11.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/64


P9_TA(2023)0031

It-twaqqif ta' sottokumitat għas-Saħħa Pubblika

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2023 dwar it-twaqqif ta' sottokumitat għas-saħħa pubblika (2023/2565(RSO))

(2023/C 283/14)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

—

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti (1),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 206 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jwaqqaf sottokumitat tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel;

2.

Jiddeċiedi li s-sottokumitat għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet tas-saħħa pubblika, u b'mod partikolari l-programmi u l-azzjonijiet speċifiċi fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-prodotti farmaċewtiċi u kożmetiċi, l-aspetti tas-saħħa tal-bijoterroriżmu, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard;

3.

Jiddeċiedi li, fil-Parti VIII, il-punt 2, tal-Anness VI għar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“F'dan il-kuntest, il-kumitat jiġi assistit minn sottokumitat għas-saħħa pubblika.”;

4.

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jibqa' responsabbli għall-eżami tal-proposti leġiżlattivi, u l-votazzjonijiet għandhom isiru fi ħdanu;

5.

Jiddeċiedi li s-sottokumitat għandu jkun magħmul minn 30 Membru;

6.

Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti tat-30 ta' Ġunju 2019 u tad-9 ta' Jannar 2020 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tas-sottokumitat, li l-bureaux tal-kumitat jista' jkollhom sa erba' viċi presidenti;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

(1)  ĠU C 482, 23.12.2016, p. 160.