<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑38/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0038</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:152">EU:C:2014:152</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140313">13.3.2014</DATE> — KAWŻA C‑38/13</P><P>NIERODZIK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 1999/70/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola 4</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ preavviż ta’ rexissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Differenza fit-trattament mal-ħaddiema għal żmien indeterminat</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑38/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy w Białymstoku (il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130114">14 ta’ Jannar 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20130125">25 ta’ Jannar 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Małgorzata Nierodzik</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn C. G. Fernlund, President tal-Awla, A. Ó Caoimh (Relatur) u C. Toader, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Owsiany-Hornung u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Klawżoli 1 u 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ftehim qafas<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368), kif ukoll tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Małgorzata Nierodzik, assistenta tal-infermiera, u l-persuna li kienet timpjegaha, is-Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy (sptar psikjatriku pubbliku u awtonomu, Dottor Stanisław Deresz de Choroszcz, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Psychiatryczny Zakład Opieki<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar ir-rexissjoni tal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat li hija kellha ma’ din tal-aħħar.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Mill-premessa 14 tad-Direttiva 1999/70, li hija bbażata fuq l-Artikolu 139(2) KE, jirriżulta li l-partijiet firmatarji tal-ftehim qafas xtaqu, permezz tal-konklużjoni ta’ tali ftehim, itejbu l-kwalità tax-xogħol għal żmien determinat billi jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u jistabbilixxu qafas għall-prevenzjoni ta’ abbuż ikkawżat mill-użu ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol jew ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, l-għan tagħha huwa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[ġ]ġib fis-seħħ il-ftehim qafas […] bejn l-organizzazzjonijiet ġenerali ta’ l-industrija (ETUC, UNICE u CEEP) anness[…] hawn<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tielet paragrafu tal-preambolu tal-ftehim qafas huwa fformulat b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Dan il-ftehim jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet minimi li jirrelataw għal xogħol ta’ terminu fiss [żmien determinat], waqt li jirrikonoxxi li l-applikazzjoni ddettaljata tagħhom jeħtieġ li [jittieħed] kont tar-realtajiet ta’ sitwazzjonijiet nazzjonali, settorali u staġjonali. Juri d-dispożizzjoni ta’ l-Imsieħba Soċjali li jistabbilixxu qafas ġenerali biex jiżguraw trattament ugwali għal ħaddiema għal terminu fiss billi jipproteġuhom kontra d-diskriminazzjoni u għall-użu ta’ kuntratti ta’ l-impjieg għal terminu fiss fuq bażi aċċettabbli għal min jimpjega u l-ħaddiema.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-Klawżola 1(a) tal-ftehim qafas, l-għan tiegħu huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>li titjieb il-kwalità ta’ xogħol għal terminu fiss [żmien determinat] billi tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-paragrafu 1 tagħha, il-Klawżola 2 tal-ftehim qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-iskop [Il-kamp ta’ applikazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dan il-ftehim japplika għal ħaddiema għal terminu fiss [żmien determinat] li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg kif definit fil-liġi, fil-ftehim kollettiv jew fil-prattika f’ kull Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Klawżola 3 tal-ftehim qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-iskop ta’ dan il-ftehim</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ħaddiem għal terminu fiss [żmien determinat]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> ifisru persuna li jkollha kuntratt jew relazzjoni ta’ l-impjieg dirett bejn min jimpjiega u ħaddiem meta l-aħħar tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta’ l-impjieg hu ddeterminat b’kondizzjonijiet oġġettivi bħal li jilħaq data speċifika, ilesti xogħol speċifiku, jew it-twettiq ta’ każ speċifiku.