<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-386/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0386</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1122">EU:C:2019:1122</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20191219">19.12.2019</DATE> – Kawża C‑386/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Coöperatieve Producentenorganisatie en Beheersgroep Texel</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika komuni tas-sajd</KEYWORD><KEYWORD>Regolamenti (UE) Nri 1303/2013, 1379/2013 u 508/2014</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ prodotti tas-sajd u tal-akwakultura</KEYWORD><KEYWORD>Pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Appoġġ finanzjarju għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-infiq</KEYWORD><KEYWORD>Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ possibbiltà fid-dritt nazzjonali li titressaq applikazzjoni għal appoġġ</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑386/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti ta’ Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslet il-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Coöperatieve Producentenorganisatie en Beheersgroep Texel UA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, P. G. Xuereb (Relatur) u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, amministratur prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20190410">10 ta’ April 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn K. Bulterman u L. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. van Vliet, F. Ronkes Agerbeek, K. Walkerová u F. Moro, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 354, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament OKS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="320" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 320</REF.DOC.OJ>, u r-rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="140" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 200, p. 140</REF.DOC.OJ> u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 66, p. 6</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament QSK<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 149, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 88, p. 22</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Regolament FEMS<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Coöperatieve Producentenorganisatie en Beheersgroep Texel UA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>PO Texel2<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u l-minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (il-Ministru għall-Agrikoltura, Natura u Kwalità tal-Ikel, il-Pajjiżi l-Baxxi), fir-rigward ta’ deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar dwar iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni tiegħu għal appoġġ taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament OKS</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 7 u 14 tar-Regolament OKS jiddikjaraw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(7)</NO.P><TXT>L-organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura ([iktar ’il quddiem, imsejħa konġuntement] <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>organizzazzjonijiet tal-produtturi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>) huma ewlenin sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-[Politika Komuni tas-Sajd, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>PKS<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>] u tal-[Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>OKS<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>]. Huwa għalhekk meħtieġ li jiżdiedu r-responsabbiltajiet tagħhom u li jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex ikun jista’ jkollhom rwol iktar sinifikanti fil-ġestjoni ta’ kuljum tas-sajd, filwaqt li jirrispettaw il-qafas definit mill-għanijiet tal-PKS. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Sabiex ikunu jistgħu jidderiġu lill-membri lejn attivitajiet ta’ sajd u akkwakultura sostenibbli, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jippreparaw u jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tagħhom pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni li jkollu fih il-miżuri li jkunu jeħtieġu biex ikunu ssodisfati l-għanijiet tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-organizzazzjonijiet ta’ produtturi […]jistgħu jiġu stabbiliti fuq l-inizjattiva tal-produtturi ta’ prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, fi Stat Membru wieħed jew aktar […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tar-regolament imsemmi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tippreżenta pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, għallinqas għall-ispeċijiet kummerċjalizzati ewlenin tagħha lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħha għall-approvazzjoni. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom japprovaw il-pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni. Ladarba l-pjan jiġi approvat, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha immedjatament timplimentah.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tipprepara rapport annwali tal-attivitajiet tagħha skont il-pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, u għandha tippreżentah lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-approvazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirċievu sostenn finanzjarju għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni b’konformità ma’ att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal appoġġ finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perjodu 2014‑2020.