|
2.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Novembru 2009
li temenda l-Annessi XI, XII, XV u XVI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-istandards minimi ta’ sigurtà applikabbli għalihom
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9094)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/869/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67(2) u 87(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri preventivi bl-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u t-tlestija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola għal dik il-marda. |
|
(2) |
L-Artikolu 65 tad-Direttiva 2003/85/KE jistipula li l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-immaniġġjar tal-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għar-riċerka, id-dijanjożi u l-manifattura jsir biss f’laboratorji approvati elenkati fl-Anness XI u operati tal-inqas skont l-istandards tal-bijosigurtà stabbiliti fl-Anness XII ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Il-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE telenka l-laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal finijiet dijanjostiċi u ta’ riċerka. Il-Parti B ta’ dak l-Anness telenka l-laboratorji li jimmaniġġjaw l-antiġenu tal-vajrus matul il-manifattura tal-vaċċini. |
|
(4) |
Franza infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni li wieħed mil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali tagħhom u laboratorji ta’ manifattura tal-vaċċin ma għadhomx jitqiesu bħala li jissodisfaw l-istandards tal-bijosigurtà stipulati fl-Artikolu 65(d) tad-Direttiva 2003/85/KE. |
|
(5) |
L-Olanda infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni b’bidla ulterjuri fl-isem tal-laboratorju dijanjostiku nazzjonali tagħhom li huwa awtorizzat jimmaniġġja vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, u bl-akkwist mill-kumpanija privata “Lelystad Biologicals BV, Lelystad” ta’ dik il-parti ta’ dak li kien l-Istitut Ċentrali għall-Kontroll tal-Mard tal-Annimali (CIDC-Lelystad) li hija awtorizzata timmaniġġja l-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċini. |
|
(6) |
Jeħtieġ li tiġi emendata l-lista ta’ laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-ilsien u d-dwiefer stabbilita fl-Anness XI mad-Direttiva 2003/85/KE. |
|
(7) |
Il-punt 1 tal-Anness XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE jistabbilixxi standards ta’ bijosigurtà għal-laboratorji li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Huwa jistipula li laboratorji bħal dawn għandhom jissodisfaw jew jeċċedu ir-rekwiżiti stipulati fl-“Istandards minimi għal-Laboratorji li jaħdmu fuq il-mikrobu tal-ilsien u d-dwiefer in vitro u in vivo” stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, is-26 sessjoni, Ruma, April 1985, kif modifikat fl-1993. |
|
(8) |
Il-Punt 1 tal-Anness XV tad-Direttiva 2003/85/KE jistipula li l-Laboratorji Nazzjonali kollha li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għandhom joperaw taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-“Istandards Minimi għal-Laboratorji li jaħdmu bil-marda tal-ilsien u d-dwiefer in vitro u in vivo”, il-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer — is-26 Sessjoni, Ruma 1985, kif emendata mill-Appendiċi 6(ii) tar-Rapport tat-30 Sessjoni, Ruma, 1993. |
|
(9) |
Barra minn hekk, il-punt 7 tal-Anness XVI mad-Direttiva 2003/85/KE jistipula li l-Laboratorju tal-Komunità għar-Referenzi għandu jopera skont il-kundizzjonijiet rikonoxxuti ta’ sigurtà stretta tal-mard bħalma hu indikat fl-“Istandards Minimi għal-Laboratorji li jaħdmu bil-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer in vitro u in vivo”, il-Kummissjoni Ewropea għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer — is-26 Sessjoni, Ruma, April 1985, kif emendat bl-Appendiċi 6(ii) tar-rapport tat-30 Sessjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer 1993, imsemmija fl-Anness XII ta’ din id-Direttiva. |
|
(10) |
Wara tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-2007 fi Stat Membru li kien relatat mal-ħarba ta’ vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer minn laboratorju, dawk “l-Istandards Minimi għal-Laboratorji li qed jaħdmu bil-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer in vitro u in vivo” (“standards ta’ bijosigurtà”) ġew emendati. Wara diskussjonijiet dwar l-istandards tal-bijosigurtà mal-Istati Membri fil-qafsa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, il-verżjoni emendata ta’ dawk l-istandards kienet adottata fit-38 Sessjoni Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer fid-29 ta’ April 2009 (2) u huwa inkluż fir-Rapport tat-38 Sessjoni Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer, Ruma 28-30 ta’ April 2009 (“ir-Rapport”). Hija tieħu post l-istandards tal-bijosigurtà stabbiliti fl-1985, kif immodifikati fl-1993. L-Annessi XII, XV u XVI mad-Direttiva 2003/85/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
|
(11) |
Id-Direttiva 2003/85/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi XI, XII, XV u XVI mad-Direttiva 2003/85/KE għandhom jiġu emendati skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.
(2) Rapport tat-38 Sessjoni Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer, Ruma 28-30 ta’ April 2009, Appendiċi 10, p. 82; disponibbli f’: http://www.fao.org/ag/againfo/commissions/docs/SecurityStandards_2009.pdf
ANNESS
L-Annessi XI, XII, XV u XVI huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness XII, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness XV, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Fl-Anness XVI, il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:
|