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>[…] il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ħaddiem kumparabbli permanenti [għal żmien indeterminat]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> ifissru ħaddiem b’kuntratt jew relazzjoni ta’ impjieg għal żmien indefinit, fl-istess stabbiliment, ingaġġat fl-istess xogħol jew xogħol/impjieg simili, wara li tingħata attenzjoni xierqa lill-kwalifiki/kapaċitajiet. Meta ma jkun hemm ebda ħaddiem kumparabbli permanenti [għal żmien indeterminat] fl-istess stabbiliment, il-paragun għandu jsir b’referenza għall-ftehim kollettiv applikabbli, jew meta ma jkun hemm ebda ftehim kollettiv applikabbli, skond il-liġi […], il-ftehim kollettiv jew il-prattika [nazzjonali].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Klawżola 4 tal-ftehim qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fil-paragrafu 1 tagħha tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fejn għandhom x’jaqsmu l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg, ħaddiema għal terminu fiss [żmien determinat] m’għandhomx jiġu trattati b’mod inqas favorevoli minn ħaddiem kumparabbli permanenti [għal żmien indeterminat] biss minħabba li għandhom kuntratt jew relazzjoni għal terminu fiss sakemm trattament differenti ma jkunx ġustifikat fuq bażi oġġettiva.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Mill-proċess li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha quddiemha jirriżulta li, skont l-Artikolu 32(1) tal-Liġi li tistabbilixxi Kodiċi tax-Xogħol (Ustawa – Kodeks pracy), tas-<DATE ISO="19740626">26 ta’ Ġunju 1974</DATE> (Dz. U. tal-1998, Nru 21, pożizzjoni 94, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Kodiċi tax-Xogħol<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, kull waħda mill-partijiet tista’ ttemm, permezz ta’ preavviż, kuntratt ta’ xogħol konkluż għal perijodu ta’ prova jew għal żmien indeterminat. Skont l-Artikolu 32(2) tal-Kodiċi tax-Xogħol, il-kuntratt ta’ xogħol jiġi fi tmiemu meta jiskadi l-perijodu ta’ preavviż.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 ta’ dan il-kodiċi, li jikkonċerna l-perijodu ta’ preavviż applikabbli għall-kuntratti għal żmien determinat, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Meta jiġi konkluż kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, il-partijiet jistgħu jipprevedu l-fakultà li jirrexxindu l-kuntratt qabel ma dan jasal fi tmiemu, permezz ta’ perijodu ta’ preavviż ta’ ġimagħtejn.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 36(1) tal-imsemmi kodiċi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[i]l-perijodu ta’ preavviż tal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat jiddependi miż-żmien ta’ servizz imwettaq mal-persuna li timpjega kkonċernata u għandu jkun ta’:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>ġimagħtejn jekk il-ħaddiem ikun ilu impjegat inqas minn 6 xhur,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>xahar jekk il-ħaddiem ikun ilu impjegat tal-inqas 6 xhur,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>tliet xhur jekk il-ħaddiem ikun ilu impjegat tal-inqas 3 snin.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>M. Nierodzik ġiet impjegata mill-Psychiatryczny Zakład Opieki matul il-perijodu mit-<DATE ISO="19860512">12 ta’ Mejju 1986</DATE> sal-<DATE ISO="20100215">15 ta’ Frar 2010</DATE>. Il-partijiet kienu marbuta, matul il-parti l-kbira ta’ dan il-perijodu, permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat. Fil-<DATE ISO="20100215">15 ta’ Frar 2010</DATE>, huma temmew dan il-kuntratt bi ftehim reċiproku fuq talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li riedet tibbenefika minn irtirar antiċipat.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Psychiatryczny Zakład Opieki kkonkluda ma’ M. Nierodzik, għall-perijodu mis-<DATE ISO="20100216">16 ta’ Frar 2010</DATE> sat-<DATE ISO="20150203">3 ta’ Frar 2015</DATE>, kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat part-time. B’dan il-kuntratt, il-Psychiatryczny Zakład Opieki seta’, fi tmiem perijodu ta’ preavviż ta’ ġimagħtejn, jirrexxindi dan il-kuntratt b’mod unilaterali mingħajr ma jkollu jiġġustifika dan it-tmiem tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120403">3 ta’ April 2012</DATE>, il-Psychiatryczny Zakład Opieki nnotifika lil M. Nierodzik bir-rexissjoni unilaterali tal-imsemmi kuntratt billi indikalha li dan tal-aħħar kien ser jiġi fi tmiemu meta jispiċċa l-perijodu ta’ preavviż ta’ ġimagħtejn, jiġifieri fil‑<DATE ISO="20120421">21 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Billi qieset li l-konklużjoni, għal perijodu ta’ numru ta’ snin, ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat kienet illegali, kienet intiża sabiex wieħed idur mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u sabiex iċċaħħadha mid-drittijiet li hija seta’ jkollha li kieku hija kienet ibbenefikat minn kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, M. Nierodzik ressqet lill-Psychiatryczny Zakład Opieki quddiem is-Sąd Rejonowy w Białymstoku. Hija titlob li