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament PKS</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 354, p. 22</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="122" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 122, p. 35</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Regolament PKS<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) jipprovdi, fl-Artikolu 35 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.P><TXT>Għandha tiġi stabbilita [OKS]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-[OKS] għandha tinkludi b’mod partikolari:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>pjanijiet tal-produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet [tal-produtturi];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament QSK</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 14 tal-Artikolu 2 tar-Regolament QSK jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>operazzjoni kompluta<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>operazzjoni li tlestiet fiżikament jew ġiet implimentata għal kollox u fir-rigward tagħha saru l-pagamenti relatati kollha mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti tħallset lill-benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(4) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-Istati Membri, fil-livell territorjali xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom, u l-korpi maħtura minnhom għal dak il-għan għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali u għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, […]f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-regoli speċifiċi għall-Fondi [strutturali u ta’ investiment Ewropej (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Fondi ESI<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>].<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Eliġibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, l-Artikolu 65(1), (2) u (6) tar-Regolament jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="065.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-eliġibbiltà tan-nefqa għandha tiġi ddeterminata abbażi tar-regoli nazzjonali, ħlief fejn ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi f’dan ir-Regolament jew abbażi tiegħu jew tar-regoli speċifiċi għall-Fondi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="065.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi ESI jekk tkun saret minn benefiċjarju u ġiet imħallsa bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, skont liema data tiġi l-ewwel, u l‑<DATE ISO="20231231">31 ta’ Diċembru 2023</DATE>. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="065.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ mill-Fondi ESI fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma tkun ġiet imressqa mill-benefiċjarju l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta’ ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti relatati kollha jkunux saru mill-benefiċjarju.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament FEMS</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament FEMS, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Prijoritajiet tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jiddikjara, fil-punt 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-[FEMS] għandu jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 u għall-implimentazzjoni tal-PKS. Huwa għandu jsegwi l-prijoritajiet li ġejjin tal-Unjoni għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura u ta’ attivitajiet relatati, li jirriflettu l-objettivi tematiċi rilevanti msemmija fir-Regolament [QSK]:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-titjib tal-organizzazzjoni tas-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-inkoraġġiment għal investiment fis-setturi tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Pjani dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, l-Artikolu 66 tar-Regolament FEMS huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="066.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-[FEMS] għandu jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament [OKS].</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="066.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-infiq relatat mal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni għandu jkun eliġibbli għal appoġġ mill-[FEMS] biss wara l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament [OKS].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="066.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-appoġġ mogħti għal kull organizzazzjoni tal-produtturi kull sena skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż it-3 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq minn dik l-organizzazzjoni ta’ produtturi matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="066.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħti pagament bil-quddiem ta’ 50 % tal-appoġġ finanzjarju wara l-approvazzjoni tal-pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament [OKS].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="066.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi u lil assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 68 tar-Regolament FEMS, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Il-[FEMS] jista’ jappoġġa l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura […]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1418/2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1418/2013 tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar il-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni skont ir-Regolament Nru 1379/2013 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="353" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 353, p. 40</REF.DOC.OJ>), jiddikjara, fl-Artikolu 2(1) tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iressqu l-ewwel pjanijiet tagħhom quddiem l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom sal-aħħar ta’ Frar 2014. […]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Linji Gwida Nru 2014/2</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-punt 3.3 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni Nru 2014/2 tat‑<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE> fuq l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-suq fil-programmi operattivi tal-FEMS, jindika b’mod partikolari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-kontenut, il-validazzjoni u d-deċiżjoni dwar il-livell ta’ finanzjament tal-[pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni] jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri: L-Istati Membri għandhom japprovaw il-[pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni] u jiddeterminaw l-ammont tal-finanzjament għal kull wieħed minn fosthom […]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Ġenerali dwar id-Dritt Amministrattiv</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 4:23(1) tal-wet houdende algemene regels van bestuursrecht (Algemene wet bestuursrecht) (il-Liġi li Tistabbilixxi r-Regoli Ġenerali tad-Dritt Amministrattiv (il-Liġi Ġenerali fuq id-Dritt Amministrattiv)) tal‑<DATE ISO="19920604">4 ta’ Ġunju 1992</DATE>, organu amministrattiv jagħti sussidju biss fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni legali li tippreċiża l-attivitajiet li għalihom jista’ jingħata sussidju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet dwar is-Sussidji Ewropej fil-Qasam tal-Affarijiet Ekonomiċi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-Pajjiżi l-Baxxi daħal fis-seħħ ir-Regeling van de Staatssecretaris van Economische Zaken, nr. WJZ/15083650, houdende vaststelling van subsidie-instrumenten in het kader van de Europese structuur- en investeringsfondsen op het terrein van Economische Zaken (Regeling Europese EZ-Subsidies) (id-Digriet tas-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi Nru WJZ/15083650 li jistabbilixxi l-Istrumenti ta’ Sussidju fil-Kuntest tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fil-Qasam tal-Affarijiet Ekonomiċi (id-Digriet dwar is-Sussidji Ewropej fil-Qasam tal-Affarijiet Ekonomiċi)), tat‑<DATE ISO="20150628">28 ta’ Ġunju 2015</DATE> (Stcrt. 