<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑229/11</NO.CASE><NO.CASE>C‑230/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0229</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:693">EU:C:2012:693</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20121108">08.11.2012</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C-229/11 U C-230/11</P><P>HEIMANN U TOLTSCHIN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis fil-ħin tax-xogħol (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kurzarbeit<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>)</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tad-dritt għal-leave annwali mħallas fuq il-bażi ta’ tnaqqis fil-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens finanzjarju</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-229/11 u C-230/11,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Arbeitsgericht Passau (il-Ġermanja) permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110413">13 ta’ April 2011</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20110516">16 ta’ Mejju 2011</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Alexander Heimann</HT> (C-229/11),</P><P><HT TYPE="BOLD">Konstantin Toltschin</HT> (C-230/11)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Kaiser GmbH,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, li qed jaġixxi bħala President tal-Ħames Awla, E. Levits (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal A. Heimann, minn R. Zuleger, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal K. Toltschin, minn R. Zuleger, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Kaiser GmbH, minn C. Olschar, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, N. Graf Vitzthum u K. Petersen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u V. Kreuschitz, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawżi jinqatgħu mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u tal-Artikolu 7 tad-Diretiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn A. Heimann u K. Toltschin, rispettivament, u min kien iħaddimhom qabel, Kaiser GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kaiser<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), dwar id-dritt tal-persuni kkonċernati għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas li ma ttiħidx fir-rigward tas-snin 2009 u 2010.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tal-Karta jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="031"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa”</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ħaddiem għandu d-dritt għal limitazzjoni ta’ sigħat massimi tax-xogħol, għal perijodi ta’ mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perjodu annwali ta’ leave imħallas.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għan u skop<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Diretiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi [...] ta’ leave annwali [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Leave annwali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88 jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Ebda deroga ma hija ammessa fir-rigward tal-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Liġi Federali li tikkonċerna l-leave (Bundesurlaubsgesetz), tat-<DATE ISO="19630108">8 ta’ Jannar 1963</DATE> (BGBl. 1963, p. 2), fil-verżjoni emendata tagħha tas-<DATE ISO="20020507">7 ta’ Mejju 2002</DATE> (BGBl. 2002 I, p. 1529, iktar ’il quddiem il- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>BUrlG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), tipprevedi, fl-Artikoli 1 u 3 tagħha, dritt għal-leave annwali mħallas ta’ mill-anqas 24 jum.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(4) tal-BUrlG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Meta l-leave kollu jew parti minnu ma jkunx jista’ jingħata iktar minħabba t-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol, il-ħaddiem għandu dritt għal kumpens finanzjarju.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Abbażi tat-tielet sentenza tal-Artikolu 11(1) tal-BUrlG it-tnaqqis fis-salarju minħabba tnaqqis fil-ħin tax-xogħol, tkeċċija jew assenza involontarja ta’ ħaddiem matul il-perijodu ta’ referenza ma humiex meħuda inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tar-remunerazzjoni li għandu dritt għaliha l-ħaddiem matul il-leave mħallas tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>A. Heimann u K. Toltschin kienu impjegati sa mill-2003 u l-1998 rispettivament minn Kaiser, impriża sottokuntrattata fl-industrija tal-karozzi li timpjega mijiet ta’ ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Minħabba diffikultajiet ekonomiċi, matul is-sena 2009 Kaiser iddeċidiet li tnaqqas l-impjegati tagħha. B’hekk, A. Heimann u K. Toltschin kienu ġew imkeċċija b’effett mit-30 ta’ Ġunju u l-<DATE ISO="20090831">31 ta’ Awwissu 2009</DATE> rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Mejju 2009, Kaiser u l-kunsill tax-xogħol tagħha qablu fuq pjan soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Dan il-pjan soċjali kien jipprovdi għal estensjoni tal-kuntratti ta’ xogħol tal-ħaddiema mkeċċija għal sena mid-data tat-tkeċċija tagħhom, filwaqt li jissospendi, permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>tnaqqis fil-ħin tax-xogħol għal żero sigħat ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kurzarbeit Null<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), minn naħa, l-obbligu tal-ħaddiem li jaħdem u, min-naħa l-oħra, l-obbligu ta’ min iħaddem li jagħtih salarju.