l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat, u, għaldaqstant, li jiġi rrikonoxxut li hija kellha tibbenefika minn perijodu ta’ preavviż ta’ tliet xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà, mal-ftehim qafas, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali peress li l-applikazzjoni tagħha twassal għal differenza fit-trattament bejn il-ħaddiema għal żmien indeterminat u l-ħaddiema għal żmien determinat. Għal dan l-għan, din il-qorti tirrileva li l-Artikolu 33 tal-Kodiċi tax-Xogħol jipprevedi li l-partijiet li jikkonkludu kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur jistgħu jistipulaw fih perijodu ta’ preavviż ta’ ġimagħtejn, filwaqt li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, dan it-terminu jkun, skont l-Artikolu 36(1) ta’ dan il-kodiċi, ta’ bejn ġimagħtejn u tliet xhur, iddeterminat skont l-anzjanità tal-impjegat ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Rejonowy w Białymstoku ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-Artikolu 1 tad-Direttiva [1999/70], il-Klawżola 1 tal-[ftehim qafas], il-Klawżola 4 tal-[ftehim qafas], kif ukoll il-prinċipju ġenerali tad-dritt [tal-Unjoni] li jipprojbixxi d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq it-tip ta’ kuntratt ta’ xogħol għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-perijodu tal-preavviż għar-rexissjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, regoli differenti (inqas favorevoli mill-perspettiva tal-ħaddiema impjegati fuq il-bażi ta’ kuntratti għal żmien determinat) minn dawk li japplikaw għad-determinazzjoni tal-perijodu tal-preavviż għar-rexissjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat, u effettivament jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (l-Artikolu 33 tal-[Kodiċi tax-Xogħol]) li tipprevedi, għar-rexissjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, perijodu ta’ preavviż fiss ta’ ġimagħtejn, li ma jiddependix mill-anzjanità tal-ħaddiem, filwaqt li l-perijodu tal-preavviż għar-rexissjoni fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat jiddependi mill-anzjanità tal-ħaddiem u jista’ jvarja bejn ġimagħtejn u tliet xhur [Artikolu 36(1) […] tal-Kodiċi tax-Xogħol]?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas, moqrija flimkien mal-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/70 u mal-Klawżola 1 tal-ftehim qafas kif ukoll mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi, għar-rexissjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, il-possibbiltà li jiġi applikat perijodu ta’ preavviż fiss ta’ ġimagħtejn indipendentement mill-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat, filwaqt li l-perijodu ta’ preavviż għar-rexissjoni fil-każ tal-kuntratti għal żmien indeterminat jiġi stabbilit skont l-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat u jista’ jvarja minn ġimagħtejn sa tliet xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas tistabbilixxi projbizzjoni li, f’dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-impjieg, il-ħaddiema għal żmien determinat jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli milli l-ħaddiema għal żmien indeterminat komparabbli għas-sempliċi raġuni li huma jaħdmu għal żmien determinat, sakemm it-trattament differenti ma jkunx iġġustifikat minn raġunijiet oġġettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi ddeterminat minn qabel jekk il-perijodu ta’ preavviż ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont il-Klawżola 1(a) tal-ftehim qafas, wieħed mill-għanijiet ta’ dan huwa li titjieb il-kwalità tax-xogħol għal żmien determinat billi tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Bl-istess mod, fit-tielet paragrafu tiegħu, il-preambolu tal-ftehim qafas jippreċiża li dan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[j]uri d-dispożizzjoni ta’ l-Imsieħba Soċjali li jistabbilixxu qafas ġenerali biex jiżguraw trattament ugwali għal ħaddiema għal terminu fiss [żmien determinat] billi jipproteġuhom kontra d-diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Il-premessa 14 tad-Direttiva 1999/70 tindika, għal dan l-għan, li l-iskop tal-ftehim qafas jikkonsisti, b’mod partikolari, fit-titjib tal-kwalità tax-xogħol għal żmien determinat billi jiġu stabbiliti ħtiġijiet minimi ta’ natura li jiggarantixxu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni (sentenza tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Gavieiro Gavieiro u Iglesias Torres, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-444/09+C-456/09" PAGE.ECR="I-14031" YEAR="2010">C-444/09 u C-456/09, Ġabra p. I-14031</REF.DOC.ECR>, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-ftehim qafas, u b’mod partikolari l-Klawżola 4 tiegħu, huwa intiż li japplika l-imsemmi prinċipju għall-ħaddiema għal żmien determinat bl-għan li jipprekludi li jsir użu minn relazzjoni ta’ impjieg ta’ din in-natura