz tal-kontabbiltà tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>bejgħ ŻEE dirett peremzz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, il-Kummissjoni b’mod artifiċjali biddlet il-post fejn dan il-bejgħ kien effettivament seħħ u għalhekk kisret il-limiti tal-kompetenza territorjali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Għandhom l-ewwel nett jitfakkru l-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza f’dak li jikkonċerna l-kompetenza territorjali tal-Kummissjoni sabiex tikkonstata ksur għad-dritt tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li, meta impriżi, stabbiliti barra miż-ŻEE, iżda li jipproduċu beni li jinbiegħu fiż-ŻEE lil terzi, jiftiehmu fuq il-prezzijiet li huma jagħtu lill-klijenti tagħhom stabbiliti fiż-ŻEE u jimplementaw dan il-ftehim billi jbigħu bi prezzijiet effettivament ikkoordinati, huma jipparteċipaw fi ftehim li għandu bħala skop u bħala effett li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, u li l-Kummissjoni hija territorjalment kompetenti sabiex tipproċedi kontra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19880927">27 ta’ Settembru 1988</DATE>, Ahlström Osakeyhtiö <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="89/85+104/85+114/85+116/85+117/85+125/85+126/85+127/85+128/85+129/85" PAGE.ECR="5193" YEAR="1988">89/85, 104/85, 114/85, 116/85, 117/85 u 125/85 sa 129/85, Ġabra p. 5193</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>sentenza wood pulp I<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, punti 13 u 14).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza ppreċiżat ukoll li ksur tal-Artikolu 101 TFUE jimplika żewġ elementi ta’ aġir, jiġifieri l-formazzjoni tal-akkordju u l-implementazzjoni tiegħu. Li l-applikabbiltà tal-projbizzjonijiet stipulati mid-dritt tal-kompetizzjoni ssir dipendenti fuq il-post ta’ formazzjoni tal-akkordju jwassal ovvjament sabiex jiġi pprovdut lill-impriżi mezz faċli sabiex jevitaw l-imsemmija projbizzjonijiet. Dak li japplika huwa għalhekk il-post fejn l-akkordju huwa implementat. Barra minn hekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk dan il-post jinsabx fiż-ŻEE, huwa ftit importanti li l-parteċipanti fl-akkordju jkunu rreferew jew le għal sussidjarji, aġenti, subaġenti jew fergħat stabbiliti fiż-ŻEE sabiex jistabbilixxu kuntatti bejniethom u x-xerrejja li huma stabbiliti hemmhekk (ara, f’dan is-sens, is-sentenza wood pulp I, punti 16 u 17).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-kundizzjoni dwar l-implementazzjoni hija ssodisfatta, il-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta’ tali aġir hija koperta mill-prinċipju ta’ territorjalità li huwa universalment rikonoxxut fid-dritt internazzjonali pubbliku (sentenza wood pulp I, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza wood pulp I ġiet riprodotta mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19990325">25 ta’ Marzu 1999</DATE>, Gencor vs Il‑Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-102/96" PAGE.ECR="II-753" YEAR="1999">T-102/96, Ġabra p. II-753</REF.DOC.ECR>), li kienet tikkonċerna deċiżjoni li kienet tirrigwarda konċentrazzjoni fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89, tal-<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE>, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 31), issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-<DATE ISO="20040120">20 ta’ Jannar 2004</DATE>, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’din l-okkażjoni, il-Qorti Ġenerali ċertament irrilevat li, meta huwa prevedibbli li konċentrazzjoni ppjanata tipproduċi effett immedjat u sostanzjali fl-Unjoni, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar l-istħarriġ tal-konċentrazzjonijiet hija ġġustifikata fir-rigward tad-dritt internazzjonali pubbliku (sentenza Gencor vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 90).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, fil-punt 87 tas-sentenza Gencor vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali essenzjalment issostni li l-kriterju tal-implementazzjoni ta’ akkordju inkwantu element li jorbtu mat-territorju tal-Unjoni huwa sodisfatt mis-sempliċi bejgħ fi ħdan dan it-territorju tal-Unjoni tal-prodott suġġett għal kartell, indipendentement mil-lokalizzazzjoni tas-sorsi ta’ provvista u tal-installazzjonijiet ta’ produzzjoni. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument li r-rikorrenti, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, fittxet li tibbaża fuqu mill-fatt li l-konċentrazzjoni inkwistjoni f’dan il-każ ma kinitx inħolqot u lanqas ġiet eżegwita fit-territorju tal-Unjoni, iżda fl-Afrika t’Isfel, u għalhekk ma kinitx issodisfat il-kundizzjonijiet ta’ kompetenza territorjali ddefiniti fis-sentenza wood pulp I (sentenza Gencor vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq punti 56, 61 u 87).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-raġunament segwit mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza Gencor vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ma jqajjimx inkwistjoni l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza wood pulp I.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Isegwi li, f’dan il-każ, huwa biżżejjed li ssir konċentrazzjoni fuq il-kwistjoni jekk il-Kummissjoni setgħetx tuża l-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> mingħajr ma għaldaqstant tikser il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza wood pulp I.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li, meta akkordju ta’ livell dinji għandu għan antikompetittiv, dan huwa implementat fis-suq intern, fis-sens tas-sentenza wood pulp I, mis-sempliċi fatt li l-prodotti suġġetti għal kartell huma kkummerċjalizzati f’dan is-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li l-implementazzjoni ta’ akkordju ma timplikax neċessarjament li hija tipproduċi effetti reali (sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, Prym u Prym Consumer vs Il‑Kummissjoni, T‑30/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 110; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>, Erste Group Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-125/07 P+C-133/07 P+C-135/07 P+C-137/07 P" PAGE.ECR="I-8681" YEAR="2009">C-125/07 P, C-133/07 P, C-135/07 P u C-137/07 P, Ġabra p. I-8681</REF.DOC.ECR>, punti 116 u 117). Fir-realtà, il-kwistjoni jekk l-akkordju kellux effetti konkreti fuq il-prezzijiet ipprattikati mill-parteċipanti hija rilevanti biss fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-gravità tal-akkordju, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tibbaża ruħha fuq dan il-kriterju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, T‑Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-8/08" PAGE.ECR="I-4529" YEAR="2009">C-8/08, Ġabra p. I-4529</REF.DOC.ECR>, punt 31), fost dawk li hija tista’ tieħu inkunsiderazzjoni f’dan il-kuntest. Issa, dan ma huwiex il-każ hawnhekk (ara l-premessa 416 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ma huwiex importanti li l-parteċipanti fl-akkordju ma humiex dejjem informati bid-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tal-prezz. Fil-fatt, l-iffissar ta’ prezz, anki sempliċement indikattiv, jaffettwa l-kompetizzjoni minħabba l-fatt li jippermetti lill-parteċipanti kollha fl-akkordju li jipprevedu b’ċertu livell ta’ ċertezza liema ser tkun il-politika tal-prezz segwita mill-kompetituri tagħhom. Iktar ġeneralment, tali akkordji jinkludu intervent dirett fil-parametri essenzjali tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat. Fil-fatt, billi jesprimu volontà komuni li japplikaw ċertu livell ta’ prezz għall-prodotti tagħhom, il-produtturi kkonċernati ma jiddeterminawx iktar b’mod awtonomu l-politika fis-suq tagħhom, u għalhekk jippreġudikaw il-kunċett inerenti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-kompetizzjoni (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il‑Kummissjoni, T‑224, Ġabra p. II‑2597, punt 120, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ implementazzjoni fis-sens tas-sentenza wood pulp I huwa essenzjalment ibbażat fuq il-kunċett ta’ impriża fid-dritt tal-kompetizzjoni, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 6 iktar ’il fuq (ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19840712">12 ta’ Lulju 1984</DATE>, Hydrotherm Gerätebau, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="170/83" PAGE.ECR="2999" YEAR="1984">170/83, Ġabra p. 2999</REF.DOC.ECR>, punt 11, u tad-<?PAGE NO="11"?><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, ArcelorMittal Luxembourg vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/09 P+C-216/09 P" PAGE.ECR="I-2239" YEAR="2011">C-201/09 P u C-216/09 P, Ġabra p. I-2239</REF.DOC.ECR>, punt 95), li lilu għandu jiġi rikonoxxut rwol determinanti fl-iffissar tal-limiti tal-kompetenza territorjali tal-Kummissjoni sabiex tapplika dan id-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>B’mod partikolari, jekk l-impriża li tagħmel parti minnha r-rikorrenti tkun ipparteċipat f’akkordju kkonċepit barra miż-ŻEE, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipproċedi kontra r-riperkussjonijiet li l-aġir ta’ din l-impriża kellu fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern u timponi fuqha multa proporzjonali mal-ħsara ta’ dan l-akkordju fuq il-kompetizzjoni f’dan is-suq. Għal dan il-għan, meta l-LCDs suġġetti għal kartell magħmula mir-rikorrenti jkunu ġew integrati f’prodotti lesti minn kumpanniji li jagħmlu parti mill-istess impriża bħar-rikorrenti u li dawn il-prodotti lesti jkunu nbiegħu fiż-ŻEE minn din l-impriża, għandu jiġi kkunsidrat li dan l-akkordju affettwa t-tranżazzjonijiet li seħħew sal-mument ta’ dan il-bejgħ inkluż.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ma hijiex determinanti il-kwistjoni jekk il-bejgħ intern ta’ din l-impriża seħħx bi prezzijiet miżjuda minħabba l-akkordju. Fil-fatt, jekk dan huwa l-każ, il-ħsara tal-akkordju huwa rifless f’dawn iż-żidiet. F’każ negattiv, din il-ħsara tinsab fil-vantaġġ kompetittiv fejn l-impriża li tipparteċipa fl-akkordju tibbenefika minnu meta pparagunata mal-impriżi l-oħra li jipproduċu prodotti lesti li fihom LCDs suġġetti għal kartell, iżda li jixtru dawn l-LCDs bi prezz li ma jirriżultax minn kundizzjonijiet normali tas-suq. F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-ġurisprudenza li, li ma jitteħidx inkunsiderazzjoni tal-valur tal-kunsinni interni għal impriża neċessarjament joħloq vantaġġ, mingħajr ġustifikazzjoni, lill-impriżi vertikalment integrati, peress illi l-profitt magħmul mill-akkordju jista’ f’tali sitwazzjoni, ma jitteħidx inkunsiderazzjoni, minkejja li l-impriża inkwistjoni tevita sanzjoni li hija proporzjonali mal-importanza tagħha fis-suq tal-prodotti li huma s-suġġett tal-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19980514">14 ta’ Mejju 1998</DATE>, Europa Carton vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-304/94" PAGE.ECR="II-869" YEAR="1998">T-304/94, Ġabra p. II-869</REF.DOC.ECR>, punti 127 u 128).