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Din l-estensjoni tal-kuntratti ta’ xogħol kellha bħala għan li tippermetti lill-ħaddiema kkonċernati li jirċievu għajnuna finanzjarja matul sena wara t-tkeċċija tagħhom. Fil-fatt, l-Aġenzija Federali għall-Impjiegi tagħti lill-ħaddiema, matul perijodu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tnaqqis fil-ħin tax-xogħol għal żero sigħat ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, allokazzjoni msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Kurzarbeitergeld<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Matul il-perijodu tat-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol, din l-allokazzjoni, ikkalkolata u mogħtija minn min iħaddem, tissostitwixxi s-salarju tal-ħaddiem ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Meta, fit-<DATE ISO="20100630">30 ta’ Ġunju 2010</DATE>, ġiet itterminata r-relazzjoni ta’ xogħol ta’ A. Heimann, dan tal-aħħar talab mingħand Kaiser il-ħlas tas-somma ta’ EUR 2 284.32 li tikkorrispondi għal kumpens finanzjarju li jirrigwarda ħmistax u għaxart ijiem ta’ leave annwali mħallsa li ma ttiħdux fis-snin 2009 u 2010 rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>K. Toltschin, li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu ġiet fi tmiemha fil-<DATE ISO="20100831">31 ta’ Awwissu 2010</DATE>, invoka dritt għal kumpens finanzjarju li jikkorrispondi għal għaxar u tletin jum ta’ leave annwali mħallas li ma ttiħdux fis-snin 2009 u 2010 rispettivament, għas-somma totali ta’ EUR 2 962.60.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Kaiser issostni li, matul il-perijodu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kurzarbeit Null<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali ma akkwistawx drittijiet għal-leave annwali mħallas.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju qiegħda tikkunsidra li tapplika r-regola <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> u li tassimila l-perijodu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kurzarbeit Null<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ma’ tnaqqis fl-obbligu li wieħed jaħdem li jirriżulta mill-bidla kuntrattwali ta’ xogħol full time għal xogħol b’sigħat imnaqqsa, li timplika tnaqqis tal-leave annwali mħallas li għalih għandu dritt il-ħaddiem fir-rigward tal-perijodu ta’ xogħol b’sigħat imnaqqsa.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, minħabba li għandha dubji dwar il-konformità ta’ dan ir-raġunament mad-dritt tal-Unjoni, l-Arbeitsgericht Passau iddeċidiet li tissospendi l-kawżi quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(2) tal-[Karta] jew l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva [2003/88] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi li tipprovdi li, fil-każ fejn hemm tnaqqis tal-ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa minħabba applikazzjoni leġittima ta’ qgħad parzjali [tnaqqis fil-ħin tax-xogħol], id-dritt ta’ ħaddiem b’xogħol parzjali li jitlob leave annwali bi ħlas jiġi aġġustat <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> abbażi tan-numru ta’ ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa matul il-qgħad parzjali u tan-numru ta’ ġranet ta’ xogħol ta’ ħaddiem full-time u, għalhekk, matul il-perijodu ta’ qgħad parzjali, il-ħaddiem jikseb biss dritt għal leave li huwa proporzjonalment limitat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:</TXT><P>L-Artikolu 31(2) tal-[Karta] jew l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva [2003/88], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi li tipprovdi li, fil-każ ta’ tnaqqis tal-ħin tax-xogħol fil-ġimgħa għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>żero ġranet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> minħabba applikazzjoni leġittima ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>qgħad parzjali b’żero sigħat ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tnaqqis fil-ħin tax-xogħol għal żero sigħat ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/>], id-dritt ta’ ħaddiem b’qgħad parzjali għal-leave annwali bi ħlas jitnaqqas <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> għal żero, u konsegwentement, matul dan il-perijodu ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>qgħad parzjali b’żero sigħat ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>, il-ħaddiem ma jikseb ebda dritt għal leave?