|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2319 |
19.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2319
tat-18 ta’ Novembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/527 fir-rigward tal-bidliet amministrattivi fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “ARIEL chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash”
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ April 2022, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/527 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0026814-0000 lil Procter & Gamble Services Company NV għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-prodott bijoċidali uniku “ARIEL chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash”. L-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprovdi s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali għal dak il-prodott bijoċidali uniku. |
|
(2) |
Fid-9 ta’ Jannar 2023, Procter & Gamble Services Company NV ippreżentat lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (3), notifika ta’ bidla amministrattiva fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “ARIEL chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash”, irreġistrata fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (ir-Reġistru) bin-numri tal-każ BC-CE083625-47. Il-bidla proposta notifikata tikkonċerna ż-żieda ta’ ismijiet kummerċjali. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Frar 2023, l-Aġenzija ressqet lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, opinjoni (4) dwar il-bidla amministrattiva notifikata fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “ARIEL chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash”. Fl-opinjoni, l-Aġenzija tikkonkludi li l-bidla proposta hija bidla amministrattiva kif imsemmija fl-Artikolu 50(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u kif speċifikat fit-Titolu 1, it-Taqsima 1, tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, u li wara l-implimentazzjoni tal-bidla, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jibqgħu jiġu ssodisfati. |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Frar 2023, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni s-sommarju rivedut tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali għall-prodott bijoċidali uniku “ARIEL chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash” fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jkopri l-bidla amministrattiva li saret applikazzjoni għaliha, f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tiġi emendata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “ARIEL chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash” bil-għan li tiddaħħal il-bidla amministrattiva mitluba minn Procter & Gamble Services Company NV. |
|
(6) |
Ħlief għall-emendi rigward il-bidla proposta, l-informazzjoni l-oħra kollha inkluża fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali ta’ “ARIEL chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash” kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/527, tibqa’ l-istess. |
|
(7) |
Sabiex tissaħħaħ iċ-ċarezza u jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-utenti u tal-partijiet interessati għall-verżjoni konsolidata tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali li għandha tiġi ppubblikata mill-Aġenzija, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/527 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. Minħabba bidla fil-format użat biex jiġi ġġenerat is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali fir-Reġistru fi Frar 2024, is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali f’dak l-Anness jenħtieġ li jinkludi wkoll xi bidliet żgħar editorjali u fit-tqassim. |
|
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/527 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/527 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/527 tal-1 ta’ April 2022 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “ARIEL chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash” (ĠU L 105, 4.4.2022, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/527/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).
(4) ECHA opinion UAD-C-1645823-31-00/F tal-20 ta’ Frar 2023 dwar bidliet amministrattivi fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodott bijoċidali uniku “ARIEL chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash” (https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation).