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ma tikkontestax din il-ġurisprudenza, iżda tosserva li s-sempliċi traspożizzjoni tagħha fil-każ hawnhekk kienet ippermettiet lill-Kummissjoni li tilħaq l-għan li ma tiffavorizzax l-impriżi vertikalment integrati. Għalhekk, bid-differenza ta’ dak li allegat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, ma kienx neċessarju għal dawn l-għanijiet li jsir riferiment għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq is-sentenza Europa Carton vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-valur tal-LCDs suġġetti għal kartell inkorporati, barra miż-ŻEE, f’prodotti lesti mibjugħa fiż-ŻEE. Kull assimilazzjoni bejn il-bejgħ ta’ prodott lest u dak ta’ LCD suġġett għal kartell għandha tiġi eskluża. Min-naħa l-oħra, il-bejgħ intern lil impriża vertikalment integrata għandu jiġi assimilat mal-bejgħ lil terzi u għandu għalhekk jiġi kontabbilizzat jekk dan isir fiż-ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi kkonstatat li, hekk kif tosserva l-Kummissjoni, xejn mill-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Europa Carton vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ma jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-kompetenza territorjali tal-Kummissjoni hija eskluża meta l-prodotti li huma s-suġġett ta’ akkordju huma l-ewwel nett suġġetti għal tranżazzjoni bejn żewġ kumpanniji, stabbiliti barra miż-ŻEE u li jagħmlu parti mill-impriża li tkun ipparteċipat fl-akkordju, qabel ma jaslu fis-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-parteċipanti fl-akkordju li, bħar-rikorrenti, kienu impriżi vertikalment integrati, kienu jinkorporaw, barra miż-ŻEE, LCDs suġġetti għal kartell f’prodotti lesti mibjugħa fiż-ŻEE. Għalhekk, il-każ li tressaq quddiem il-Kummissjoni ma kienx jirreferi għat-traspożizzjoni pura u sempliċi tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Europa Carton vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni kellha d-dritt li tadatta t-tagħlim ta’ din is-sentenza għaċ-ċirkustanzi tal-każ, sabiex tilħaq l-għan, intiż minn din il-ġurisprudenza, li ma tipprivileġġax l-impriżi vertikalment integrati li pparteċipaw f’akkordju.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dak li ntqal, hemm lok li jiġi konkluż li, permezz tal-kontabbiltà tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, il-Kummissjoni ma estendietx illegalment il-kompetenza territorjali tagħha sabiex tipproċedi kontra l-ksur għar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq l-allegati diskriminazzjonijiet li jirriżultaw mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li n-natura illegali tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tintwera mill-fatt li l-użu tiegħu esponiha għal trattament mhux favorevoli u diskriminatorju meta pparagunata ma’ parteċipanti oħra fl-istess akkordju.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-imsemmi prinċipju jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod ugwali, ħlief jekk tali trattament ikun oġġettivament iġġustifikat (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il‑Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-550/07 P" PAGE.ECR="I-8301" YEAR="2010">C-550/07 P, Ġabra p. I-8301</REF.DOC.ECR>, punt 55, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iffissar tal-ammont tal-multa, il-prinċipju inkwistjoni ma jipprekludix li l-Kummissjoni tapplika, permezz ta’ metodi ta’ kalkolu differenti, diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw fi ftehim jew fi prattika miftiehma li jiksru l-Artikolu 101(1) TFUE (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs Alliance One International <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑628/10 P u C‑14/11 P, punt 58, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi osservat li l-Kummissjoni kkalkolat il-multa li għandha tiġi imposta fuq kull wieħed mill-parteċipanti fl-akkordju abbażi tal-istess tliet kategoriji ta’ bejgħ imfakkra fil-punt 18 iktar ’il fuq. Il-fatt li l-kategorija tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> ma kinitx applikabbli ħlief għal uħud minn dawn il-parteċipanti ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni, peress li l-Kummissjoni evalwat l-applikabbiltà ta’ din il-kategorija għal kull wieħed mill-parteċipanti abbażi tal-istess kriterji oġġettivi. B’mod analogu, il-fatt li l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>bejgħ indirett<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> jista’ jkun ibbenefika lil ċerti parteċipanti b’mod iktar sinjifikattiv milli lir-rikorrenti wkoll ma jikkostitwixxix fih innifsu diskriminazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Alliance One International u Standard International Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs Alliance One International <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punti 135 u 138, u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fl-imsemmija sentenza, punt 87).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegata diskriminazzjoni meta pparagunata ma’ Samsung</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ttrattatha b’mod inqas favorevoli minn Samsung, u dan minkejja li dawn iż-żewġ impriżi sabu ruħhom f’sitwazzjonijiet allegatament paragunabbli. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-kunsinni ta’ LCDs suġġetti għal kartell magħmula minn Samsung lis-sussidjarji tagħha stabbiliti fiż-ŻEE, li integrawhom fi prodotti lesti, kienu ġew kontabbilizzati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> unikament meta l-prodotti lesti nbiegħu fiż-ŻEE. Min-naħa l-oħra, l-LCDs suġġetti għal kartell mibjugħa mir-rikorrenti lill-istess sussidjarji Ewropej ta’ Samsung ittieħdu inkunsiderazzjoni, ukoll meta l-prodotti lesti kienu nbiegħu minn dawn is-sussidjarji barra miż-ŻEE, inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>bejgħ ŻEE dirett<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti ssostni li, meta hija tbigħ LCDs suġġetti għal kartell lil Samsung, dawn ma jħallux iċ-ċirku ta’ membri tal-akkordju u għaldaqstant ma jikkostitwixxux implementazzjoni fis-suq.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni applikat l-istess kriterji fir-rigward ta’ Samsung u tar-rikorrenti. Fil-fatt, minn naħa, il-bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell magħmul mir-rikorrenti jew minn Samsung lil terzi indipendenti stabbiliti fiż-ŻEE kien ġie inkluż fost il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>bejgħ ŻEE dirett<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Min-naħa l-oħra, is-sitwazzjonijiet li fihom ir-rikorrenti jew Samsung ittrasferew l-ewwel l-LCDs suġġetti għal kartell lil kumpanniji oħra li huma parti mill-istess impriża, li integrawhom f’prodotti lesti mibjugħa lil terzi indipendenti kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni, inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, jekk dan il-bejgħ lil terzi kien seħħ fiż-ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni kellha perfettament id-dritt li tinkludi l-bejgħ tar-rikorrenti lis-sussidjarji Ewropej ta’ Samsung fost il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>bejgħ ŻEE dirett<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, peress illi l-LCDs suġġetti għal kartell inkwistjoni kienu mibjugħa lil klijenti stabbiliti fiż-ŻEE, li bilfors li ħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Il-miżura tal-ħsara għandha tiġi stmata abbażi ta’ dħul mill-bejgħ li r-rikorrenti wettqet b’mod partikolari permezz ta’ dan il-bejgħ, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 37 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti li l-Kummissjoni ma jmisshiex ħadet inkunsiderazzjoni l-bejgħ li ma ħariġx miċ-ċirku tal-parteċipanti fl-akkordju ma jistax jiġi aċċettat. Fil-fatt, peress illi prodott li huwa s-suġġett ta’ akkordju jinbiegħ fis-suq intern, il-kompetizzjoni fi ħdanu hija distorta u l-Kummissjoni għandha tikkunsidra dan fil-kalkolu tal-multa li hija timponi fuq l-impriża li tkun ħadet benefiċċju minn dan il-bejgħ. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 101 TFUE huwa intiż, bħar-regoli l-oħra tal-kompetizzjoni stabbiliti tat-Trattati, li jipproteġi mhux biss l-interessi tal-kompetituri jew tal-konsumaturi, iżda l-istruttura tas-suq u, billi jagħmel dan, il-kompetizzjoni bħala tali (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja T‑Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38, u tas-<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, GlaxoSmithKline Services <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑501/06 P, C‑513/06 P, C‑515/06 P, u <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-519/06 P" PAGE.ECR="I-9291" YEAR="2009">C-519/06 P, Ġabra p. I-9291</REF.DOC.ECR>, punt 63). F’dan il-każ, l-oriġini tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern tinsab fil-bejgħ bejn ir-rikorrenti u Samsung.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk huwa veru li wħud mil-LCDs suġġetti għal kartell li s-sussidjarji Ewropej ta’ Samsung xtraw mir-rikorrenti setgħu kienu integrati f’prodotti lesti mibjugħa barra miż-ŻEE, din iċ-ċirkustanza ma tipprekludix il-fatt li bejgħ bejn żewġ impriżi distinti tassew seħħ fiż-ŻEE meta l-LCDs tar-rikorrenti kienu nxtraw mis-sussidjarji Ewropej ta’ Samsung. Għalhekk, il-Kummissjoni setgħet tikkunsidra li dan kien bejgħ li jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li, fir-rigward ta’ Samsung, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni biss il-bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell li kienu ġew integrati, mis-sussidjarji Ewropej ta’ Samsung, f’prodotti lesti mibjugħa fiż-ŻEE, għandu jiġi rrilevat li, fir-rigward ta’ dawn l-LCDs suġġetti għal kartell, l-ewwel bejgħ tagħhom lil impriża terzi seħħ waqt il-bejgħ tal-prodott lest. Għalhekk, sabiex tieħu inkunsiderazzjoni biss bejgħ li għandu rabta maż-ŻEE, il-Kummissjoni kellha d-dritt, u anki l-obbligu, li tillimita ruħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-bejgħ tal-LCDs suġġetti għal kartell li kienu ġew integrati f’prodotti lesti mibjugħa fiż-ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li l-fatt li tiġi stabbilita distinzjoni fondata fuq id-destinazzjoni tal-prodott lest imur kontra l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19740306">6 ta’ Marzu 1974</DATE>, Istituto Chemioterapico Italiano u Commercial Solvents vs Il‑Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="6/73+7/73" PAGE.ECR="223" YEAR="1974">6/73 u 7/73, Ġabra p. 223</REF.DOC.ECR>, punt 33), għandu jiġi osservat li l-kwistjoni li tqajmet fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza kienet differenti minn dik tal-każ hawnhekk. Fil-fatt, din hija kwistjoni dwar jekk il-projbizzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti, prevista fl-Artikolu 102 TFUE, kinitx applikabbli meta min iżomm tali pożizzjoni stabbilit fis-suq intern kien intiż, permezz tal-użu abbużiv tagħha, li jelimina kompetitur ukoll stabbilit f’dan is-suq. Huwa biss f’dan ir-rigward li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li ma kienx jagħmel differenza jekk l-aġir inkwistjoni kienx jikkonċerna l-attivitajiet esportatriċi ta’ dan il-kompetitur jew l-attivitajiet tiegħu fis-suq intern. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma naqsitx milli ssostni li kienet l-eliminazzjoni stess ta’ dan il-kompetitur li kellha riperkussjonijiet fuq l-istruttura tal-kompetizzjoni fis-suq intern (sentenza Istituto Chemioterapico Italiano u Commercial Solvents vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33). F’dan il-każ, bil-kontra, il-Kummissjoni<?PAGE NO="14"?> kellha d-dritt li tiddefinixxi l-kategorija tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> billi limitat ruħha għall-bejgħ biss ta’ LCDs suġġetti għal kartell li kienu jinsabu f’prodotti lesti mibjugħa fiż-ŻEE. Fil-fatt, jekk dan l-ewwel bejgħ tal-prodotti suġġetti għal kartell lil terzi ma kienx seħħ fiż-ŻEE, ir-rabta bejn is-suq intern u l-ksur kien dgħajjef wisq.