2015, n<HT TYPE="SUP">o</HT> 18094).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2.2 ta’ dan id-digriet, l-attivitajiet ikkontemplati fir-Regolament FEMS jistgħu jiġu ssussidjati mill-Ministru għall-Agrikoltura, Natura u Kwalità tal-Ikel, wara li ssir talba f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 2.3(1) tal-imsemmi digriet, dan il-ministru jista’ jagħti sussidju biss jekk ikun ippreveda l-possibbiltà li titressaq applikazzjoni għal sussidju filwaqt li jiġi stabbilit limitu għas-sussidju u terminu għat-tressiq tal-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet li jipprevedi l-Modulu ta’ Sussidji li jirrigwardaw il-Pjanijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Kummerċjalizzazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tar-Regeling van de Staatssecretaris van Economische Zaken, nr. WJZ/16105576, houdende wijziging van de Regeling Europese EZ-subsidies en de Regeling openstelling EZ‑subsidies 2016 in verband met de subsidiemodule inzake productie- en afzetprogramma’s en andere wijzigingen in het kader van het Europees Fonds voor Maritieme Zaken en Visserij (id-Digriet tas-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi Nru WJZ/16105576 li jemenda d-Digriet dwar is-Sussidji Ewropej fil-Qasam tal-Affarijiet Ekonomiċi u d-Digriet li jiftaħ is-Sussidji Ewropej fil-Qasam tal-Affarijiet Ekonomiċi 2016 għal dak li jikkonċerna l-Modulu ta’ Sussidji li jirrigwardaw il-Pjan ta’ Produzzjoni u ta’ Kummerċjalizzazzjoni u li jagħmel Tibdil ieħor fil-Kuntest tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd), tal‑<DATE ISO="20160825">25 ta’ Awwissu 2016</DATE> (Stcrt. 2016, Nru 43926, iktar ’il quddiem id-“Digriet li jipprevedi l-Modulu ta’ Sussidji li jirrigwardaw il-Pjanijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Kummerċjalizzazzjoni), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreveda l-modulu ta’ sussidji li jirrigwardaw il-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni matul il-perijodu mid‑29 ta’ Awwissu sas‑<DATE ISO="20160916">16 ta’ Settembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>PO Texel hija organizzazzjoni ta’ produtturi, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament OKS, li l-għan tagħha huwa l-adozzjoni ta’ miżuri intiżi li jiffavorixxu l-prattika razzjonali tas-sajd u t-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ tal-prodotti tas-sajd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20140429">29 ta’ April 2014</DATE>, din l-organizzazzjoni, konformement mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament OKS, issottomettiet il-pjan tagħha ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni 2014 għall-approvazzjoni tal-Ministru għall-Agrikoltura, Natura u Kwalità tal-Ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20140709">9 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-Ministru, konformement mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament OKS, approva dan il-pjan li PO Texel, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, implimentat immedjatament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Ottubru 2014, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżenta lill-Kummissjoni programm operattiv għall-perijodu mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> sal‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, li seħħet fil‑<DATE ISO="20150225">25 ta’ Frar 2015</DATE>, tal-programm operattiv sottomess mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, fid‑<DATE ISO="20150519">19 ta’ Mejju 2015</DATE> PO Texel bagħtet applikazzjoni għal sussidju indirizzata lill-Ministru għall-Agrikoltura, Natura u Kwalità tal-Ikel, fuq il-bażi tal-pjan tagħha ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni 2014, għall-finijiet tal-eliġibbiltà tagħha għall-appoġġ tal-FEMS għall-infiq li kienet wettqet kemm għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan, kif ukoll għal dak relatat mal-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni li hija kienet adottat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20150710">10 ta’ Lulju 2015</DATE>, dan il-ministru ċaħad l-applikazzjoni ta’ PO Texel. Huwa qies, minn naħa, li fid-data tat-tressiq tal-applikazzjoni tagħha għal sussidju, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kien għadu ma pprevediex il-possibbiltà li titressaq tali applikazzjoni, la għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni taħt l-Artikolu 66 tar-Regolament FEMS, u lanqas għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura adottati mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi konformement mal-Artikolu 68 ta’ dan ir-regolament. Min-naħa l-oħra, huwa qies li kien biss wara li fasslet il-pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni 2014 u wara li implimentatu, meta ġie approvat mill-Ministru, li PO Texel ressqet l-applikazzjoni tagħha għal sussidju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ilment imressaq minn PO Texel kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud bħala infondat mill-Ministru għall-Agrikoltura, Natura u Kwalità tal-Ikel, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20151113">13 ta’ Novembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors li hija ppreżentat kontra din id-deċiżjoni quddiem il-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti ta’ Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi), PO Texel allegat b’mod partikolari li hija eliġibbli għall-appoġġ tal-FEMS, taħt l-Artikolu 66 tar-Regolament FEMS, għall-infiq li jirrigwarda t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni 2014 li hija adottat. F’dan ir-rigward hija tenfasizza li hija kellha tissottometti pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament OKS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Agrikoltura, Natura