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20110627">27 ta’ Ġunju 2011</DATE> tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kawżi C-229/11 u C-230/11 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 31(2) tal-Karta jew l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali, bħal ma huwa pjan soċjali miftiehem bejn l-impriża kkonċernata u l-kumitat ta’ xogħol tagħha, li abbażi tagħhom id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem, li l-ħin tax-xogħol tiegħu tnaqqas, jiġi kkalkolat skont ir-regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ kull ħaddiem għandu jitqies li huwa prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni ta’ importanza partikolari (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-350/06+C-520/06" PAGE.ECR="I-179" YEAR="2009">C-350/06 u C-520/06, Ġabra p. I-179</REF.DOC.ECR>, punt 54, u tat-<DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, Neidel, C-337/10, punt 28). Bħala prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni, dan id-dritt ta’ kull ħaddiem huwa espressament miktub fl-Artikolu 31(2) tal-Karta, li skont l-Artikolu 6(1) TUE għandha l-istess saħħa legali bħat-Trattati (sentenza tat-<DATE ISO="20111122">22 ta’ Novembru 2011</DATE>, KHS, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-214/10" PAGE.ECR="I-11757" YEAR="2011">C-214/10, Ġabra p. I-11757</REF.DOC.ECR>, punt 37, u Neidel, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li d-dritt għal-leave annwali mħallas ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv (sentenza tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ANGED, C-78/11, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fir-rigward ta’ ħaddiema bil-leave tal-mard debitament preskritt, id-dritt għal-leave annwali mħallas mogħti mid-Direttiva 2003/88 lill-ħaddiema kollha ma jistax jiġi ssuġġettat minn Stat Membru għall-kundizzjoni li l-ħaddiem ikun fil-fatt ħadem matul il-perijodu ta’ referenza stabbilit mill-imsemmi Stat (ara s-sentenzi Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41, u tal-<DATE ISO="20120124">24 ta’ Jannar 2012</DATE>, Dominguez, C-282/10, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont din l-istess ġurisprudenza, minn dan isegwi li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu li, mat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol, ma jitħallas ebda kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud lill-ħaddiem li kien bil-leave tal-mard matul il-perijodu ta’ referenza kollu jew parti minnu u/jew matul perijodu għall-ġarr tal-leave, fejn il-mard ikun ir-raġuni għaliex huwa ma setax jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas. Għall-kalkolu tal-imsemmi kumpens finanzjarju, ir-remunerazzjoni normali tal-ħaddiem, li hija dik li għandha tibqa’ titħallas matul il-perijodu ta’ serħan li jikkorrispondi għal-leave annwali mħallas, hija wkoll determinanti (sentenza Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm huwa eskluż li d-dritt ta’ ħaddiem għal-leave annwali mħallas minimu, iggarantit mid-dritt tal-Unjoni, jista’ jitnaqqas f’sitwazzjoni kkaratterizzata mill-fatt li ħaddiem ma setax jonora l-obbligu tax-xogħol tiegħu minħabba raġuni ta’ mard matul il-perijodu ta’ referenza, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza ma tistax tiġi applikata <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għal sitwazzjoni ta’ ħaddiem li l-ħin tax-xogħol tiegħu tnaqqas, bħal ma huwa l-każ fil-kawżi prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif Kaiser ġustament tirrileva fl-osservazzjoni bil-miktub tagħha, is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem li ma huwiex tajjeb għax-xogħol minħabba mard, minn naħa, u dik ta’ ħaddiem li l-ħin tax-xogħol tiegħu tnaqqas, min-naħa l-oħra, huma fundamentalment differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li, fil-kawżi prinċipali, it-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol huwa bbażat fuq pjan soċjali li huwa forma partikolari ta’ ftehim azjendali, miftiehem bejn min iħaddem u r-rappreżentanti tal-ħaddiema tal-impriża. Dan il-pjan soċjali jipprovdi għas-sospensjoni, fuq il-bażi tat-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol, tal-obbligi reċiproċi ta’ min iħaddem u tal-ħaddiem fir-rigward tal-prestazzjonijiet rispettivi tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li matul il-perijodu ta’ tnaqqis fil-ħin tax-xogħol li joħroġ mill-imsemmi pjan soċjali u, għalhekk, previdibbli għall-ħaddiem ikkonċernat, dan tal-aħħar jista’ jistrieħ jew jiddedika ħin għall-attivitajiet rikreattivi u ta’ pjaċir. B’hekk, sa fejn l-imsemmi ħaddiem ma huwiex suġġett għal-limitazzjonijiet fiżiċi jew fiżjoloġiċi kkawżati minn marda, huwa jkun f’sitwazzjoni differenti minn dik li tirriżulta minn inkapaċità għax-xogħol minħabba l-istat ta’ saħħtu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-finalità