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi eskluż li wkoll l-LCDs integrati fil-prodotti lesti l-oħra mibjugħa minn Samsung lil terzi stabbiliti barra miż-ŻEE jistgħu sussegwentement jidħlu mill-ġdid fiż-ŻEE u jkunu għalhekk ħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fiha, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni tibbenefika minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-metodu ta’ kalkolu tal-multi. Dan il-metodu, imfassal mil-linji gwida tal-2006, jinkludi elementi differenti ta’ flessibbiltà li jippermettu lill-Kummissjoni li teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, Papierfabrik August Koehler <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-322/07 P+C-327/07 P+C-338/07 P" PAGE.ECR="I-7191" YEAR="2009">C-322/07 P, C-327/07 P u C-338/07 P, Ġabra p. I-7191</REF.DOC.ECR>, punt 112, u tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Deutsche Telekom vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/08 P" PAGE.ECR="I-9555" YEAR="2010">C-280/08 P, Ġabra p. I-9555</REF.DOC.ECR>, punt 271). Minbarra dan, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tikkonstata jew li tissanzjona kwalunkwe aġir antikompetittiv (sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Tokai Carbon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑71/03, T‑74/03, T‑87/03 uT‑91/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 369). Barra minn hekk, peress illi, fir-rigward tal-impriżi kollha vertikalment integrati, il-Kummissjoni applikat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> li jeskludi l-bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell li ġew integrati f’prodotti lesti mibjugħa barra miż-ŻEE, indipendentement mill-post fejn il-prodotti lesti kienu ġew prodotti, ebda nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament inġustifikat ma kien twettaq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegati diskriminazzjonijiet meta pparagunati ma’ żewġ destinatarji oħra tad-deċiżjoni kkontestata</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija ġiet iddiskriminata meta pparagunata ma’ żewġ parteċipanti oħra fl-akkordju, jiġifieri LGD u l-kumpannija rregolata mid-dritt Tajwaniż AU Optronics Corp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>AUO<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>), li jagħmlu parti minn gruppi li għandhom livell ta’ integrazzjoni vertikali paragunabbli ma’ dak tar-rikorrenti. Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, peress li l-Kummissjoni tapplika għal dawn il-parteċipanti biss il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>bejgħ ŻEE dirett<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, il-bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell tagħhom indirizzat lil kumpanniji marbuta kien ittieħed inkunsiderazzjoni biss meta x-xerrej kien jinsab fiż-ŻEE. Min-naħa l-oħra, permezz tal-użu tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, il-bejgħ intern tar-rikorrenti kien ġie kontabbilizzat anki meta kien indirizzat lil sussidjarji stabbiliti barra miż-ŻEE, bil-kundizzjoni li l-prodotti lesti, imwettqa minn dawn is-sussidjarji bl-użu tal-LCDs suġġetti għal kartell, jinbiegħu fiż-ŻEE. In-natura diskriminatorja tad-distinzjoni magħmula mill-Kummissjoni hija għaldaqstant iktar evidenti li, hekk kif jirriżulta mill-premessi 394 u 396 tad-deċiżjoni kkontestata, hija kienet essenzjalment użat l-istess provi sabiex tistabbilixxi l-influwenza tal-akkordju, minn naħa, fuq il-bejgħ tar-rikorrenti lis-sussidjarja tagħha u, min-naħa l-oħra, fuq il-bejgħ ta’ LGD u ta’ AUO lill-kumpanniji li magħhom kull waħda minnhom kienet marbuta.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, ma kkonkludietx li LGD kienet tifforma impriża unika, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 6 u 69 iktar ’il fuq, mal-kumpannija rregolata mid-dritt Korean LG Electronics, Inc. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>LGE<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>) u mal-kumpannija rregolata mid-dritt Olandiż Koninklijke Philips Electronics NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>Philips<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>). Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma applikatx dan il-kunċett lil AUO u lill-kumpannija rregolata mid-dritt Tajwaniż BenQ Corp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>BenQ<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>). Għalhekk, il-bejgħ ta’ LGD lil LGE u lil Philips u dak ta’ AUO lil BenQ ġie kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>bejgħ ŻEE dirett<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> u mhux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. It-trattament differenti li għalih il-bejgħ tar-rikorrenti kien suġġett huwa ġġustifikat bil-fatt li hija ttrasferiet l-LCDs suġġetti għal kartell l-ewwel, fi ħdan<?PAGE NO="15"?> l-istess impriża, lil kumpanniji stabbiliti barra miż-ŻEE, li kienu sussegwentement integraw dawn l-LCDs f’prodotti lesti li kienu nbiegħu, minn din l-istess impriża, lil terzi stabbiliti fiż-ŻEE. Din id-differenza oġġettiva tiġġustifika l-inklużjoni tal-bejgħ tar-rikorrenti f’kategorija differenti minn dik applikata għall-bejgħ ta’ LGD lil LGE u lil Philips.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sa fejn l-ilment tar-rikorrenti kif deskritt bħala sunt fil-punt 89 iktar ’il fuq jista’ jiġi interpretat fis-sens li hija takkuża lill-Kummissjoni li eskludiet l-eżistenza ta’ impriża unika bejn LGD, LGE u Philips u bejn AUO u BenQ, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li, skont il-ġurisprudenza, ilment li huwa relatat ma’ motiv ta’ annullament huwa inammissibbli, għar-raġuni li l-interess ġuridiku huwa nieqes meta, anki jekk jiġi preżuppost li huwa fondat, l-annullament tal-att ikkontestat abbażi ta’ dan il-motiv ma huwiex ta’ natura li jagħti sodisfazzjon lir-rikorrenti (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Evropaïki Dynamiki vs Bank Ċentrali Ewropew, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-401/09 P" PAGE.ECR="I-4911" YEAR="2011">C-401/09 P, Ġabra p. I-4911</REF.DOC.ECR>, punt 49; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19730315">15 ta’ Marzu 1973</DATE>, Marcato vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="37/72" PAGE.ECR="361" YEAR="1973">37/72, Ġabra p. 361</REF.DOC.ECR>, punti 2 sa 8, u tal-<DATE ISO="20000921">21 ta’ Settembru 2000</DATE>, EFMA vs Il‑Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-46/98 P" PAGE.ECR="I-7079" YEAR="2000">C-46/98 P, Ġabra p. I-7079</REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ilment tar-rikorrenti huwa inammissibbli, għar-raġuni li, anki jekk jiġi preżuppost li l-Kummissjoni żbaljat meta naqset milli tikkunsidra li LGD, LGE u Philips kienu jiffurmaw impriża waħda, bħal AUO u BenQ, din iċ-ċirkustanza bl-ebda mod ma kienet ser tagħti vantaġġ lir-rikorrenti. Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li hija ssostni, dawn l-allegati żbalji tal-Kummissjoni, anki jekk kienu rikonoxxuti, ma jurux li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> huwa min-naħa tiegħu żbaljat, peress illi d-definizzjoni ta’ dan il-kunċett hija indipendenti mill-każijiet li fihom hija ġiet applikata jew le. Għalhekk, anki jekk il-Kummissjoni kienet ikkonstatat li l-gruppi ta’ kumpanniji msemmija iktar ’il fuq kienu fformaw impriżi uniċi, hija jmissha sempliċement eskludiet li t-trasferimenti ta’ LCDs suġġetti għal kartell fi ħdan l-istess impriża jiġu kontabbilizzati inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>bejgħ ŻEE dirett<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni jmissha vverifikat liema fost dan il-bejgħ kien jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>bejgħ ŻEE dirett permezz tal-użu ta’ prodotti ttrasformati<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, kundizzjonijiet li kienu eżattament dawk applikati għall-bejgħ tar-rikorrenti li kien ġie inkluż f’din il-kategorija.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk jiġi preżuppost li r-rikorrenti tista’ tinvoka l-ilment imniżżel fil-punt 89 iktar ’il fuq, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, minn naħa, l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jikkonċilja ruħu ma’ dak tal-prinċipju ta’ legalità, li jimplika li ebda persuna ma tista’ tinvoka favur tagħha illegalità mwettqa favur ħaddieħor; min-naħa l-oħra, meta impriża, bl-aġir tagħha stess, tkun kisret l-Artikolu 101 TFUE, hija ma tistax tevita kwalunkwe sanzjoni għar-raġuni li operaturi ekonomiċi oħra ma ġewx imposti multa fuqhom, meta, bħal f’dan il-każ, ma tressqitx is-sitwazzjoni ta’ dawn l-operaturi ekonomiċi quddiem il-qorti tal-Unjoni (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20061116">16 ta’ Novembru 2006</DATE>, Peróxidos Orgánicos vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-120/04" PAGE.ECR="II-4441" YEAR="2006">T-120/04, Ġabra p. II-4441</REF.DOC.ECR>, punt 77, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Ukoll minħabba dawn ir-raġunijiet, ir-rikorrenti ma tista’ tieħu ebda benefiċċju minn eventwali żbalji mwettqa mill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ impriża unika bejn LGD, LGE u Philips u bejn AUO u BenQ.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt, invokat mir-rikorrenti, li l-Kummissjoni, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, kienet ikkunsidrat li LGD, LGE u Philips kienu jiffurmaw impriża unika, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, huwa inerenti għan-natura tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li din tkun provviżorja u li tkun tista’ tiġi emendata matul l-evalwazzjoni li l-Kummissjoni tagħmel sussegwentement abbażi tal-osservazzjonijiet li jkunu ġew ippreżentati lilha bħala risposta mill-partijiet kif ukoll abbażi ta’ konstatazzjonijiet fattwali oħra. Fil-fatt, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra elementi li jirriżultaw mill-proċedura amministrattiva kollha kemm biex tabbanduna ilmenti li jkunu infondati jew sabiex tiżviluppa u tikkompleta kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt l-argument tagħha insostenn tal-oġġezzjonijiet li hija tqis. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet bl-ebda mod ma timpedixxi<?PAGE NO="16"?> lill-Kummissjoni milli tbiddel il-pożizzjoni tagħha favur l-impriżi kkonċernati (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Bertelsmann u Sony Corportaion of America vs Impala, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/06 P" PAGE.ECR="I-4951" YEAR="2008">C-413/06 P, Ġabra p. I-4951</REF.DOC.ECR>, punt 63, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata żżomm l-evalwazzjonijiet ta’ fatt jew ta’ dritt magħmula f’dan id-dokument. Għall-kuntrarju, hija għandha timmotiva d-deċiżjoni finali tagħha b’evalwazzjonijiet definittivi bbażati fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni kollha tagħha hekk kif ikunu ppreżentati fil-mument tal-għeluq tal-proċedura amministrattiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tispjega d-differenzi eventwali eżistenti fir-rigward tal-evalwazzjonijiet definittivi tagħha u l-evalwazzjonijiet provviżorji tagħha li jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (ara s-sentenza Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala, iċċitata iktar ’il fuq, punti 64 u 65, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tispjega, fid-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet li għalihom hija kienet finalment ikkunsidrat li LGD ma ffurmatx impriża unika ma’ LGE u Philips.