|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/151 |
26.1.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/151
tat-23 ta’ Jannar 2026
dwar l-istandard armonizzat għall-kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2015/1095
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom iqisu prodott li għalih ikunu ġew applikati standards armonizzati, u li jkollu n-numri ta’ referenza tiegħu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bħala konformi mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-miżura implimentattiva applikabbli li magħha huma relatati dawn l-istandards. L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 (3) u l-Anness II tiegħu jistabbilixxu r-rekwiżiti rilevanti għall-kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida. |
|
(2) |
Bl-ittra emendatorja Nru 1 għat-talba M/495 tat-2 ta’ Ottubru 2013 (“it-talba”), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni għall-abbozzar ta’ standards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2015/1095. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, is-CEN irreveda l-istandard EN ISO 22042:2021 li rriżulta fl-adozzjoni tal-emenda ENISO 22042:2021/A1:2024 dwar il-kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida u l-kabinetti ta’ friża għall-użu professjonali. |
|
(4) |
Flimkien mas-CEN, il-Kummissjoni vvalutat jekk l-istandard armonizzat EN 22042:2021 kif emendat bl-istandard EN ISO 22042:2021/A1:2024 jikkonformax mat-talba. |
|
(5) |
L-istandard armonizzat EN ISO 22042:2021 kif emendat minn EN ISO 22042:2021/A1:2024 jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/1095. Għalhekk, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dan l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2015/1095 u elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/125/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1095/oj).
ANNESS
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
1. |
EN ISO 22042:2021 Kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida u kabinetti ta’ friża għall-użu professjonali – Klassifikazzjoni, rekwiżiti u kundizzjonijiet tat-test (ISO 22042:2021) EN ISO 22042:2021/A1:2024 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/151/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)