u Kwalità tal-Ikel isostni, essenzjalment, li huwa ma setax jilqa’ t-talba għal sussidju fformulata minn PO Texel, peress li, fid-data tas-sottomissjoni ta’ din tal-aħħar, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kienx ippreveda l-possibbiltà li tali talba titressaq u li, fi kwalunkwe każ, il-kapitolu tar-Regolament FEMS li taħtu jaqa’ l-Artikolu 66 tiegħu jħalli marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ lill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti ta’ Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 66(1) tar-Regolament [FEMS] [li] <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>jappoġġa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament [OKS] jipprekludi lil Stat Membru milli jopponi li organizzazzjoni ta’ produtturi li tkun ippreżentat applikazzjoni għall-għoti ta’ dan l-appoġġ minħabba l-fatt li fil-mument li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, dak l-Istat Membru ma kienx offra l-possibbiltà li applikazzjoni tiġi ssottomessa għal kategorija speċifika ta’ nfiq (f’dan il-każ: l-ispejjeż għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni) jew għal perijodu speċifiku (f’dan il-każ: is-sena 2014) la fil-programm operazzjonali approvat mill-Kummissjoni Ewropea, u lanqas fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-eliġibbiltà tal-infiq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Huwa rilevanti, sabiex tingħata risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda, li, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament [OKS], l-organizzazzjoni ta’produtturi hija obbligata li tħejji pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u, wara l-approvazzjoni tal-pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni mill-Istat Membru, timplimenta dan il-pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda tkun fis-sens li l-Artikolu 66(1) tar-Regolament [FEMS] jipprekludi lil Stat Membru milli jopponi li organizzazzjoni tal-produtturi, li tkun ippreżentat applikazzjoni għall-għoti ta’ dan l-appoġġ għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, minħabba l-fatt li fil-mument li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, dak l-Istat Membru ma kienx offra l-possibbiltà li applikazzjoni tiġi ssottomessa, l-applikant li jkun applika għall-għoti ta’ dan l-appoġġ jista’ jikseb direttament permezz tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament [FEMS] il-bażi legali meħtieġa għall-ksib ta’ dritt fil-konfront tal-Istat Membru tiegħu sabiex jingħata l-appoġġ inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fis-sens li l-applikant li jkun applika għall-għoti ta’ dan l-appoġġ jista’ jikseb direttament permezz tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament [FEMS] il-bażi legali meħtieġa għall-ksib ta’ dritt fil-konfront tal-Istat Membru tiegħu sabiex jingħata l-appoġġ inkwistjoni, l-Artikolu 65(6) tar-Regolament [QSK] jipprekludi l-għoti ta’ appoġġ għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni fil-każ li l-applikazzjoni għall-għoti ta’ appoġġ tiġi ssottomessa wara li l-pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni jkun tħejja u ġie implimentat?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Preliminarjament jeħtieġ li jiġi osservat li bid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti OKS, PKS u FEMS, seħħet l-aħħar riforma attwali fil-qasam tal-PKS, b’effett mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Bil-għan li jintlaħqu l-effetti ta’ din ir-riforma, il-leġiżlatur tal-Unjoni espona espliċitament il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jingħataw l-appoġġ finanzjarju neċessarju sabiex dan ikun jista’ jseħħ, filwaqt li qiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom għodda speċifika ta’ sostenn, jiġifieri l-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-imsemmija pjanijiet huma previsti fl-Artikolu 28 tar-Regolament OKS, li jimponi ċertu numru ta’ obbligi fuq l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, bħalma huma, l-ewwel nett, is-sottomissjoni ta’ tali pjan għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, it-tieni nett, l-implimentazzjoni immedjata ta’ dan il-pjan ladarba jiġi approvat minnhom, u, it-tielet nett, it-tħejjija ta’ rapport annwali dwar l-attivitajiet imwettqa minnhom b’applikazzjoni tal-imsemmi pjan u s-sottomissjoni tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Huwa biss wara l-approvazzjoni, minn dawn tal-aħħar, ta’ dan ir-rapport annwali li l-infiq inkors mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet rispettivi tagħhom ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni jsiru eliġibbli għall-appoġġ tal-FEMS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-modalitajiet ta’ finanzjament ta’ dawn il-pjanijiet huma rregolati permezz tar-Regolament FEMS, li jikkostitwixxi l-istrument finanzjarju fis-servizz tal-PKS għall-perijodu ta’ programmazzjoni mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> sal‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE> u, b’mod partikolari, permezz tal-Artikolu 66 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li l-finanzjament taħt il-FEMS huwa implimentat fuq il-bażi tal-programmi operattivi uniċi elaborati minn kull Stat Membru u li jkopru kull perijodu ta’ programmazzjoni. Dawn il-programmi, li huma sottomessi lill-Kummissjoni, għandhom jinkludu pjan ta’ finanzjament u deskrizzjoni tal-istrateġija li għandha tiġi segwita sabiex jintwera li l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji favur il-prijoritajiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6 tar-regolament imsemmi tista’ debitament tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti mill-imsemmija programmi. Ladarba dawn l-istess programmi jiġu approvati mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jkollhom id-dmir li jistabbilixxu l-kriterji nazzjonali ta’ eliġibbiltà tal-infiq u li jipprevedu l-possibbiltà li titressaq<?PAGE NO="9"?