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li kkunsidra l-fatt li r-raġunament segwit u l-provi invokati mill-Kummissjoni fir-rigward kemm tal-bejgħ ta’ LCDs suġġetti għal kartell intern lil impriżi kif ukoll dak magħmul lil impriżi marbuta mal-parteċipanti permezz ta’ relazzjoni partikolari huwa essenzjalment l-istess, hemm lok li jiġi miċħud bħala mhux effettiv. Fil-fatt, din iċ-ċirkustanza ma taffettwax il-fatt li l-preżenza jew l-assenza ta’ impriża unika fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 6 u 69 iktar ’il fuq hija ċirkustanza suffiċjenti sabiex tiġġustifika li l-Kummissjoni tikklassifika b’mod differenti l-bejgħ li jsir f’każ jew f’ieħor għall-finijiet tal-multa.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li jippreċedu, hemm lok li tiġi miċħuda wkoll it-tieni parti tal-ewwel motiv u, bħala konsegwenza, dan il-motiv kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi kkonkludiet li l-ksur kien jestendi għal-LCDs-TV</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan il-motiv, minn naħa, ir-rikorrenti essenzjalment tikkontesta li l-aġir antikompetittiv tagħha rigward kemm l-LCDs-TV kif ukoll l-LCDs-TI jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jagħti lok għall-istess ksur uniku u kontinwat. Min-naħa l-oħra, hija takkuża lill-Kummissjoni li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-parteċipanti Koreani fl-akkordju kkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata kienu ftiehmu mal-fornituri Ġappuniżi ta’ LCDs-TV rigward dawn il-prodotti tal-aħħar.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ ksur uniku jirreferi għal sitwazzjoni fejn diversi impriżi jkunu pparteċipaw fi ksur li jikkonsisti f’aġir kontinwu li jsegwi għan ekonomiku waħdieni intiż sabiex joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni jew fi ksur individwali marbut flimkien minn l-istess għan (l-istess finalità tal‑elementi kollha) u l-istess suġġetti (l-istess impriżi kkonċernati, li jafu li qed jipparteċipaw fl-għan komuni) (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20100428">28 ta’ April 2010</DATE>, Amann &amp; Söhne u Cousin Filterie vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-446/05" PAGE.ECR="II-1255" YEAR="2010">T-446/05, Ġabra p. II-1255</REF.DOC.ECR>, punt 89, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Sussegwentement, hemm lok li jiġi rrilevat li ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE jista’ jirriżulta mhux biss minn att iżolat, iżda wkoll minn sensiela ta’ atti jew ukoll minn aġir kontinwu. Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi kkontestata għar-raġuni li element jew iktar minn din is-serje ta’ atti jew ta’ dan l-aġir kontinwu jistgħu wkoll jikkostitwixxu fihom infushom u iżolament ksur ta’ din id-dispożizzjoni. Meta l-azzjonijiet differenti jagħmlu parti minn pjan globali, minħabba l-għan identiku tagħhom li tinħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq uniku, il-Kummissjoni għandha d-dritt li timputa<?PAGE NO="17"?> r-responsabbiltà ta’ dawn l-azzjonijiet skont il-parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat kollu kemm hu (ara s-sentenza Amann &amp; Söhne u Cousin Filterie vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 90, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Huwa importanti wkoll li jiġi ppreċiżat li l-għan uniku intiż mill-pjan globali li jikkaratterizza ksur uniku u kontinwat ma jistax jiġi ddeterminat b’riferiment ġenerali għad-distorsjoni tal‑kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat mill-ksur, peress illi d-dannu magħmul fuq il‑kompetizzjoni jikkostitwixxi, bħala skop jew effett, element kostituttiv ta’ kull aġir li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal‑Artikolu 101(1) KE. Tali definizzjoni tal-kunċett ta’ għan uniku toħloq ir-riskju li l-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwat jiġi mċaħħad minn parti mis-sens tiegħu, sa fejn dan għandu bħala konsegwenza li aġir differenti, li jirrigwarda settur ekonomiku, ipprojbit mill-Artikolu 101(1) KE jkollu b’mod sistematiku, jiġi kkwalifikat bħala elementi li jikkostitwixxu ksur uniku. Għaldaqstant, sabiex aġir differenti jiġi kkwalifikat bħala ksur uniku u kontinwat, hemm lok li jiġi vverifikat jekk dan għandux rabta ta’ komplementarjetà, fis-sens li kull wieħed minn dan l-aġir differenti huwa intiż sabiex jittratta konsegwenza waħda jew iktar tal-iżvolġiment normali tal-kompetizzjoni, u jikkontribwixxi, permezz ta’ interazzjoni, għat-twettiq tal-effetti antikompetittivi kollha mixtieqa mill-awturi tiegħu, fil-kuntest ta’ pjan globali li jipprevedi għan uniku. F’dan ir-rigward, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni kull ċirkustanza li tista’ tistabbilixxi jew tikkontesta r-rabta msemmija, bħall-perijodu ta’ applikazzjoni, il-kontenut (inklużi l-metodi użati) u, korrelattivament, l-għan ta’ aġir differenti inkwistjoni (ara s-sentenza Amann &amp; Söhne u Cousin Filterie vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 92, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li hemm lok li jiġu eżaminati l-argumenti tar-rikorrenti, wara li fakkret il-konstatazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata li huma rilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konstatazzjonijiet imwettqa fid-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li l-ksur li l-Kummissjoni akkużat lid-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata jikkonsisti fil-fatt li huma pparteċipaw, minn naħa, għal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>laqgħat Cristal<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, li matulhom huma ffissaw prezzijiet minimi għal-LCDs suġġetti għal kartell, iddiskutew l-ippjanar tal-prezzijiet tagħhom sabiex jevitaw it-tnaqqis u kkoordinaw iż-żidiet fil-prezzijiet tagħhom kif ukoll il-livelli ta’ produzzjoni tagħhom, u, min-naħa l-oħra, ipparteċipaw għal laqgħat bilaterali li ttrattaw is-suġġetti diskussi waqt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>laqgħat Cristal<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> (ara l-punt 15 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>B’mod iktar iddettaljat, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset, l-ewwel nett, li l-parteċipanti fl-akkordju kienu impenjaw ruħhom f’akkordju uniku, kumpless u kontinwat għal-LCDs-TI u l-LCDs-TV, ikkostitwit minn sensiela ta’ azzjonijiet konnessi u interdipendenti li damu matul il-perijodu ta’ ksur kollu, bl-għan li jiżdiedu u li jinżammu l-prezzijiet ta’ dawn l-LCDs fuq il-livell dinji u fil-livell taż-ŻEE (premessa 283).</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>It-tieni nett, skont id-deċiżjoni kkontestata, l-iffissar tal-prezzijiet, affettwat miż-żidiet fil-prezzijiet, mill-iffissar ta’ firxa ta’ prezzijiet u mill-iffissar ta’ prezz minimu jew ippjanat, u l-adozzjoni ta’ pożizzjoni komuni u ta’ strateġija futura fuq il-parametri li jiddeterminaw il-prezzijiet, bħall-produzzjoni, il-kapaċitajiet, l-ispedizzjonijiet kif ukoll it-talba, flimkien ma’ sistema ta’ sorveljanza sabiex tiġi ggarantita l-osservanza ta’ arranġamenti konklużi, huma għaldaqstant elementi li jagħmlu parti minn pjan globali, li kellu bħala għan komuni li jikkontrolla l-prezzijiet għall-bejgħ dinji, u inklużi dak effettwat fiż-ŻEE, kemm tal-LCDs-TI kif ukoll tal-LCDs-TV (premessa 284).</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Kummissjoni osservat li l-karatteristiċi tal-ksur, il-linji ta’ azzjonijiet tiegħu u l-organizzazzjoni tiegħu segwew l-istess mudell matul il-perijodu ta’ ksur kollu. Jekk il-metodu operattiv tal-kollużjoni ċertament inbidel matul iż-żmien, skont id-deċiżjoni kkontestata, dan kellu jitqies li huwa normali fir-rigward ta’ akkordju ta’ tul twil, fejn il-parteċipanti tiegħu kienu adattaw<?PAGE NO="18"?> ruħhom għal bdil fiċ-ċirkustanzi, b’mod partikolari sabiex ma jiġux skoperti. Għalhekk, fid-deċiżjoni kkontestata, ġie osservat li anki l-preżenza, fil-laqgħat tal-akkordju li seħħew mix-xahar ta’ Mejju 2005, ta’ persunal ta’ segretarjat u mhux tad-direttorat bħal qabel, ma kienx iddetermina bdil fin-natura tal-laqgħat, li komplew jirreferu għall-iffissar tal-prezzijiet u l-kontroll ta’ parametri bħall-produzzjoni tal-LCDs suġġetti għal kartell (premessa 287).</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li d-diskussjonijiet li kienu seħħew matul l-ewwel sena tal-akkordju kienu kkonċentraw fuq l-LCDs-TI u rrilevat li l-LCDs-TV kienu ġew implikati f’dawn id-diskussjonijiet sa mix-xahar ta’ Settembru 2002. Hija madankollu osservat li filwaqt li l-parteċipanti l-oħra fl-akkordju kienu bdew l-attività ta’ produzzjoni ta’ LCDs-TV huma kienu bdew jaqsmu mal-oħrajn l-informazzjoni tagħhom dwar dawn. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sostniet, min naħa, li l-LCDs-TV kienu, minn dak iż-żmien, sistematikament ġew diskussi waqt l-istess laqgħat bħal dawk fejn kienu ġew imsemmija l-LCDs-TI u, min-naħa l-oħra, li l-parteċipanti kienu fil-pożizzjoni li jallokaw mill-ġdid il-kapaċitajiet bejn l-applikazzjonijiet differenti ta’ LCDs suġġetti għal kartell sabiex jinfluwenzaw it-talba u, permezz ta’ dan, ukoll il-prezz ta’ dawn il-prodotti. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istess impriżi kienu segwew, għal-LCDs-TV, l-istess għan u segwew l-istess metodu operattiv, fil-kuntest tal-istess pjan globali, bħal fil-każ tad-diskussjonijiet li jikkonċernaw l-LCDs-TI li kienu seħħew mill-2001 (premessi 288 u 289).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni tal-argumenti li jikkontestaw il-konstatazzjonijiet imwettqa fid-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Minn diversi dokumenti riċevuti mill-Kummissjoni jirriżulta li l-parteċipanti fl-akkordju kienu fil-pożizzjoni li jallokaw mill-ġdid il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħhom bejn LCDs-TI u LCDs-TV sabiex jinfluwenzaw it-talba u, bl-istess mod, il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, il-premessa 154 tad-deċiżjoni kkontestata tiċċita n-noti ta’ parteċipant fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> tal-<DATE ISO="20030611">11 ta’ Ġunju 2003</DATE>, li fiha r-rikorrenti pparteċipat, li fihom dikjarazzjoni ta’ [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] ttieħdet fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>[...J]ekk il-klijenti attwali fis-setturi tal-moniters u tan-notebooks inaqqsu l-ordnijiet tagħhom, il-kapaċità ta’ produzzjoni tinbidel sabiex bħala reazzjoni jiġu prodotti televixins [...]<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> [Anness B.21 għad-difiża]</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jirriżulta minn messaġġ elettroniku dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, imsemmi fil-premessa 155 tad-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti ddeċidiet mill-prijoritajiet tagħha fl-allokazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha ta’ LCDs bejn l-LCDs-TV u l-LCDs-TI skont il-marġni ta’ profitt mistennija. Dan l-istess messaġġ elettroniku kien jirreferi għal allokazzjoni mill-ġdid tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-LCDs-TI lejn l-LCDs-TV permezz [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>]. Barra minn hekk, ir-rapport magħmul minn wieħed mill-parteċipanti f’din il-laqgħa rrefera għaċ-ċirkustanza, ikkwotata fil-premessa 156 tad-deċiżjoni kkontestata, li, għar-rikorrenti, il-produzzjoni ta’ moniters kienet mod kif tassorbi l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni kollha li baqgħu disponibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, f’messaġġ elettroniku intern ta’ [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] dwar ir-rapport mogħti tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> tal-<DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, li kienet seħħet għand ir-rikorrenti, huwa indikat li [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] kienet allokat mill-ġdid il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha b’mod partikolari lejn l-LCDs-TV.