|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/567 |
24.4.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 305/2024
tas-6 ta' Diċembru 2024
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2025/567]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1956 tas-16 ta’ Lulju 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (1)għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 32fhd (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
|
“- |
32024 D 1956: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1956 tas-16 ta’ Lulju 2024 (ĠU L, 2024/1956, 17.7.2024).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1956 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Anders H. EIDE
(1) ĠU L, 2024/1956, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1956/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/567/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)