ANNESS
SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL PRODOTT BIJOĊIDALI
ARIEL Chlorine Professional System 5 Chlorine Bleach for white wash
Tip(i) ta’ prodott
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0026814-0000
Numru tal-assi R4BP: EU-0026814-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
ARIEL Chlorine Professional System 5 Chlorine Bleach for white wash Ariel Professional S5 White Wash Stainbuster Ariel Professional S5 Vlekverwijderaar voor de witte was Ariel Professional S5 Fleckenentferner für Weiße Wäsche Ariel Professional S5 Détachant pour le linge blanc Ariel Professional S5 Odstranovac skvrn na bílé prádlo Ariel Professional S5 Odstranovac škvrn na bielu bielizen Ariel Professional S5 Folteltávolító fehér ruhákhoz Ariel Professional S5 Aditiv pentru îndepartarea petelor, pentru rufe albe Ariel Professional S5 Smacchiatore per capi bianchi Ariel Professional S5 Quitamanchas para ropa blanca Ariel Professional S5 Odplamiacz do białych tkanin Ariel Professional S5 Tira-nódoas para roupa branca Ariel Professional S5 Odstranjivac mrlja za bijelo rublje |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Procter & Gamble Services Company NV |
||
|
Indirizz |
|
|||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0026814-0000 |
||
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0026814-0000 |
||
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
|
24 April 2022 |
||
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
|
31 March 2032 |
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
Sutter Industries S.p.A. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
|
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Sutter Industries S.p.A., site 1, Località Leigozze 1, Borghetto, 15060 Borbera, L-Italja |
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
|
Isem tal-manifattur |
ALTAIR CHIMICA S.p.A. |
|
Indirizz tal-manifattur |
Via Moie Vecchie 13, 56048 Saline di Volterra (PI), L-Italja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
ALTAIR CHIMICA S.p.A., site 1, Via Moie Vecchie 13, 56048 Saline di Volterra (PI), L-Italja |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Kloru attiv rilaxxat mill-ipoklorit tas-sodju |
|
Sustanza attiva |
|
|
9,05 % (w/w) |
|
Ipoklorit tas-sodju |
Ipoklorit tas-sodju |
Rilaxxatur |
7681-52-9 |
231-668-3 |
9,5 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
SL Konċentrat li jinħall
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H290: Jista’ jkun korrużiv għall-metalli. H314: Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn. H410: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. EUH031: Jitfa’ gass tossiku meta jmiss l-aċidi. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P234: Żomm biss fl-imballaġġ oriġinali. P260: Tiblax bin-nifs fwar. P264: Aħsel idejk sew wara li tużah. P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent. P280: Ilbes ingwanti protettivi. P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. P280: Ilbes ilbies protettiv. P310: Ikkuntattja immedjatament ċentru tal-avvelenamenti jew tabib/speċjalista. P301 + P330 + P331: JEKK JINBELA’: laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar. P303 + P361 + P353: JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew fuq ix-xagħar): Neħħi minnufih l-ilbies kontaminat kollu. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer]. P304 + P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs. P305 + P351 + P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P363: Aħsel il-ħwejjeġ kontaminati qabel terġa’ tużahom. P390: Assorbi t-tixrid sabiex tipprevjeni ħsara fil-materjal. P391: Iġbor it-tixrid. P405: Aħżen f’post imsakkar. P501: Armi l-kontenut qbil mar-regolamenti lokali. P501: Armi il-kontenitur qbil mar-regolamenti lokali. |
4. UŻU/I AWTORIZZATI
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Diżinfezzjoni ta’ ħwejjeġ tal-ħasil (ħasil bil-magna) fil-fażi tat-tlaħliħ ta’ wara l-ħasil
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