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fil-premessa 187 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rreferiet għan-noti ta’ parteċipant għal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> tal-<DATE ISO="20041104">4 ta’ Novembru 2004</DATE>, li kienu semmew diskussjonijiet li kienu jirrigwardaw l-attribuzzjoni mill-ġdid tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni bejn l-applikazzjonijiet differenti tal-LCDs suġġetti għal kartell sabiex tiġi influwenzata t-talba. B’mod partikolari, [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] ikkonfermat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>l-intenzjoni tagħha li ma tibdiex il-produzzjoni tal-MEP 17<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> ħlief jekk it-talba tas-suq tat-televixins [kienet] limitata u jekk hija ma [kellhiex] alternattiva”. Skont dawn l-istess noti, l-offerta<?PAGE NO="19"?> tar-rikorrenti ta’ ċerti LCDs-TV kienet saret insuffiċjenti peress li hija kienet idderiġiet mill-ġdid il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha lejn LCDs oħra [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] li kienu LCDs-TI, hekk kif ir-rikorrenti kkonfermat bħala tweġiba għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, fil-premessa 192 tad-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni tiċċita noti dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> tas-<DATE ISO="20050107">7 ta’ Jannar 2005</DATE>, li r-rikorrenti pparteċipat fiha, li minnhom jirriżulta li parteċipant ieħor fl-akkordju alloka mill-ġdid il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tiegħu minn moniters għal kompjuters portabbli u t-televixins.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, fil-premessa 220 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ssemmi l-fatt li, skont rapport ta’ [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> tal-<DATE ISO="20051104">4 ta’ Novembru 2005</DATE>, f’din l-okkażjoni, ir-rikorrenti ppreżentat il-volumi ta’ bejgħ tagħha u l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha. F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li r-rapport inkwistjoni jsemmi l-fatt li r-rikorrenti, matul ix-xahar ta’ Novembru 2005, użat kawżi 100 % tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ wħud mill-installazzjonijiet ta’ produzzjoni tagħha sabiex tipproduċi l-LCDs-TV.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Fis-seba’ lok, fil-premessa 232 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tirreferi għal dokumenti relatati mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> tas-<DATE ISO="20051206">6 ta’ Diċembru 2005</DATE>, li r-rikorrenti pparteċipat fiha, li fihom hemm osservazzjoni li waħda mill-parteċipanti fl-akkordju allokat mill-ġdid parti mill-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha lejn it-televixins u l-kompjuters portabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Dawn l-elementi juru li l-parteċipanti fl-akkordju, inkluża r-rikorrenti, kienu fil-pożizzjoni li jallokaw mill-ġdid, u effettivament diversi drabi allokaw mill-ġdid, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħhom tal-LCDs-TI lejn l-LCDs-TV u bil-kontra, sabiex ifittxu li jżommu l-prezzijiet ta’ wieħed u tal-prodotti l-oħrajn għal-livelli miftiehma jew, tal-inqas, sabiex jillimitaw it-tnaqqis tagħhom. Għalhekk, dawn l-elementi jippermettu li jiġi konkluż li kien jeżisti ness ta’ komplementarjetà, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 103 iktar ’il fuq, bejn id-deċiżjonijiet meħuda u l-informazzjoni skambjata fir-rigward taż-żewġ kategoriji ta’ LCDs suġġetti għal kartell.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-invokazzjoni mir-rikorrenti tal-allegata natura superfiċjali u sporadika tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-parteċipanti fl-akkordju fir-rigward tal-LCDs-TV, għandu jiġi osservat li l-provi li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata jiżvelaw, l-ewwel nett, li għal diversi drabi l-parteċipanti fil-laqgħat tal-akkordju ftiehmu li jżommu kostanti l-livell tal-prezzijiet tal-LCDs-TV. Hekk kif huwa indikat fil-premessa 154 tad-deċiżjoni kkontestata, fl-okkażjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> tal-<DATE ISO="20030611">11 ta’ Ġunju 2003</DATE>, ġiet skambjata informazzjoni fuq is-suġġett b’mod partikolari tal-istrateġija tal-prezzijiet (price policies) li waħda mill-parteċipanti fl-akkordju kienet qed tippjana, b’mod partikolari, għal-LCDs-TV. Bl-istess mod, ġew eżaminati tabelli li kienu jikkonċernaw it-tendenzi tal-prezzijiet ta’ tipi differenti ta’ LCDs suġġetti għal kartell għax-xhur ta’ Mejju, Ġunju u Lulju ta’ din is-sena. F’waħda minn dawn it-tabelli tinsab informazzjoni dwar l-LCDs-TV. Sussegwentement, fil-premessa 165 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rreferiet għal dokumenti relatati mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> tas-<DATE ISO="20031107">7 ta’ Novembru 2003</DATE>, li minnhom jirriżulta li l-parteċipanti ffissaw bħala għanijiet li jżidu l-prezzijiet tal-LCDs għall-kompjuters portabbli u li jżommu l-livell tal-prezzijiet tal-LCDs suġġetti għal kartell oħra, b’riferiment espliċitu għal-LCDs-TV. F’anness għar-rapport ta’ din il-laqgħa jinsabu t-tabelli li jindikaw il-prezzijiet ta’ diversi kategoriji ta’ LCDs suġġetti għal kartell, fosthom LCD-TV, matul is-sena 2003. Eżempji oħra tal-fatt li d-diskussjonijiet waqt laqgħat tal-akkordju kienu jirrigwardaw informazzjoni, b’mod partikolari l-prezzijiet u l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni, kienu jikkonċernaw mhux biss l-LCDs-TI, iżda wkoll l-LCDs-TV, li kienu jissemmew fil-premessi 167, 171, 173, 174, 202 u 214 tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll fid-dokumenti tal-fajl tal-Kummissjoni li jirreferu għalihom dawn il-premessi.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Anki jekk jiġi preżuppost li l-parteċipanti fl-akkordju kienu skambjaw bosta informazzjoni, jew informazzjoni iktar sensittiva, fir-rigward tal-LCDs-TI kif ukoll fir-rigward tal-LCDs-TV, xorta jibqa’ l-fatt li l-provi prodotti mill-Kummissjoni juru li din l-informazzjoni kollha kienet skambjata fl-istess mument, ta’ spiss permezz tal-istess dokumenti u, fuq kollox, billi jiġi segwit l-istess għan. Barra minn<?PAGE NO="20"?> hekk, in-natura sensittiva u ddettaljata tal-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti tirriżulta mill-premessa 202 tad-deċiżjoni kkontestata, fejn il-Kummissjoni tirreferi għal dokument, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>laqgħa Cristal<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> tal-<DATE ISO="20050505">5 ta’ Mejju 2005</DATE>, minn fejn jirriżulta li, f’dak li jikkonċerna r-rikorrenti, fid-dawl tal-kapaċitajiet differenti, il-prezz ta’ kategorija ta’ LCD-TV kien żdied minn 5 sa 10 dollari tal-Istati Uniti (USD) f’Mejju, u b’hekk il-prezz żdied għal USD 250.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt, invokat mir-rikorrenti, li d-diskussjonijiet fuq l-LCDs-TV kienu, fil-fehma tagħha, enfasizzati minn tendenza kontinwa għat-tnaqqis tal-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti, għandu jiġi osservat li diversi dokumenti li l-Kummissjoni bbażat fuqhom fid-deċiżjoni kkontestata juru l-intenzjoni tal-parteċipanti fl-akkordju li jżommu kostanti l-livelli tal-prezzijiet ta’ dawn l-LCDs u tal-fatt li t-tnaqqis tal-prezzijiet ma kienx probabbli għal żmien qasir (ara l-premessi 165, 167, 173 u 207 tad-deċiżjoni kkontestata). Fi kwalunkwe każ, anki jekk jiġi preżuppost li, ta’ spiss, id-diskussjonijiet tal-akkordju kienu unikament wasslu għal deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-prezzijiet, din il-koordinazzjoni tal-aġir kienet madankollu ħolqot distorsjoni tal-kompetizzjoni, peress illi t-tnaqqis tal-prezz kien seħħ b’mod ikkoordinat, u li seta’ kien iktar sinjifikattiv fl-assenza ta’ ftehim. Barra minn hekk, il-possibbiltà li l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jiġu allokati mill-ġdid, li huwa s-suġġett tad-diskussjonijiet tal-akkordju, kienet tippermetti lill-parteċipanti tiegħu li jirreaġixxu għal tnaqqis tal-prezzijiet tal-LCDs-TV, u b’dan il-mod ikkoordinat, fil-kuntest ta’ pjan globali.</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanza, ukoll invokata mir-rikorrenti, li l-persunal mibgħut mill-parteċipanti fl-akkordju għal-laqgħat tiegħu kien speċjalizzat fl-LCDs-TI, u mhux fl-LCDs-TV, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm hija tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-LCDs-TI kienu iktar importanti f’għajnejn impriżi kkonċernati, hija ma tfissirx għaldaqstant li l-LCDs-TV kienu s-suġġett biss ta’ diskussjonijiet superfiċjali u sporadiċi. Fil-fatt, hekk kif tosserva ġustament il-Kummissjoni, iċ-ċirkustanza inkwistjoni turi li l-iskambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-LCDs-TV kienet saret b’mod premeditat, peress illi l-persunal preżenti fil-laqgħat kellu jipprepara ruħu fuq dan is-suġġett, li ma kienx għamel parti mill-qasam prinċipali ta’ attività tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dan kollu li l-iskambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-LCDs-TV kien jaqa’ taħt l-istess pjan globali bħal dawk relatati mal-LCDs-TI u, b’konsegwenza, tal-istess ksur uniku u kontinwat.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra tar-rikorrenti ma jikkontestawx il-konstatazzjoni li dan kien tassew ksur uniku u kontinwat, relatat kemm mal-LCDs-TI kif ukoll mal-LCDs-TV, li l-Kummissjoni kellha d-dritt li tissanzjona permezz ta’ multa globali.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hija għal kollox irrilevanti ċ-ċirkustanza li l-informazzjoni dwar l-LCDs-TV bdiet tiġi diskussa bejn il-parteċipanti fl-akkordju wara l-ewwel fażi li matulha l-akkordju kien ikkonċerna biss l-LCDs-TI. Fil-fatt, peress li ġie pprovat li l-iskambji ta’ informazzjoni u d-deċiżjonijiet meħuda waqt laqgħat tal-akkordju fir-rigward tal-LCDs-TV kienu jaqgħu taħt l-istess pjan globali bħal dak implementat għal-LCDs-TI, il-mument li fih din l-estensjoni tal-akkordju seħħet, għal kull waħda mill-parteċipanti, ma għandux influwenza. Minbarra dan, għandu jiġi enfasizzat li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-multa, il-Kummissjoni ħadet kunsiderazzjoni tal-medja tal-valur tal-bejgħ rilevanti ta’ kull destinatarju tad-deċiżjoni kkontestata matul il-perijodu ta’ ksur kollu. Din il-medja hija influwenzata, b’mod favorevoli għar-rikorrenti, mill-fatt li din ma pproduċietx LCDs-TV fil-bidu tal-perijodu ta’ ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li r-rikorrenti ma pproduċietx LCDs-TV meta informazzjoni dwar dawn tal-aħħar kienet bdiet tiġi skambjata matul <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>laqgħat Cristal<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> ma huwiex relatat maċ-ċirkustanza li r-rikorrenti, meta hija estendiet l-attivitajiet tagħha għal-LCDs-TI, setgħet tibbenefika minn informazzjoni li hija kellha dwar il-prezzijiet u l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-parteċipanti l-oħra fl-akkordju li kienu ppreċeduha f’dan is-settur. F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-ġurisprudenza li impriża tista’ tiġi meqjusa responsabbli minn prattika miftiehma anki jekk il-parteċipazzjoni tagħha hija limitata għas-sempliċi ġbir ta’ informazzjoni dwar l-aġir futur tal-kompetituri tagħha (ara, f’dan is-sens,<?PAGE NO="21"?