|
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
187 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 886/2005
ta' l-10 ta' Ġunju 2005
li jissupplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 fir-rigward l-introduzzjoni ta' isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti — Miel de Granada (DPO)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3) u (4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-applikazzjoni ta' Spanja għar-reġistrazzjoni ta' “Miel de Granada” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Tressqet oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Ġaladarba din l-oġġezzjoni ma ssodisfat l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet ta' ammissibilità stipulati fl-Artikolu 7(4) ta' dak ir-Regolament, għaldaqstant l-isem għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni fl-Anness għal dan ir-Regolament għandu jiżdied fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(3) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 737/2005 (ĠU L 122, 14.5.2005, p. 15).
ANNESS
PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I GĦAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM TAL-BNIEDEM
Prodotti tal-annimali oħra (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib li ma jikludux butir, eċċ)
SPANJA
Miel de Granada (DPO)