tal-istess pjan soċjali, li jipprovdi għat-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol, hija li tiġi evitata t-tkeċċija tal-ħaddiema kkonċernati għal motivi ekonomiċi u li jitnaqqsu l-inkonvenjenti subiti minn dawn tal-aħħar minħabba tali tkeċċija. Il-fatt li l-benefiċċju ta’ dan il-vantaġġ mogħti lill-ħaddiem permezz tal-liġi nazzjonali jintrabat mal-obbligu ta’ min iħaddem li jieħu responsabbiltà għal-leave annwali mħallas matul il-perijodu ta’ estensjoni formali, għal raġunijiet purament soċjali, tal-kuntratt tax-xogħol, jirriskja li jwassal għal reżistenza minn naħa ta’ min iħaddem għall-aċċettazzjoni ta’ tali pjan soċjali u għalhekk li jċaħħad lill-ħaddiem mill-vantaġġi pożittivi tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem li l-ħin tax-xogħol tiegħu tnaqqas wara d-dħul fis-seħħ ta’ pjan soċjali, bħal dak inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, hija distinta mis-sitwazzjoni ta’ ħaddiem li ma huwiex tajjeb għax-xogħol minħabba raġunijiet ta’ mard, għandu madankollu jiġi kkonstatat li s-sitwazzjoni tal-ewwel wieħed minn dawn il-ħaddiema hija paragunabbli għal dik ta’ ħaddiem part-time.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li huwa minnu li l-ħaddiema li l-ħin tax-xogħol tagħhom tnaqqas għandhom, mill-aspett formali, kuntratt ta’ xogħol full-time. Madankollu, kif ġie rrilevat fil-punti 13 u 28 ta’ din is-sentenza, matul il-perijodu tat-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol, l-obbligi reċiproki ta’ min iħaddem u tal-ħaddiem fir-rigward tal-prestazzjonijiet rispettivi tagħhom ikunu sospiżi fuq il-bażi tat-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol, jekk ma jkunux ukoll totalment imwaqqfa. Minn dan jirriżulta li l-ħaddiema li l-ħin tax-xogħol tagħhom tnaqqas għandhom jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ħaddiema temporanjament part-time<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fejn is-sitwazzjoni tagħhom hija <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> paragunabbli għal dik ta’ ħaddiema part-time.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, f’dak li jikkonċerna dawn il-ħaddiema tal-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja ipprovdiet indikazzjonijiet ċari f’dak li jikkonċerna d-dritt tagħhom għal-leave annwali mħallas.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-486/08" PAGE.ECR="I-3527" YEAR="2010">C-486/08, Ġabra p. I-3527</REF.DOC.ECR>, punt 33), il-Qorti tal-Ġustizzja invokat il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time, konkluż fis-<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE>, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE>, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-<DATE ISO="19980407">7 ta’ April 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278) li tipprovdi li, fejn huwa meħtieġ, ir-regola tal-<HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> tapplika għall-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema part-time. Il-Qorti tal-Ġustizzja applikat din ir-regola għall-għoti ta’ leave annwali għal perijodu ta’ impjieg part-time minħabba li, għal dan il-perijodu, it-tnaqqis tad-dritt għal-leave annwali meta mqabbel ma’ dak mogħti għal perijodu ta’ impjieg full-time huwa ġġustifikat minħabba raġunijiet oġġettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-imsemmija regola ma għandhiex tkun applikata <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> għal dritt għal-leave annwali miksub matul perijodu ta’ xogħol full-time. B’hekk, mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/88 ma jistax jiġi dedott li leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tipprovdi, fost il-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tad-dritt għal-leave annwali, għat-telf parzjali ta’ dritt għal-leave diġà miksub matul perijodu ta’ referenza preċedenti (ara s-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, punti 33 u 34).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 31(2) tal-Karta u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali, bħalma huwa pjan soċjali miftiehem bejn impriża u l-kunsill tax-xogħol tagħha, li abbażi tagħhom id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem li l-ħin tax-xogħol tiegħu tnaqqas jiġi kkalkolat skont ir-regola tal-<HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li ngħatat għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għal din id-domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawżi prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludu dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali, bħalma huwa pjan soċjali miftiehem bejn impriża u l-kunsill tax-xogħol tagħha, li abbażi tagħhom id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem li l-ħin tax-xogħol tiegħu tnaqqas jiġi kkalkolat skont ir-regola tal-<HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis.</HT></HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>