> is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, Lafarge vs Il‑Kummissjoni, T‑54/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 459 u 460, u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk, impriża tista’ tkun ipparteċipat direttament biss f’parti mill-aġir antikompetittiv li jikkomponi ksur uniku u kontinwat, iżda li kienet taf bl-aġir ieħor kollu li jikkostitwixxi ksur maħsub jew implementat mill-parteċipanti l-oħra fl-akkordju fit-tkomplija tal-istess għanijiet, jew setgħet raġonevolment tipprevedih u li kienet lesta li taċċetta r-riskju tiegħu. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha d-dritt li timputa fuq din l-impriża r-responsabbiltà tal-aġir antikompetittiv kollu li jikkomponi tali ksur u, sussegwentement, dan il-ksur kollu kemm hu (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, C‑441/11 P, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat il-valur probatorju, ikkontestat mir-rikorrenti, tad-dokument li l-Kummissjoni bbażat fuqu sabiex tikkunsidra li l-estensjoni tal-akkordju għal-LCDs-TV bdiet f’Settembru 2002.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>It-tieni nett, ftit jimporta li l-LCDs-TI u l-LCDs-TV jistgħu jaqgħu taħt swieq differenti, kif issostni r-rikorrenti. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li ksur uniku ma għandux neċessarjament jirrigwarda l-istess prodott jew prodotti sostitwibbli. Kriterji oħra huma wkoll rilevanti għal dan il-għan, bħall-identiċità jew id-diversità tal-għanijiet tal-prattiki inkwistjoni, l-identiċità tal-impriżi li ħadu parti fih, l-identiċità tal-modalitajiet ta’ implementazzjoni ta’ dawn il-prattiki, l-identiċità tal-persuni fiżiċi implikati għan-nom tal-impriżi u l-identiċità tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-prattiki inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Almamet vs Il‑Kummissjoni, T‑410/09, punti 172 u 174, u l-ġurisprudenza ċċitata). Dawn il-kriterji huma ssodisfatti f’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mill-punti 110 sa 127 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Minbarra dan, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, huwa biex jiġi stabbilit jekk ftehim jistax jaffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri u għandu bħala skop jew bħala effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni li għandu jiġi ddefinit is-suq inkwistjoni. Konsegwentement, l-obbligu li ssir delimitazzjoni tas-suq inkwistjoni f’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 101(1) KE huwa impost fuq il-Kummissjoni biss meta, mingħajr tali delimitazzjoni, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk il-ftehim, id-deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni tal-impriżi jew il-prattika miftiehma fil-kawża jistgħux jaffettwaw l-kummerċ bejn Stati Membri u għandhoma bħala skop u bħala effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20051025">25 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Groupe Danone vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-38/02" PAGE.ECR="II-4407" YEAR="2005">T-38/02, Ġabra p. II-4407</REF.DOC.ECR>, punt 99, u tas-<DATE ISO="20051206">6 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Brouwerij Haacht vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-48/02" PAGE.ECR="II-5259" YEAR="2005">T-48/02, Ġabra p. II-5259</REF.DOC.ECR>, punt 58; ara wkoll, f’dan is-sens, id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20060216">16 ta’ Frar 2006</DATE>, Adriatica di Navigazione vs Il‑Kummissjoni, C‑111/04 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat mir-rikorrenti li l-akkordju seta’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u kellu bħala skop li jirrestrinġi jew li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ġurisprudenza ppreċiżat ukoll li s-suq intiż minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE huwa ddeterminat mill-ftehimiet u mill-attivitajiet tal-akkordju (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, IBP u International Building Products France vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-384/06" PAGE.ECR="II-1177" YEAR="2011">T-384/06, Ġabra p. II-1177</REF.DOC.ECR>, punt 118, u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-każ, hekk kif tosserva ġustament il-Kummissjoni, huma l-membri tal-akkordju li deliberatament iffokaw l-aġir antikompetittiv tagħhom kemm fuq l-LCDs-TI kif ukoll fuq l-LCDs-TV.</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Sussegwentement, hemm lok li jiġi eżaminat l-argument li r-rikorrenti tfittex li tibbaża fuqu mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Adriatica di Navigazione vs Il‑Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-61/99" PAGE.ECR="II-5349" YEAR="2003">T-61/99, Ġabra p. II-5349</REF.DOC.ECR>, punt 36), sabiex jiġi sostnut li l-Kummissjoni ddefinixxiet b’mod insuffiċjenti s-swieq ikkonċernati u għalhekk fehmet ħażin in-natura u l-portata preċiżi tal-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><?PAGE NO="22"?><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, ċertament, fil-punt 30 tas-sentenza Adriatica di Navigazione vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali osservat li l-ilmenti kontra d-definizzjoni tas-suq inkwistjoni, ikkunsidrata mill-Kummissjoni, jistgħu jirreferu għal elementi adegwati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE barra l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, bħall-portata tal-akkordju inkwistjoni, in-natura unika jew globali tiegħu kif ukoll il-portata tal-parteċipazzjoni individwali ta’ kull waħda mill-impriżi kkonċernati. Bl-istess mod, fil-punti 31 u 32 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali sostniet li deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-parteċipazzjoni f’akkordju jista’ jkollha konsegwenzi fuq ir-relazzjonijiet tad-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni ma’ terzi. Huwa mixtieq ukoll li l-Kummissjoni, meta hija tadotta deċiżjoni li tikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ impriża fi ksur kumpless, kollettiv u kontinwat, lil hinn mill-verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, jekk tali deċiżjoni għandha twassal għar-responsabbiltà personali ta’ kull wieħed mid-destinatarji tagħha, dan huwa unikament għall-parteċipazzjoni stabbilita tagħhom fl-aġir kollettiv, issanzjonat u korrettament delimitat.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Madankollu, moqri wkoll fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, l-argument tar-rikorrenti f’dan il-każ ma jistax jiġi milqugħ. Fil-fatt, jirriżulta mill-punti 110 sa 127 iktar ’il fuq li l-Kummissjoni kkunsidrat lir-rikorrenti bħala responsabbli unikament tal-ksur li kkonkretizza ruħu bil-parteċipazzjoni fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>laqgħat Cristal<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> u fil-laqgħat bilaterali marbuta magħhom, li kellhom bħala għan li jikkoordinaw il-prezzijiet u l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni kemm tal-LCDs-TI kif ukoll tal-LCDs-TV. Għalhekk, l-assenza ta’ definizzjoni iktar preċiża tas-swieq ikkonċernati mill-akkordju ma esponietx lir-rikorrenti għar-riskji osservati mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza Adriatica di Navigazione vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, imsemmija fil-punt 133 iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntratti mal-fornituri Ġappuniżi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni li ma ħaditx kunsiderazzjoni tal-fatt li l-parteċipanti Koreani fil-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata kienu ftiehmu allegatament mal-fornituri Ġappuniżi ta’ LCDs-TV, li, ma’ dawn il-parteċipanti Koreani, huma l-atturi prinċipali f’dan is-suq, filwaqt li r-rikorrenti għandha biss rwol sekondarju. Skont ir-rikorrenti, il-veru ksur li l-Kummissjoni jmissha pproċediet kontra fir-rigward ta’ dawn l-LCDs kien jikkonsisti fil-ftehim bejn l-atturi prinċipali ta’ dan is-suq. Minħabba dan il-fatt, il-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, għalkemm il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwat tippermetti lill-Kummissjoni li fl-istess ħin tipproċedi kontra, permezz ta’ proċedura waħda u deċiżjoni waħda, aġir differenti li setgħet tipproċedi kontrih individwalment, dan ma għandux bħala konsegwenza li l-Kummissjoni hija obbligata li tipproċedi b’dan il-mod. Għalhekk, jekk jiġi preżuppost li l-allegat ftehim bejn il-fornituri Ġappuniżi ta’ LCDs-TV u l-parteċipanti Koreani fl-akkordju msemmi mid-deċiżjoni kkontestata jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, u li dan il-ksur jaqa’ taħt l-istess ksur uniku u kontinwat bħal dak ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma kinitx għaldaqstant obbligata li tipproċedi kontra dan l-aġir kollu flimkien.</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-portata tal-proċeduri li hija tapplika. Fuq dan is-suġġett, skont il-ġurisprudenza, hija ma tistax tiġi obbligata li tikkonstata u li tissanzjona kull aġir antikompetittiv u l-qrati tal-Unjoni ma jistgħux — anki jekk unikament sabiex titnaqqas il-multa — jiddeċiedu li l-Kummissjoni, fid-dawl tal-provi għad-dispożizzjoni tagħha, imissha stabbilixxiet l-eżistenza ta’ ksur matul perijodu partikolari u kontra impriża partikolari (ara, f’dan is-sens, Tokai Carbon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 369 u 370).</TXT></NP><?PAGE NO="23"?><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>L-eżerċizzju ta’ din is-setgħa huwa suġġett għall-istħarriġ ġudizzjarju. Madankollu, jirriżulta mill-ġurisprudenza li huwa biss jekk seta’ jintwera li l-Kummissjoni applikat, mingħajr raġuni oġġettiva, żewġ proċeduri distinti relatati ma’ sitwazzjoni ta’ fatt unika li l-għażla tagħha tista’ titqies li hija użu ħażin ta’ poter (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Alrosa, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-441/07 P" PAGE.ECR="I-5949" YEAR="2010">C-441/07 P, Ġabra p. I-5949</REF.DOC.ECR>, punt 89).</TXT></NP><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat li hija ma kellhiex, jew kien għad ma kellhiex, provi suffiċjenti kontra fornituri Ġappuniżi u għażlet għalhekk li ma tipproċedix kontra tagħhom fl-istess żmien bħar-rikorrenti u d-destinatarji l-oħra tad-deċiżjoni kkontestata, li fir-rigward tagħhom hija kellha, min-naħa l-oħra, diversi provi tal-eżistenza ta’ ksur, u dan kemm għal-LCDs-TI kif ukoll għal-LCDs-TV, hekk kif ġie kkonstatat iktar ’il fuq (punti 110 sa 134). Issa, din iċ-ċirkustanza tikkostitwixxi raġuni oġġettiva, li tiġġustifika l-għażla tal-Kummissjoni. Madankollu, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest tal-proċedura miftuħa kontra fornituri Ġappuniżi, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tosserva l-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> fir-rigward tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq l-allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni jmissha, fid-deċiżjoni kkontestata, spjegat ir-raġunijiet li għalihom hija eskludiet mill-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata l-fornituri Ġappuniżi ta’ LCDs-TV.</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-Kummissjoni ma kellha ebda obbligu li tesponi, fid-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet li għalihom fil-konfront tal-fornituri Ġappuniżi ma ttieħdux passi fil-kuntest ta’ din il-proċedura. