|
25.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9856- M&G Investment Management/Baring Asset Management/Tunstall Group Holdings)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(2020/C 211/11)
(2020/C…/…)
1.
Fit-3 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
M&G Investment Management Limited (“M&G Investment Management”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn M&G plc. (“M & G Group”, ir-Renju Unit), |
|
— |
fondi kkontrollati minn Baring Asset Management Limited (“Baring Asset Management”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Barings Europe Limited (ir-Renju Unit), li finalment hija kkontrollata minn Massachusetts Mutual Life Insurance Company (“MassMutual Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Tunstall Group Holdings Limited (“Tunstall”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Charterhouse Capital Partners VIII LLP (“Charterhouse Capital”, ir-Renju Unit). |
M&G Investment Managment u Baring Asset Management jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Tunstall kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
M&G Investment Management: forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investiment, fosthom pjanijiet ta’ ekwità personali, kontijiet ta’ tfaddil individwali u trusts ta’ investiment. M&G Group huwa kumpanija ta’ tfaddil u ta’ investiment li toffri soluzzjonijiet għall-konsumaturi u klijenti istituzzjonali u l-ġestjoni ta’ tfaddil tul il-ħajja u pjanijiet ta’ rtirar. |
|
— |
Baring Asset management: ġestjoni ta’ ekwitajiet, dejn ta’ proprjetà immobbli u ekwità, dejn privat u portafolli ta’ introjtu fiss. MassMutual Group huwa kumpanija tal-assigurazzjoni tal-ħajja mutwa li toffri firxa ta’ prodotti finanzjarji bħall-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni għal kura fit-tul. |
|
— |
Tunstall: fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ software u teknoloġija għas-swieq tat-telecare u telehealth. Charterhouse Capital hija fond ta’ ekwità privata li tipprovdi servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9856 — M&G Investment Management/Baring Asset Management/Tunstall Group Holdings
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).