minn persuna li timpjega sabiex iċċaħħad lil dawn il-ħaddiema minn drittijiet li huma rikonoxxuti lill-ħaddiema għal żmien indeterminat (sentenzi tat-<DATE ISO="20070913">13 ta’ Settembru 2007</DATE>, Del Cerro Alonso, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-307/05" PAGE.ECR="I-7109" YEAR="2007">C-307/05, Ġabra p. I-7109</REF.DOC.ECR>, punt 37, kif ukoll Gavieiro Gavieiro u Iglesias Torres, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mill-ftehim qafas, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Klawżola 4 tal-ftehim qafas għandha tinftiehem bħala li tesprimi prinċipju ta’ dritt soċjali tal-Unjoni li ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Del Cerro Alonso, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38, u tal-<DATE ISO="20080415">15 ta’ April 2008</DATE>, Impact, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-268/06" PAGE.ECR="I-2483" YEAR="2008">C-268/06, Ġabra p. I-2483</REF.DOC.ECR>, punt 114).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kriterju deċiżiv sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura taqax taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-imsemmija klawżola huwa preċiżament dak tal-impjieg, jiġifieri r-relazzjoni ta’ xogħol bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, Carratù, C‑361/12, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas, jaqgħu l-allowances tal-anzjanità li jingħataw kull tliet snin (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Del Cerro Alonso, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47; Gavieiro Gavieiro u Iglesias Torres, iċċitata iktar ’il fuq, punti 50 sa 58, kif ukoll id-digriet<?PAGE NO="6"?> tat-<DATE ISO="20110318">18 ta’ Marzu 2011</DATE>, Montoya Medina, C‑273/10, punti 32 sa 34) u l-allowance li persuna li timpjega hija obbligata tħallas lil ħaddiem minħabba l-iffissar illeċitu ta’ terminu lill-kuntratt ta’ xogħol tiegħu (sentenza Carratù, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrigwarda l-kundizzjonijiet għar-rexissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat. Issa, interpretazzjoni tal-Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas li teskludi mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, dawn il-kundizzjonijiet ta’ rexissjoni, twassal sabiex tnaqqas, għad-detriment tal-għan assenjat lill-imsemmija dispożizzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema għal żmien determinat kontra d-diskriminazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jinsab ukoll kemm fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79), kif ukoll fid-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="23" NO.OJ="204" DATE.PUB="2006">ĠU L 204, p. 23</REF.DOC.OJ>). Issa, għandu jiġi kkonstatat li, skont l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 u l-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54, il-kundizzjonijiet tal-impjieg jinkludu, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet ta’ tkeċċija. Fir-rigward tal-ftehim qafas, il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Klawżola 4(1) tiegħu, hija, b’analoġija, simili.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-perijodu ta’ preavviż għar-rexissjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens ta’ din il-Klawżola 4(1).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-imsemmija Klawżola 4(1), għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, jekk is-sitwazzjoni tal-ħaddiema għal żmien determinat u dik tal-ħaddiema għal żmien indeterminat, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, humiex komparabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sabiex jiġi evalwat jekk il-persuni kkonċernati jeżerċitawx xogħol identiku jew simili fis-sens tal-ftehim qafas, hemm lok, b’mod konformi mal-Klawżoli 3(2) u 4(1) ta’ dan tal-aħħar, li jiġi eżaminat jekk, fid-dawl ta’ numru ta’ fatturi, bħan-natura tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tat-taħriġ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, dawn il-persuni jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli (sentenza tat-<DATE ISO="20110318">18 ta’ Marzu 2011</DATE>, Valenza <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑302/11 sa C‑305/11, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, meta din kienet teżerċita l-funzjonijiet tagħha fi ħdan il-Psychiatryczny Zakład Opieki fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat, kinitx tinsab f’sitwazzjoni komparabbli għal dik tal-impjegati rreklutati għal żmien indeterminat mill-istess persuna li timpjega, matul l-istess perijodu (ara, b’analoġija, is-sentenza Valenza <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jekk l-imsemmija qorti tikkonstata li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet twettaq xogħol simili jew identiku għal dak ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat, hemm lok li jiġi kkunsidrat li din ir-rikorrenti kienet tinsab f’sitwazzjoni komparabbli għal dik tal-ħaddiema għal żmien indeterminat. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-imsemmija rikorrenti qabel kellha l-istess pożizzjoni, billi kienet impjegata permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, jista’ jikkostitwixxi indizju li jippermetti li jiġi konkluż li s-sitwazzjoni tagħha ta’ ħaddiem għal żmien determinat kienet komparabbli ma’ dik ta’ persuna rreklutata għal żmien indeterminat.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’din l-ipoteżi, għandu jiġi kkonstatat li l-perijodu ta’ preavviż, preċedenti għar-rexissjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, iffissat mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-anzjanità ta’ din tal-aħħar, kien ta’ ġimagħtejn, filwaqt li, li kieku M. Nierodzik kienet ġiet impjegata b’kuntratt<?PAGE NO="7"?> ta’ xogħol għal żmien indeterminat, dan il-perijodu, ikkalkolat skont l-anzjanità tal-ħaddiem, kien ikun ta’ xahar, jiġifieri d-doppju tat-tul tal-perijodu ta’ preavviż li minnu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali bbenefikat. L-uniku element li jista’ jiddistingwi s-sitwazzjoni ta’ M. Nierodzik minn dik ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat jidher li huwa n-natura temporanja tar-relazzjoni ta’ xogħol li kienet torbotha mal-persuna li timpjegaha.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-applikazzjoni ta’ diversi perijodi ta’ preavviż tikkostitwixxi differenza fit-trattament fil-kundizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva possibbli, fis-sens tal-Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas, il-Gvern Pollakk isostni argumenti li jikkonċernaw id-differenza fin-natura u fl-iskop li tiddistingwi lill-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat mill-kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat. F’dan il-każ, id-differenza bejn iż-żewġ tipi ta’ kuntratti ta’ xogħol tinsab fit-tul tagħhom kif ukoll fl-istabbiltà tar-relazzjoni ta’ xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, f’dak li jikkonċerna d-differenza ta’ natura bejn l-imsemmija kuntratti ta’ xogħol, għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li l-użu tan-natura temporanja tax-xogħol waħedha ma jistax jammonta għal raġuni oġġettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Valenza <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, differenza fit-trattament, f’dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-impjieg, bejn il-ħaddiema għal żmien determinat u l-ħaddiema għal żmien indeterminat ma tistax tiġi ġġustifikata minn kriterju li, b’mod ġenerali u astratt, jirreferi għat-tul stess tal-impjieg. Li jiġi ammess li n-natura temporanja ta’ relazzjoni ta’ impjieg, waħedha, hija suffiċjenti sabiex tiġġustifika tali differenza, jeżawrixxi mis-sustanza tagħhom l-għanijiet tad-Direttiva 1999/70 u tal-ftehim qafas. Minflok itejjeb il-kwalità tax-xogħol għal żmien determinat u jippromwovi l-ugwaljanza fit-trattament imfittxija kemm bid-Direttiva 1999/70 kif ukoll bil-ftehim qafas, l-użu ta’ tali kriterju jwassal sabiex tkun ipperpetwata ż-żamma ta’ sitwazzjoni sfavorevoli għall-ħaddiema għal żmien determinat (digriet tad-<DATE ISO="20120209">9 ta’ Frar 2012</DATE>, Lorenzo Martínez, C‑556/11, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istabbiltà tar-relazzjoni ta’ xogħol li l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat huwa intiż li jippromwovi, għandu jiġi kkonstatat li din ma tistax tikkostitwixxi raġuni oġġettiva, fis-sens tal-Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas, sabiex tiġi leġittimata differenza fit-trattament bħal dik inkwistjoni fl-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju għandha tkun li l-Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi, għar-rexissjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, il-possibbiltà li jiġi applikat perijodu ta’ preavviż fiss ta’ ġimagħtejn indipendentement mill-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat, filwaqt li l-perijodu ta’ preavviż għar-rexissjoni fil-każ tal-kuntratti għal żmien indeterminat jiġi stabbilit skont l-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat u jista’ jvarja minn ġimagħtejn sa tliet xhur, meta dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi, għar-rexissjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, il-possibbiltà li jiġi applikat perijodu ta’ preavviż fiss ta’ ġimagħtejn indipendentement mill-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat, filwaqt li l-perijodu ta’ preavviż għar-rexissjoni fil-każ tal-kuntratti għal żmien indeterminat jiġi stabbilit skont l-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat u jista’ jvarja minn ġimagħtejn sa tliet xhur, meta dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>