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza, l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ att ma jistax jinkludi obbligu għall-istituzzjoni li hija l-awtur li timmotiva l-fatt li ma adottatx atti simili oħra indirizzati lil terzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-67/00+T-68/00+T-71/00+T-78/00" PAGE.ECR="II-2501" YEAR="2004">T-67/00, T-68/00, T-71/00 u T-78/00, Ġabra p. II-2501</REF.DOC.ECR>, punt 414, u tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, Hoek Loos vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-304/02" PAGE.ECR="II-1887" YEAR="2006">T-304/02, Ġabra p. II-1887</REF.DOC.ECR>, punt 63).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</P></TI></TITLE><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 93 iktar ’il fuq, meta impriża tkun, permezz tal-aġir tagħha, kisret l-Artikolu 101(1) TFUE, hija ma tistax tevita kwalunkwe sanzjoni minħabba li operaturi ekonomiċi oħra ma jkunux ġew imposti multi, anki fejn, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju ma kkunsidratx is-sitwazzjoni ta’ dawn tal-aħħar. F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi osservat li, jekk huwa minnu li l-Kummissjoni ma għandhiex id-dritt li tagħmel diskriminazzjoni bejn l-impriżi li jkunu pparteċipaw fl-istess akkordju, xorta jibqa’ l-fatt li l-ksur akkużat lir-rikorrenti jikkonsisti fil-ftehim li seħħ, matul <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>laqgħat Cristal<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> u laqgħat bilaterali marbuta ma’ dawn tal-aħħar, bejn il-fornituri Tajwaniżi u Koreani ta’ LCDs suġġetti għal kartell. Peress li l-fornituri Ġappuniżi ma pparteċipawx għal dan il-ftehim, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ivvizzjata minn nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-argument tar-rikorrenti li l-uniċi diskussjonijiet importanti li jikkonċernaw l-LCDs-TV kienu dawk li jimplikaw il-fornituri Ġappuniżi, li għalihom ir-rikorrenti ma pparteċipatx, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-Kummissjoni pproduċiet provi suffiċjenti sabiex turi li d-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata kienu ftiehmu, fil-kuntest ta’ pjan globali, kemm fuq l-LCDs-TI kif ukoll fuq l-LCDs-TV (ara l-punti 106 sa 135 iktar ’il fuq). Dan il-ftehim jikkostitwixxi ksur li l-Kummissjoni kellha d-dritt li tipproċedi kontra, indipendentement mill-eżistenza eventwali ta’ ksur ieħor li jikkonċerna l-LCDs-TV li għalih ċerti destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata, minbarra r-rikorrenti, jkunu setgħu pparteċipaw fih.</TXT></NP><?PAGE NO="24"?><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>Bħala tweġiba għall-argument li r-rikorrenti tfittex li tieħu mill-prassi amministrattiva tal-Kummissjoni, b’mod partikolari tad-Deċiżjoni C (2008) 5955 finali, tal-<DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [81] KE (Każ COMP/39.188 – Banana) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>deċiżjoni Banana<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>), għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni ma tistax isservi bħala kuntest ġuridiku għal multi fil-qasam tal-kompetizzjoni u li d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-kawżi l-oħra jagħtu biss indikazzjoni f’dak li jirrigwarda l-eżistenza eventwali ta’ diskriminazzjoni, peress li ma huwiex probabbli wisq li ċ-ċirkustanzi speċifiċi għalihom, bħas-swieq, il-prodotti, l-impriżi u l-perijodi kkonċernati jkunu identiċi (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20081008">8 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Carbone-Lorraine vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-73/04" PAGE.ECR="II-2661" YEAR="2008">T-73/04, Ġabra p. II-2661</REF.DOC.ECR>, punt 92, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Sabiex jiġu enfasizzati d-differenzi eżistenti bejn il-fatti msemmija mid-deċiżjoni Banana u dawk ta’ din il-kawża, għandu jiġi osservat li waħda mill-parteċipanti fil-ksur inkwistjoni f’din id-deċiżjoni ġiet rikonoxxuta tnaqqis tal-multa ta’ 10 %, minħabba ċirkustanza attenwanti, peress li ma kienx jirriżulta mill-proċess li hija kellha għarfien ta’ ċerti aspetti ta’ dan il-ksur, li ma pparteċipatx direttament fihom, jew li ma setgħetx raġonevolment tipprevedihom (ara l-premessi 465 u 466 tad-deċiżjoni Banana).</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-każ ineżami ma jippreżentax ċirkustanzi paragunabbli, peress illi r-rikorrenti, li tassew ipparteċipat fl-aspetti kollha tal-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata, tfittex li tipprevali ruħha mill-fatt li hija ma pparteċipatx fi ksur li jimplika lil impriżi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hekk kif tosserva ġustament il-Kummissjoni, anki jekk jiġi preżuppost li l-kuntatti bilaterali bejn il-fornituri Koreani u Ġappuniżi ta’ LCDs-TV kienu kkostitwixxew ksur uniku u kontinwat ma’ dak ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata u li r-rikorrenti kienet injorat l-eżistenza ta’ dawn il-kuntatti bilaterali, dawn iċ-ċirkustanzi ma għandhomx bħala konsegwenza li l-ilmenti kkunsidrati fir-rigward tar-rikorrenti minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata kienu mingħajr bażi, lanqas li l-multa imposta fuq ir-rikorrenti għandha titnaqqas. Fil-fatt, xejn ma jippermetti li jiġi affermat li l-multa imposta f’każ ta’ akkordju iktar wiesgħa, li jinkludi l-fornituri Ġappuniżi, kienet tkun, finalment, inferjuri għar-rikorrenti. F’dan ir-rigward, l-eventwali tnaqqis li l-Kummissjoni setgħet tagħti lir-rikorrenti, bħala ċirkustanza attenwanti, seta’ jiġi kkumpensat, jew saħansitra kien jiġi kkanċellat, permezz taż-żieda li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ perċentwali ogħla f’dak li jikkonċerna l-gravità tal-ksur u tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>dritt ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità</P></TI></TITLE><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx kunsiderazzjoni tan-natura inqas gravi tal-aġir antikompetittiv relatat mal-LCDs-TV, meta pparagunat ma’ dak dwar l-LCDs-TI.</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>Bħala tweġiba għal dan l-argument, hemm lok li jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni ġustament ikkunsidrat li dan kien ksur uniku u kontinwat. F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata li twettaq analiżi separata ta’ kull element ta’ ksur uniku, minħabba b’mod partikolari tal-eżistenza ta’ strateġija kollettiva maqsuma mill-membri kollha tal-akkordju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Carbone-Lorraine vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jikkonċerna iktar partikolarment in-natura proporzjonata tal-koeffiċjenti meqjusa mill-Kummissjoni fir-rigward tal-gravità tal-ksur inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>dritt ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> (ara l-punt 24 iktar ’il fuq), għandu jitfakkar li l-linji gwida tal-2006, u ġurisprudenza li minnha huma ispirati, jipprevedu li l-gravità tal-ksur hija, fl-ewwel fażi, evalwata skont elementi propji għall-ksur, bħan-natura tiegħu, il-parti mis-suq akkumulata tal-partijiet ikkonċernati kollha, il-portata ġeografika tal-ksur u l-implementazzjoni jew le tiegħu. Fit-tieni fażi, din l-evalwazzjoni hija mmodulata skont ċirkustanzi<?PAGE NO="25"?> aggravanti jew attenwanti li jikkorrispondu ma’ kull waħda mill-impriżi li tkun ipparteċipat fil-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Aragonesas Industrias y Energía vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-348/08" PAGE.ECR="II-7583" YEAR="2011">T-348/08, Ġabra p. II-7583</REF.DOC.ECR>, punt 264, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>L-ewwel fażi għandha bħala għan li tiddetermina l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq kull impriża kkonċernata, u dan billi jiġi applikat fuq il-valur tal-bejgħ ta’ prodott jew ta’ servizzi inkwistjoni fis-suq ġeografiku kkonċernat ta’ kull waħda minnhom l-ewwel koeffiċjent multiplikatur li jirrifletti l-gravità tal-ksur, kif ukoll it-tieni koeffiċjent multiplikatur intiż sabiex jiddisswadihom milli jipparteċipaw mill-ġdid f’tali aġir illegali. Kull wieħed minn dawn iż-żewġ koeffiċjenti multiplikaturi huwa ddeterminat fir-rigward ta’ fatturi li jirriflettu l-karatteristiċi tal-ksur meħud fil-globalità tiegħu, jiġifieri f’dak li jiġbor l-aġir antikompetittiv kollu tal-parteċipanti kollha tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Aragonesas Industrias y Energía vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 265).</TXT></NP><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>Isegwi li, anki jekk jiġi preżuppost li l-aġir antikompetittiv relatat mal-LCDs-TV kien inqas gravi minn dak relatat mal-LCDs-TI, il-Kummissjoni kellha d-dritt li tiffissa l-koeffiċjent relatat mal-gravità u dak relatat mad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>drittijiet ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> billi tieħu inkunsiderazzjoni l-pjan globali intiż mill-ksur uniku u kontinwat li dan l-aġir kollu jaqa’ taħtu.</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-fatt li, fid-deċiżjoni Banana, il-Kummissjoni applikat perċentwali inqas sinjifikattivi minn dawk tad-deċiżjoni kkontestata u kkonċediet tnaqqis għoli bħala ċirkustanza attenwanti, huwa biżżejjed li jsir riferiment għall-ġurisprudenza msemmija fil-punt 145 iktar ’il fuq u li jiġi rrilevat li, f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tat tnaqqis, fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari li żviluppat b’mod partikolari mill-kuntest leġiżlattiv fis-seħħ għall-kummerċ tal-banana (ara fil-premessa 460 tad-deċiżjoni Banana u r-riferiment fiha kif ukoll il-premessa 467 tagħha).</TXT></NP><NP><NO.P>154</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-valur tal-bejgħ rilevanti kkunsidrat mill-Kummissjoni fir-rigward tar-rikorrenti kien inkluda b’mod żbaljat bejgħ differenti minn dak dwar l-LCDs suġġetti għal kartell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>155</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha intiża li l-Qorti Ġenerali tirriforma l-ammont tal-multa li kienet ġiet imposta fuqha fid-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tqajjem it-tielet motiv, essenzjalment ibbażat fuq li l-ammont tal-multa kien ġie kkalkolat abbażi ta’ valur tal-bejgħ mhux preċiż, ir-rikorrenti kienet inkludiet bi żball fih bejgħ dwar kategoriji ta’ LCDs differenti minn dawk imsemmija mid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>156</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni huwa kkompletat mill-ġurisdizzjoni sħiħa, li hija rikonoxxuta lill-qorti tal-Unjoni mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE. Din il-ġurisdizzjoni tawtorizza lill-qorti, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ ta’ legalità tas-sanzjoni, li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha minflok dik tal-Kummissjoni u, bħala konsegwenza, li tneħħi, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagamenti ta’ penalità imposti.</TXT></NP><NP><NO.P>157</NO.P><TXT>Għalhekk hija l-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li għandha tevalwa, fid-data meta tadotta d-deċiżjoni tagħha, jekk ġietx imposta fuq ir-rikorrenti multa li l-ammont tagħha jirrifletti korrettament il-gravità tal-ksur inkwistjoni (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, Shell Petroleum <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑343/06, punt 117, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>158</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku bejn il-partijiet li, minħabba żbalji mwettqa mir-rikorrenti, l-ammont bażiku tal-multa li ġiet imposta fuqha kien jilħaq, qabel arrotondament, EUR 301 684 468 u li l-porzjon ta’ dan l-ammont li jirriżulta mill-iżbalji inkwistjoni kien ta’ EUR 13 246 618. Min-naħa l-oħra, il-partijiet ma jaqblux dwar il-mod kif dawn l-ammonti għandhom jiġu arrotondati.