22002D0026



Official Journal L 154 , 13/06/2002 P. 0001 - 0003


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 26/2002

tad-19 ta' April 2002

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 133/2001 tad-9 ta' Novembru 2001 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/31/KE tat-8 ta' Mejju 2001 li tadatta għall-progress tekniku id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE li tirrigwardja il-bibien tal-vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva 2001/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE li tirrigwardja it-tyres għall-vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom u għat-twaħħil tagħhom [3] għandha tkun inkorporta fil-Ftehim.

(4) L-adattazzjonijiet għad-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 li tirrigwardja it-tyres għall-vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom u wkoll għat-twaħħil tagħhom (ĠU L 129, ta' l-14.5.1992, p. 5) magħmula bil-Kapitolu XI ta' l-Anness I ta' l-Att li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstria, ir-Repeubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita [4] għandhom ikunu inkorporati fil-Ftehim.

(5) L-adattazzjonijiet fil-Ftehim tad-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE jeħtieġ li jkunu aġġustati bħala segwiment ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstria, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja ma l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn l-inċiżi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda mal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE) tal-Kapitolu I ta' l-Anness II tal-Ftehim:

"- 32001 L 0031: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/31/KE tat-8 ta' Mejju 2001 (ĠU L 130, tat-12.5.2002, p. 33)."

Artikolu 2

Il-punt 45d (Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1. Dan li ġej għandu jkun miżjud:

", kif emendat bi:

- 1 94 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstria, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija mibnija (ĠU C 241, tad-29.8.1994, p. 21, kif aġġustat bi ĠU L 1, ta' l-1.1.1995, p. 1),

- 32001 L 0043: Id-Direttiva 2001/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 211, ta' l-4.8.2001, p. 25)."

2. Fit-test ta' l-adattazzjoni, il-kliem "12 għall-Awstria", "17 għall-Finlandja" u "5 għall-Isvezja" għandhom ikunu mħassra.

Artikolu 3

It-testi tad-Direttivi 2001/31/KE u 2001/43/KE u ta' l-adattazzjonijiet tad-Direttiva 92/23/KEE magħmula bil-Kapitolu XI ta' l-Anness I ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstria, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ippublikati fis-Supplement ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' April 2002, basta li n-notifiki kollha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [5].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' April 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 22, ta' l-24.1.2002, p. 20.

[2] ĠU L 130, tat-12.5.2001. p. 33.

[3] ĠU L 211 ta' l-4.8.2001, p. 25.

[4] ĠU C 241 tad-29.8.1994, p. 21 kif ikkorġuta bi ĠU L 1 ta' l-1.1.1995, p. 1.

[5] L-ebda ħtiġiet konstituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------