Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0041 - 0041
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/2003 ta' l-20 ta' Ġunju 2003 li temenda l-Anness XIX (Proġettazzjoni tal-Konsumatur) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar ż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendata bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iz-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE 47/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1]. (2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/193/ŻE ta' 1 ta' Marzu 2001 dwar informazzjoni fuq xogħol bl-appalt li trid tingħata minn qabel lill-konsumaturi mis-selliefa li joffru self fuq id-djar [2] għandha tiġi mdaħħla fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 19 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE) ta' l-Anness XIX mal-Ftehim: "20. 32001 H 0193: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/193/KE ta' 1 ta' Marzu 2001 dwar informazzjoni fuq xogħol bl-appalt li trid tingħata minn qabel lill-konsumaturi mis-selliefa li joffru self fuq id-djar (ĠU L 69, ta' l-10.3.2001, p. 25)." Artikolu 2 It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2001/193/KE fil-lingwa ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali taż-ŻEE ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2003, iżda n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom jiġu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 18. [2] ĠU L 69, ta' l-10.3.2001, p. 25. [3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hi indikata. --------------------------------------------------