</TXT></NP><?PAGE NO="26"?><NP><NO.P>159</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, fir-rikors, talbet li ammont ta’ EUR 13 250 000 jitnaqqas mill-multa li ġiet imposta fuqha fid-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri EUR 300 000 000. L-ammont ġdid għandu għalhekk jilħaq EUR 286 750 000.</TXT></NP><NP><NO.P>160</NO.P><TXT>Fir-risposta, il-Kummissjoni spjegat li, fir-rigward tad-destinatarji kollha tad-deċiżjoni kkontestata, hija arrotondat l-ammont bażiku għal dak l-iktar baxx tal-ewwel żewġ ċifri, ħlief fil-każ fejn dan it-tnaqqis kien jirrappreżenta iktar minn 2 % tal-ammont qabel l-arrotondament, li f’dan il-każ il-Kummissjoni arrotondat dan l-ammont għall-ewwel tliet ċifri.</TXT></NP><NP><NO.P>161</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti, fid-deċiżjoni kkontestata, ibbenefikat mill-arrotondament għall-ewwel żewġ ċifri. Fil-fatt, l-ammont bażiku mhux arrotondat laħaq EUR 301 684 468, filwaqt li dan l-ammont arrotondat, hekk kif huwa indikat fit-tabella Nru 6 tad-deċiżjoni kkontestata, kien ta’ EUR 300 000 000.</TXT></NP><NP><NO.P>162</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-kalkolu propost mir-rikorrenti huwa żbaljat, peress illi jinkludi żewġ arrotondamenti: dak li l-Kummissjoni diġà applikat għall-ammont bażiku li jidher fid-deċiżjoni kkontestata u dak li jwassal sabiex jiġi kkunsidrat li l-ammont li għandu jitneħħa minħabba l-esklużjoni tal-bejgħ tal-prodotti minbarra l-LCDs suġġetti għal kartell tela’ minn EUR 13 246 618 sa EUR 13 250 000.</TXT></NP><NP><NO.P>163</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif tosserva l-Kummissjoni, l-applikazzjoni tal-metodu segwit fid-deċiżjoni kkontestata għall-ammont bażiku li jirriżulta mill-valur tal-bejgħ ikkoreġut, jiġifieri EUR 288 437 850, twassal għal ammont arrotondat ta’ EUR 288 000 000. Fil-fatt, arrotondament għall-ewwel żewġ ċifri jagħti lok għal tnaqqis ta’ EUR 8 437 850, jiġifieri iktar minn 2 % (2.9 %) tal-ammont bażiku mhux arrotondat.</TXT></NP><NP><NO.P>164</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti ssostni li l-fatt li jiġi arrotondat l-ammont il-ġdid tal-multa tagħha għall-ewwel tliet ċifri, minflok l-ewwel tnejn, għandu bħala riżultat li hija d-destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata li tapprofitta l-inqas mill-arrotondament. Hija għalhekk titlob tnaqqis iktar sostanzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>165</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm hija l-Qorti Ġenerali li għandha tevalwa hija stess iċ-ċirkustanzi tal-każ sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa ma jistax iwassal, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multi imposti, għal diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw f’akkordju li jikser l-Artikolu 101(1) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens, iċċitata iktar ’il fuq, punt 80).</TXT></NP><NP><NO.P>166</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni applikat il-metodu ta’ arrotondament deskritt fil-punt 160 iktar ’il fuq għall-parteċipanti kollha fl-akkordju. Dan il-metodu huwa oġġettiv u jippermetti lil dawn il-parteċipanti kollha li jibbenefikaw minn tnaqqis, fil-limitu ta’ 2 %. Jekk huwa veru li ċertu tnaqqis huwa iktar sinjifikattiv minn ieħor u li dak tar-rikorrenti huwa l-inqas għoli bħala perċentwali jekk il-Qorti Ġenerali kellha ssegwi l-istess metodu, xorta jibqa’ l-fatt li kull metodu ta’ arrotondament jinkludi aġġustamenti li jvarjaw għal kull impriża u li jagħtu lok għal tnaqqis bejn wieħed u ieħor sinjifikattiv. Għalhekk, peress illi l-metodu magħżul mill-Kummissjoni huwa ta’ benefiċċju, ċertament b’mod differenti, għad-destinatarji kollha tad-deċiżjoni kkontestata, u li din il-miżura għandha limitu ta’ 2 %, huwa opportun li dan jinżamm, sabiex jiġu evitati inugwaljanzi fit-trattament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20110517">17 ta’ Mejju 2011</DATE>, Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-299/08" PAGE.ECR="II-2149" YEAR="2011">T-299/08, Ġabra p. II-2149</REF.DOC.ECR>, punt 307 u 308).</TXT></NP><NP><NO.P>167</NO.P><TXT>Madankollu għandu jitfakkar li, sabiex tiġi ppreżervata l-effettività tal-Artikolu 18(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tobbliga lil impriża sabiex tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja li tikkonċerna fatti li hija setgħet kellha għarfien dwarhom u sabiex tikkomunikalha, jekk ikun hemm bżonn, id-dokumenti relatati magħha li jkunu fil-pussess tagħha, bil-kundizzjoni biss li ma timponix fuq l-impriża l-obbligu li tipprovdi tweġibiet li permezz tagħhom hija tasal sabiex tammetti l-eżistenza tal-ksur li fir-rigward tiegħu għandha tkun il-Kummissjoni li<?PAGE NO="27"?> tistabbilixxi l-prova (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19891018">18 ta’ Ottubru 1989</DATE>, Orkem vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="374/87" PAGE.ECR="3283" YEAR="1989">374/87, Ġabra p. 3283</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35). Impriża li lilha l-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni skont dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003 hija, barra minn hekk, marbuta b’obbligu ta’ kollaborazzjoni attiva u tista’ tiġi ssanzjonata permezz ta’ multa speċifika, prevista mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament, li tista’ tirrappreżenta sa 1 % tad-dħul mill-bejgħ totali tagħha jekk hija tipprovdi, deliberatament jew b’negliġenza, informazzjoni ineżatta jew żnaturata (sentenza Shell Petroleum <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 118).</TXT></NP><NP><NO.P>168</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, nuqqas ta’ kollaborazzjoni ta’ impriża u b’konsegwenza ta’ dan iżżid l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha minħabba ksur tal-Artikoli 101 TFUE jew tal-102 TFUE, sakemm din l-impriża ma tkunx ġiet issanzjonata għal dan l-istess aġir permezz ta’ multa speċifika bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (sentenza Shell Petroleum <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 118).</TXT></NP><NP><NO.P>169</NO.P><TXT>Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fl-ipoteżi fejn, bħala tweġiba għal talba f’dan is-sens min-naħa tal-Kummissjoni, impriża tkun naqset milli tippreżenta, deliberatament jew b’negliġenza, matul il-proċedura amministrattiva, elementi determinanti bil-għan li jiġi stabbilit l-ammont tal-multa u li hija kellha jew li setgħet kellha meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata. Għalkemm il-Qorti Ġenerali ma ssibx restrizzjoni sabiex tieħu dawn l-elementi inkunsiderazzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li l-impriża li tistabbilixxi dan biss fl-istadju kontenzjuż, billi b’hekk tippreġudika l-għan u t-tmexxija tajba tal-proċedura amministrattiva, tesponi ruħha għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ din iċ-ċirkustanza fid-determinazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-ammont xieraq tal-multa (sentenza Shell Petroleum <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 119).</TXT></NP><NP><NO.P>170</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti tammetti li wettqet żbalji meta hija pprovdiet lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja għall-kalkolu tal-valur tal-bejgħ rilevanti, peress li hija inkludiet fiha bejgħ dwar prodotti li ma humiex l-LCDs suġġetti għal kartell. Il-Kummissjoni tikkonferma li dawn il-prodotti ma kellhomx jiġu inklużi fil-kalkolu.</TXT></NP><NP><NO.P>171</NO.P><TXT>Minbarra dan, jirriżulta mill-proċess li dawn l-iżbalji jirriżultaw mill-fatt li r-rikorrenti ma kinitx ippreċiżat il-karatteristiċi speċifiċi ta’ ċerti LCDs lill-impriża li hija kienet għażlet sabiex tikkalkola l-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>172</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li din iċ-ċirkustanza ma tippermettix li jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti naqset milli twettaq l-obbligu ta’ kollaborazzjoni tagħha li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003 sa punt tali li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-iffissar tal-ammont tal-multa. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma fittxitx li twassal lill-Kummissjoni li twettaq żball, u lanqas ma ppreżentatilha informazzjoni mhux ipproċessata, li permezz tagħha l-Kummissjoni kellha tikkalkola l-valur tal-bejgħ rilevanti, mingħajr ma tipprovdilha fl-istess ħin il-preċiżazzjonijiet neċessarji sabiex tieħu minnhom l-informazzjoni essenzjali. Ir-rikorrenti rreferiet għal konsulenti esterni speċjalizzati sabiex tkun tista’ tipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja, iżda wettqet in-negliġenza li ma tispjegax lil dawn il-konsulenti d-differenzi eżistenti bejn ċerti tipoloġiji ta’ LCD. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti ma kellha manifestament ebda interess li l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni żbaljata, li kienet tinkludi l-bejgħ ta’ prodotti li ma kinux l-LCDs suġġetti għal kartell, peress illi dawn l-ineżattezzi setgħu jkunu biss ta’ dannu għaliha, billi l-ammont tal-multa li l-Kummissjoni timponi fuqha kien isir iktar għoli.</TXT></NP><NP><NO.P>173</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, issir evalwazzjoni ġusta taċ-ċirkustanzi tal-każ billi jiġi kkalkolat l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq ir-rikorrenti abbażi tal-valur tal-bejgħ ikkoreġut u billi jiġi applikat għaliha l-istess metodu bħal dak segwit mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, inkluż f’dak li jikkonċerna l-arrotondament. L-ammont stabbilit huwa ta’ EUR 288 000 000 (ara l-punt 163 iktar ’il fuq).</TXT></NP><?PAGE NO="28"?><NP><NO.P>174</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu, hemm lok li l-ammont tal-multa jitnaqqas għas-somma ta’ EUR 288 000 000 u li l-kumplament tat-talbiet tar-rikors jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>175</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>176</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma tilfitx f’dak li jikkonċerna l-fatt li inkludiet il-bejgħ relatat ma’ prodotti li ma humiex l-LCDs suġġetti għal kartell fil-valur tal-bejgħ rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq ir-rikorrenti. Issa, dan l-iżball huwa dovut biss għan-negliġenza tar-rikorrenti, li pprovdiet lill-Kummissjoni informazzjoni żbaljata. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti tilfet f’dak li jikkonċerna t-talbiet l-oħra li hija ppreżentat. F’tali sitwazzjoni, għandha ssir evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-kawża billi r-rikorrenti tiġi kkundannata għall-ispejjeż skont it-talbiet tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, Roquette Frères vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-322/01" PAGE.ECR="II-3137" YEAR="2006">T-322/01, Ġabra p. II-3137</REF.DOC.ECR>, punti 338 u 339).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ammont tal-multa imposta fuq InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp., fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-<DATE ISO="20101208">8 ta’ Diċembru 2010</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.309 – LCD), huwa stabbilit għal EUR 288 000 000.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">InnoLux hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Wetter</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>