> applikazzjoni għal sussidju taħt il-FEMS. F’dan il-każ, din il-possibbiltà ġiet prevista mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi biss fil‑<DATE ISO="20160825">25 ta’ Awwissu 2016</DATE> permezz tad-Digriet li jipprevedi l-Modulu ta’ Sussidji li jirrigwardaw il-Pjanijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk jeħtieġ li jiġi osservat li minħabba l-adozzjoni tardiva tar-Regolament FEMS, li saret biss fil‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> bl-applikazzjoni retroattiva mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, u minħabba l-fatt li l-programmi operattivi setgħu jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri biss wara din id-data, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi kellhom iħejju u jimplimentaw il-pjanijiet tagħhom ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni għas-sena 2014 filwaqt li l-possibbiltà li jirċievu l-appoġġ finanzjarju msemmi fl-Artikolu 66 ta’ dan ir-regolament kienet għadha ma ġietx formalment prevista. Fil-fatt, dawn l-organizzazzjonijiet kellhom, konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1418/2013, jissottomettu l-pjanijiet rispettivi tagħhom għas-sena 2014 qabel tmiem ix-xahar ta’ Frar ta’ din is-sena. F’dan il-każ, PO Texel issottomettiet il-pjan tagħha lill-ministru nazzjonali kompetenti biss fid‑<DATE ISO="20140429">29 ta’ April 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1418/2013 jagħti lok għal obbligu għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jressqu l-pjanijiet tagħhom ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni għas-sena 2014 qabel tmiem ix-xahar ta’ Frar ta’ din is-sena, filwaqt li dan ir-regolament ma kienx jipprevedi konsegwenzi fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dan ir-rekwiżit <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ma kinux qiesu li kien xieraq li jagħtu importanza lid-dewmien fis-sottomissjoni tal-pjan ta’ PO Texel. Dan il-gvern ikkonferma li, fi kwalunkwe każ, dan id-dewmien ma jistax jagħti lok għal konsegwenzi kontra din l-organizzazzjoni ta’ produtturi, bħaċ-ċaħda tad-dritt tagħha li tibbenefika minn sussidju taħt il-FEMS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jirrifjuta li jagħti segwitu għal applikazzjoni għal sussidju minn organizzazzjoni ta’ produtturi relatata mal-infiq li tkun inkorriet għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni, minħabba li, fid-data tat-tressiq tal-applikazzjoni tiegħu, dan l-Istat Membru kien għadu ma pprevediex, fl-ordinament ġuridiku intern tiegħu, il-possibbiltà li tali applikazzjoni tiġi pproċessata. Hija tistaqsi dwar il-punt jekk iċ-ċirkustanza li l-Artikolu 28 tar-Regolament OKS jimponi lil dawn l-organizzazzjonijiet ifasslu tali pjanijiet u jimplimentawhom ladarba jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistax ikollha effett fuq ir-risposta li għandha tingħata lil din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi ddeterminat preliminarjament jekk, billi jiddikjara fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS li l-FEMS <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>jappoġġa<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jintroduċi obbligu għall-Istati Membri li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ tal-FEMS għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ tali pjanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS, il-FEMS <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>jappoġġa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament OKS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-użu tal-formulazzjoni imperattiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>jappoġġa<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> jikkontribwixxi għal interpretazzjoni tal-Artikolu 66(1) tal-FEMS li skontha l-Istati Membri għandhom obbligu, filwaqt li josservaw il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu, jipprevedu l-għoti ta’ appoġġ għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament OKS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija sostnuta kemm bil-ħolqien tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS kif ukoll bil-kuntest u l-għanijiet li l-leġiżlazzjoni li minnha jagħmel parti tixtieq tikseb.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tal-ħolqien ta’ din id-dispożizzjoni, jeħtieġ li jiġi enfasizzat, qabel kollox, li, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu u hekk kif sostniet il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel deliberament li jifformula l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS b’mod imperattiv. Fil-fatt, mill-ħidma preparatorja għal din id-dispożizzjoni jirriżulta li, għalkemm fil-proposta għal Regolament FEMS [COM(2011) 804 final] imressqa mill-Kummissjoni, il-formulazzjoni li skontha l-FEMS <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>jista’ jappoġġja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> kienet issuġġerita, madankollu din ma ġietx inkluża fit-test finali tal-imsemmija dispożizzjoni. Il-Parlament Ewropew kien insista li tintuża l-esprezzjoni l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>FEMS għandu jappoġġja<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, b’mod li jiġi ggarantit li tingħata appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi taħt il-FEMS, għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din l-istess interpretazzjoni hija riflessa kemm mill-punt 3.3 tal-Linji Gwida Nru 2014/2 li bis-saħħa tagħhom l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>għandhom<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> japprovaw il-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni u jiddeterminaw l-ammont ta’ finanzjament għal kull wieħed minnhom, kif ukoll mill-gwida mogħtija mill-Kummissjoni fit-taqsima FAQ tas-sit internet tagħha fejn huwa indikat, essenzjalment, li l-awtoritajiet nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>għandhom jappoġġaw<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni permezz ta’ finanzjament taħt il-FEMS, sa fejn dawn il-pjanijiet ikunu ġew approvati mill-awtorità nazzjonali kompetenti u li dan l-appoġġ jidħol fil-limiti previsti fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament FEMS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Ċertament, la l-Linji Gwida tal-Kummissjoni u lanqas il-gwida mogħtija minnha fit-taqsima FAQ tas-sit internet tagħha ma jistgħu jorbtu lill-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, huma jistgħu jikkostitwixxu sors utli ta’ ispirazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:183">EU:C:2016:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kuntest li fih jidħol l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS, hemm lok li jitqies, minn naħa, li din id-dispożizzjoni tiddistingwi lilha nnifisha mill-maġġoranza kbira tad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-FEMS, bħall-Artikoli 48 u 68 ta’ dan ir-regolament, li jindikaw, f’termini fakultattivi, li appoġġ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>jista’ jingħata<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jew ulterjorment li l-FEMS <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>jista’ jappoġġa<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ċerti miżuri jew operazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li jiġi osservat li l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS jirreferi espliċitament għall-Artikolu 28 tar-Regolament OKS, li l-paragrafu 6 tiegħu huwa intiż li jiggarantixxi li, sa fejn il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafi 1, 3 u 5 ta’ dan l-artikolu jiġu ssodisfatti, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>In-natura imperattiva tal-formulazzjoni tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS ma tistax titqiegħed inkwistjoni mill-osservazzjoni tal-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi li skontha l-formulazzjoni użata mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikolu 28(6) tar-Regolament OKS, sa fejn dan l-artikolu jipprovdi li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>jistgħu jirċievu sostenn […] b’konformità ma’ att legali futur tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> timplika, essenzjalment, li dan kellu l-intenzjoni li jħalli lill-Istati Membri l-għażla li jipprovdu tali appoġġ lil dawn l-organizzazzjonijiet. Fil-fatt, ir-riferiment magħmul għall-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>seta’<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> f’din id-dispożizzjoni ma għandhux jinftiehem skont il-konnotazzjoni fakultattiva tiegħu, iżda għandu jiġi interpretat b’mod prospettiv, b’tali mod li jinqara fid-dawl taċ-ċirkustanza li l-imsemmija organizzazzjonijiet kellhom jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju permezz ta’ att futur tal-Unjoni, li sussegwentement sar ir-Regolament FEMS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li n-natura imperattiva tal-formulazzjoni tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS tikkostitwixxi wkoll konsegwenza loġika tal-artikolazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni mal-obbligi imposti lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi skont l-Artikolu 28(1), (3) u (5) tar-Regolament OKS, hekk kif ġew imfakkra fil-punt 32 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, in-natura imperattiva tal-formulazzjoni tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS hija wkoll neċessarja fir-rigward tal-għanijiet li l-aħħar riforma fil-qasam tal-PKS tixtieq tilħaq, kif ukoll minħabba l-għan u l-istruttura ġenerali tar-Regolament FEMS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar, fl-ewwel lok, li l-leġiżlatur tal-Unjoni indika espliċitament fil-premessi 7 u 14 tar-Regolament OKS il-ħtieġa li jissaħħu r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi kif ukoll li dawn jingħataw l-appoġġ finanzjarju neċessarju sabiex dawn ikunu jistgħu jkollhom rwol iktar importanti fil-ġesjoni ta’ kuljum tas-sajd, b’mod li dawn ikunu jistgħu jwasslu lill-membri tagħhom jipprattikaw l-attivitajiet tagħhom ta’ sajd u ta’ akwakultura skont metodu sostenibbli fit-tul, konformement mal-qafas iddefinit mill-għanijiet tal-PKS. Hekk kif essenzjalment osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 49 sa 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għan li jrid jintlaħaq mill-appoġġ finanzjarju previst fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS u, b’mod iktar ġenerali, mis-sistema ta’ finanzjament introdotta fil-kuntest tal-aħħar riforma fil-qasam tal-PKS, għandu jiġi interpretat b’korrelazzjoni mar-rwol maġġuri attribwit lil dawn l-organizzazzjonijiet, sa fejn tqiegħdet fuqhom l-inkarigu ta’ kontribut effettiv għall-eżerċizzju ta’ missjoni ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi osservat li, skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament FEMS, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jista’ jingħata biss lis-sempliċi organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew lil assoċjazzjonijiet ta’ tali organizzazzjonijiet. Huwa hawnhekk, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, li s-sistema ta’ finanzjament introdotta fil-kuntest tal-FEMS hija sostanzjalment differenti minn dawk li jaqgħu taħt Fondi ESI oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, jeħtieġ li jiġi osservat li l-importanza wara l-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ tal-FEMS lil dawn l-organizzazzjonijiet għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni hija kkorroborata bil-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda espliċitament fl-Artikolu 66(4) tar-Regolament FEMS il-possibbiltà għall-Istati Membri li jagħtuhom ħlas minn qabel ta’ 50% mill-appoġġ finanzjarju mitlub taħt dawn il-pjanijiet, u dan minħabba l-fatt li jiddekorri minimu ta’ sena bejn id-data tat-tħejjija ta’ tali pjanijiet u d-data li fiha l-organizzazzjonijiet imsemmija jistgħu jistennew finanzjament taħt il-FEMS wara li r-rapport annwali tagħhom jiġi approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-punti kollha preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS għandu jinftiehem fis-sens li jimponi obbligu għall-Istati Membri fejn dawn għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament taħt il-FEMS kemm għat-tħejjija kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Sabiex dan l-obbligu jiġi ssodisfatt l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-possibbiltà fl-ordinament ġuridiku intern tagħhom sabiex l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jkunu jistgħu jressqu l-applikazzjonijiet tagħhom għal sussidji taħt il-FEMS għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 66(2) u (3) tar-Regolament FEMS moqri flimkien mal-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 65(1) tar-Regolament QSK, huma għandhom jiddeċiedu l-miżuri ta’ applikazzjoni tar-Regolament FEMS fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-infiq u, b’mod partikolari, għandhom jiddeterminaw il-kriterji relatati mad-data ta’ bidu ta’ eliġibbiltà ta’ dan l-infiq u mal-metodu ta’ kalkolu tal-ammont li għandu jingħata lil kull waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, meta jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-awtoritaijiet nazzjonali huma obbligati jeżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali tagħhom b’mod li josservaw il-prinċipji ġenerali tad-dritt, li fosthom hemm il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060914">14 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Slob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑496/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:570">EU:C:2006:570</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-awtoritajiet nazzjonali għandhom ukoll l-obbligu li jeżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali tagħhom fl-osservanza tal-obbligu ġenerali ta’ diliġenza impost fuqhom bis-saħħa tal-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mill-punti 19 u 34 ta’ din is-sentenza, huwa biss fil‑<DATE ISO="20160825">25 ta’ Awwissu 2016</DATE>, fl-okkażjoni tal-adozzjoni tad-Digriet li jipprevedi l-Modulu ta’ Sussidji li jirrigwardaw il-Pjanijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Kummerċjalizzazzjoni, li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreveda, fl-ordinament ġuridiku intern tiegħu, għall-possibbiltà għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jressqu l-applikazzjoniijet tagħhom għal sussidju taħt il-FEMS. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li ċ-ċaħda, mill-Ministru għall-Agrikoltura, Natura u Kwalità tal-Ikel, tal-applikazzjoni mressqa minn PO Texel sabiex tibbenefika minn appoġġ finanzjarju taħt l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS għall-pjan tagħha ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni 2014 kienet immotivata, essenzjalment, bil-fatt li, fid-data ta’ tressiq ta’ din l-applikazzjoni, jiġifieri d‑<DATE ISO="20150519">19 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kien għadu ma pprevediex il-possibbiltà li tali applikazzjoni tiġi pproċessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk jeħtieġ li jiġi speċifikat li, minn naħa, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, il-perspettiva li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi kienet ġiet prevista, minn tal-inqas fir-rigward tat-tfassil tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-programm operattiv sottomess lill-Kummissjoni minn dan l-Istat Membru. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li jiġi osservat li meta ġie mistoqsi dwar dan il-punt waqt is-seduta l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi kkonferma li d-Digriet li jipprevedi l-Modulu ta’ Sussidji li jirrigwardaw il-Pjanijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Kummerċjalizzazzjoni ma kellux effett retroattiv, b’tali mod li ma jistax jirregola l-applikazzjonijiet għal appoġġ tal-FEMS sottomessi mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi qabel l-adozzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li inerzja min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali bħal dik murija mill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-kawża prinċipali ma ssibx postha fil-qafas tas-setgħa diskrezzjonali rrikonoxxuta lill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi rispettivi tagħhom, fejn bis-saħħa tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament QSK din għandha pjuttost tiġi eżerċitata konformement mal-qafas istituzzjonali, ġuridiku u finanzjarju tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jirrifjuta li jagħti segwitu għal applikazzjoni għal sussidju minn organizzazzjoni ta’ produtturi relatata mal-infiq li tkun inkorriet għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni, minħabba li, fid-data tat-tressiq ta’ din l-applikazzjoni, dan l-Istat Membru kien għadu ma pprevediex, fl-ordinament ġuridiku intern tiegħu, il-possibbiltà li tali applikazzjoni tiġi pproċessata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS għandux jiġi interpretat fis-sens li joħloq direttament għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dritt għal appoġġ finanzjarju taħt il-FEMS għall-infiq inkors minnhom għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dispożizzjoni ta’ regolament tal-Unjoni tista’ toħloq drittijiet favur partijiet f’kawża li dawn jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati biss jekk, minn naħa, din tkun ċara, preċiża u inkundizzjonata u, min-naħa l-oħra, ma tħalli ebda marġni ta’ diskrezzjoni lill-awtoritajiet inkarigati mill-applikazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19731024">24 ta’ Ottubru 1973</DATE>, <NAME.CASE>Schlüter</NAME.CASE>, <NO.CASE>9/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:110">EU:C:1973:110</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tkun inkundizzjonata meta tiddikjara obbligu li ma jkun mogħni b’ebda kundizzjoni u ma jkun suġġett, fl-eżekuzzjoni jew fl-effetti tiegħu, għall-intervent ta’ ebda att jew tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jew tal-Istati Membri (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Natuur en Milieu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑165/09 sa C‑167/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:348">EU:C:2011:348</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jeħtieġ li jiġi osservat li, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 84 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-formulazzjoni nnifisha tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS jirriżulta li din id-dispożizzjoni, waħedha, tieħu l-ħsieb li tiddikjara prinċipju ta’ finanzjament f’termini ġenerali ħafna u jeħtieġ, għalhekk, li jittieħdu inkunsiderazzjoni spjegazzjonijiet previsti minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-regolament u, b’mod partikolari, ta’ dawk tal-Artikolu 66(2) u (3) tar-regolament imsemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Issa, jeħtieġ li jiġi osservat li dawn il-paragrafi jipprevedu ċerti kundizzjonijiet relatati, minn naħa, mal-fatt li l-infiq inkors mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi marbuta mal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni huma eliġibbli għall-appoġġ tal-FEMS biss wara l-approvazzjoni, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament OKS u, min-naħa l-oħra, li l-appoġġ annwali mogħti lil kull organizzazzjoni ta’ produttur ma għandux jeċċedi 3 % mill-valur medju annwali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata minnha matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. Għaldaqstant l-ammont eżatt tal-appoġġ ma huwiex iddeterminat mill-Artikolu 66 tar-Regolament FEMS. Għalhekk, l-għoti tal-appoġġ huwa suġġett b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-ammont eżatt tiegħu mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għalhekk l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS ma jissodisfax il-kriterju ta’ inkundizzjonalità li jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 62 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu, jeħtieġ li jingħad ukoll li, fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju tkun tinsab f’qagħda ta’ impossibbiltà li twettaq interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħha li tippermettilha tasal għal soluzzjoni konformi mal-għanijiet li jridu jintlaħqu mill-aħħar riforma fil-qasam tal-PKS u li tiggarantixxi, għalhekk, l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni, f’tali sitwazzjoni, il-parti leża min-nuqqas ta’ konformità tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni tkun tista’ xorta waħda tinvoka l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911119">19 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑6/90 u C‑9/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:428">EU:C:1991:428</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex tikseb, jekk ikun il-każ, il-kumpens għad-dannu mġarrab (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Smith</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑122/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:631">EU:C:2018:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għat-tieni domanda tkun li l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS għandu jiġi interpretat fis-sens li ma joħloqx direttament għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi dritt għal appoġġ finanzjarju taħt il-FEMS għall-infiq inkors minnhom għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 65(6) tar-Regolament QSK għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-għoti ta’ sussidju taħt il-FEMS għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-każ fejn l-applikazzjoni għal sussidju tkun tressqet wara t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ tali pjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, operazzjoni ma għandhiex tiġi magħżula sabiex tibbenefika mill-appoġġ tal-Fondi ESI jekk din tkun tlestiet fiżikament jew ġiet implimentata bis-sħiħ qabel ma tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal finanzjament skont il-programm mill-benefiċjarju lill-awtorità ta’ ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti kollha relatati jkunux saru mill-benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward jeħtieġ li jiġi osservat, minn naħa, li t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu jitqiesu li jikkostitwixxu azzjoni kontinwa, li tkompli matul il-perijodu kollu ta’ programmazzjoni mill‑<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> sal‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>. Konformement mal-Artikolu 28 tar-Regolament OKS, it-tħejjija ta’ tali pjan ma titqiesx bħala sensiela ta’ azzjonijiet iżolati implimentati b’mod separat, iżda bħala azzjoni kontinwa mogħnija bi spejjeż operattivi kontinwi. Minkejja li, skont l-Artikolu 28(5) ta’ dan ir-regolament, tali pjan għandu jkun suġġett għal rapport annwali, huwa jitlesta biss fi tmiem dan il-perijodu ta’ programmazzjoni.<?PAGE NO="14"?> Għalhekk, it-tħejjija u l-implimentazjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jseħħu matul il-perijodu ta’ programmazzjoni inkwistjoni ma jistgħux jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>implimentati bis-sħiħ<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament QSK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fid-dawl tad-definizzjoni mogħtija mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tar-Regolament QSK, operazzjoni speċifika titqies li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>tlestiet<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fil-mument fejn, b’mod partikolari, il-ħlasijiet kollha relatati magħha jkunu twettqu mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti tkun tħallset lil dawn tal-aħħar. Issa, bis-saħħa tal-Artikolu 28(1) u (3) tar-Regolament OKS, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom l-obbligu li jissottomettu l-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni għal approvazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, ladarba dawn il-pjanijiet jiġu approvati minnhom, huma għandhom jimplimentawhom immedjatament. Skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-artikolu, dawn l-organizzazzjonijiet għandhom iħejju rapport annwali dwar l-attivitajiet li huma jkunu wettqu b’applikazzjoni tal-pjanijiet rispettivi tagħhom u għandhom jissottomettuh lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Huwa biss wara l-approvazzjoni, minn dawn tal-aħħar, ta’ dan ir-rapport annwali li l-infiq inkors mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni rispettivi jsir eliġibli għall-appoġġ tal-FEMS, bis-saħħa tal-Artikolu 66(2) tar-Regolament FEMS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, interpretazzjoni tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament QSK li skontha dan jipprekludi l-għoti ta’ sussidju taħt l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-każ fejn l-applikazzjoni għal sussidju tkun tressqet wara t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ tali pjan toħloq impossibbiltà materjali għal dawn l-organizzazzjonijiet sabiex jirċievu tali appoġġ. Għaldaqstant din ikollha bħala konsegwenza li ċċaħħad l-Artikolu 66(1) tar-Regolament FEMS mill-effett utli tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għat-tielet domanda tkun li l-Artikolu 65(6) tar-Regolament QSK għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-għoti ta’ sussidju taħt il-FEMS għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-każ fejn l-applikazzjoni għal sussidju tkun tressqet wara t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ tali pjan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jirrifjuta li jagħti segwitu għal applikazzjoni għal sussidju minn organizzazzjoni ta’ produtturi relatata mal-infiq li tkun inkorriet għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni, minħabba li, fid-data tat-tressiq ta’ din l-applikazzjoni, dan l-Istat Membru kien għadu ma pprevediex, fl-ordinament ġuridiku intern tiegħu, il-possibbiltà li tali applikazzjoni tiġi pproċessata.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="15"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L‑Artikolu 66(1) tar-Regolament Nru 508/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma joħloqx direttament għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi dritt għal appoġġ finanzjarju taħt il-FEMS għall-infiq inkors minnhom għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 65(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-għoti ta’ sussidju taħt il-FEMS għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-każ fejn l-applikazzjoni għal sussidju tkun tressqet wara t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ tali pjan.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>