— |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Batterji Istadju iżvilupp: ebda data Isem xjentifiku: ebda data Isem komuni: Ħmira Istadju iżvilupp: ebda data |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa F’magni tal-ħasil professjonali (bħal magni tal-ħasil f’restoranti, lukandi, djar tal-kura u faċilitajiet mhux tal-kura tas-saħħa) permezz ta’ programmi ta’ dożaġġ magħluqin awtomatiċi: Diżinfezzjoni ta’ bjankerija wara t-tindif. Il-prodott jista’ jintuża biss ma’ tagħmir tad-dożaġġ awtomatiku professjonali ta’ Procter & Gamble. Il-prodott mhuwiex awtorizzat għal dożaġġ manwali. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sistema magħluqa Deskrizzjoni dettaljata: — |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: 10,0 ml/l Numru u ħin tal-applikazzjoni: Il-prodott jiżdied darba permezz ta’ dożaġġ awtomatiku, għad-diżinfezzjoni ta’ ħwejjeġ tal-ħasil nodfa: wara l-pass tal-ħasil/tindif li jsir bl-użu tal- Ariel S1 Actilift detergent (bl-isem kummerċjali ta’ Ariel System S1), l-ilma jiġi skulat/estratt. Wara l-mili mill-ġdid b’ilma nadif, il-prodott jiġi miżjud għall-ħasla ewlenija/l-ewwel banju tat-tlaħliħ. Il-prodott huwa effikaċji fuq oġġetti nodfa meta jintuża b’10 ml/l waqt ħin ta’ kuntatt ta’ 15-il minuta f’+40°C (proporzjon ta’ soluzzjoni = 1:5; b’tagħbija tas-saborra ta’ 4 kg) |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Flixkun tal-HDPE ta’ 10 L-20 L b’manku ffurmat u għatu tas-sikurezza b’lukkett u ċavetta. Iċċertifikat mill-UN għal Oġġetti Perikolużi. |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Il-prodott bijoċidali ARIEL Chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash huwa maħsub biex jintuża biss waqt il-ħasla ewlenija, wara ħasla minn qabel b’tagħmir tad-dożaġġ Procter & Gamble Professional għad-diżinfezzjoni ta’ ħwejjeġ tal-ħasil nodfa:
|
— |
Pass 1 tindif b’Ariel System S1 (li tista’ ssir referenza għalih bħala l-ħasla minn qabel jew il-ħasla ewlenija) f’40°C għal 10 min: L-ilma tal-ħasil jiġi skulat, estratt, u jimtela mill-ġdid b’ilma nadif qabel il-pass 2; |
|
— |
Pass 2 diżinfezzjoni: tista’ ssir referenza għalih bħala l-ħasla ewlenija (jekk l-ewwel pass huwa l-ħasla minn qabel) jew l-ewwel banju ta’ tlaħliħ (jekk l-ewwel pass huwa l-ħasla ewlenija). It-tieni pass li jinkludi ARIEL Chlorine Professional System 5 chlorine bleach for white wash jitwettaq dejjem f’40°C għal 15-il minuta. Dan huwa segwit minn 1-2 fażijiet ta’ tlaħliħ u skular u fl-aħħar l-estrazzjoni bi spinjatura. |
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Waqt l-immaniġġjar tal-prodott u l-manutenzjoni tal-magni (tiswija ta’ sistema tad-dożaġġ miksura):
|
— |
Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għas-sustanzi kimiċi (EN374). |
|
— |
Ilbes protezzjoni tal-għajnejn (EN 166) |
|
— |
Ilbes tuta protettiva (li trid tkun speċifikata mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni tal-prodott). |
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek minnufih. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel minnufih b’ħafna ilma. Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Aħsel bis-sapun u l-ilma u kompli laħlaħ għal 15-il minuta. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ minnufih bl-ilma għal ħafna minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal tal-inqas 15-il minuta. Sejjaħ minnufih lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Għal konteniment:
Iġbor is-sustanza assorbita f’kontenituri magħluqin. Tużax kontenituri tal-metall.
Metodi għat-tindif:
Kwantitajiet żgħar ta’ likwidu mifrux: iġbor b’materjal assorbenti mhux kombustibbli u uża pala biex titfa’ f’kontenitur għar-rimi. Tixrid kbir: ikkontjeni s-sustanza rilaxxata, ippompja għal ġo kontenituri xierqa. Tużax kontenituri tal-metall.
Rimi:
Dan il-materjal u l-kontenitur tiegħu għandhom jintremew f’mod sikur, skont il-leġiżlazzjoni lokali/reġjonali/nazzjonali.
Tferrix prodott mhux użat fl-art, fil-korsiji tal-ilma, f’pajpijiet (sink, tojlits…) u lanqas fid-drenaġġ.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Kundizzjonijiet ta’ ħażna:
Aħżen fil-kontenitur oriġinali.
materjali inkompatibbli:
Metalli. aċidi. Jirreaġixxi ma’ (xi) aċidi: rilaxx ta’ gassijiet/fwar tossiċi (ħafna) (tal-klorin). Jista’ jkun korrużiv għall-metalli.
Huwa pprojbit il-ħżin imħallat:
Żomm biss fil-kontenitur oriġinali f’post frisk u vventilat tajjeb ’il bogħod minn aċidi (qawwijin).
Post tal-ħżin:
Aħżen f’post frisk. Aħżen f’post niexef.
Taħżinx f’temperatura ogħla minn 30°C.
Ipproteġi mill-ġlata.
Żomm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.
Kemm idum tajjeb il-prodott: 12-il xahar
6. INFORMAZZJONI OĦRA
—
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2319/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)