European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1788

24.7.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1788

tat-23 ta’ Lulju 2026

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) ), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma soġġetti għal dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 (2) ).

(2)

Żewġ kodiċijiet TARIC (3) )7318 22 00 31 u 7318 22 00 95, “ikkonsenjati mill-Malażja,” li joriġinaw minn investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni li tikkonċerna l-istess prodott kellhom jingħalqu meta l-miżuri anti-dumping skadew fit-28 ta’ Frar 2016.

(3)

Dawk il-kodiċijiet inżammu bi żball fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 u d-dazji anti-dumping ilhom mill-2022 jinġabru mingħajr bażi legali valida. Għaldaqstant, kull tali dazju li nġabar jenħtieġ li jitħallas lura skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat il-każ u kkonkludiet li l-kodiċijiet jenħtieġ li jitħassru mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191.

(5)

Għaldaqstant, it-tħassir tal-kodiċijiet jenħtieġ li jsir b’mod retroattiv u jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mit-18 ta’ Frar 2022, li hija d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191.

(6)

Għal dawk ir-raġunijiet, huwa xieraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 jiġi emendat b’mod li jirrifletti t-tħassir taż-żewġ kodiċijiet TARIC.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar, għajr tal-azzar inossidabbli, jiġifieri viti tal-injam (esklużi coach screws), viti self-tapping, viti oħrajn u boltijiet bl-irjus (bl-iskorfini jew bil-woxers tagħhom jew mingħajrhom, iżda esklużi viti u boltijiet għall-irbit ta’ materjal tal-kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija), u woxers li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 90 , 7318 14 91 , 7318 14 99 , 7318 15 58 , 7318 15 68 , 7318 15 82 , 7318 15 88 , ex 7318 15 95 (Kodiċijiet TARIC 7318 15 95 19 u 7318 15 95 89), ex 7318 21 00 (Kodiċijiet TARIC 7318 21 00 31, 7318 21 00 39, 7318 21 00 95 u 7318 21 00 98) u ex 7318 22 00 (Kodiċijiet TARIC 7318 22 00 39 u 7318 22 00 98).”

Artikolu 2

Kwalunkwe dazju definittiv imħallas skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 fuq importazzjonijiet ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 7318 22 00 31 u 7318 22 00 95 għandu jitħallas lura f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-18 ta’ Frar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/191/oj).

(3)  It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1788/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)