9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/26


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8687 — Prisko/OKD Nástupnická)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 377/16)

1.

Fit-30 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Prisko a.s (“Prisko”, ir-Repubblika Ċeka)

—

OKD Nástupnická a.s (“OKD”, ir-Repubblika Ċeka)

Prisko takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ OKD kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Prisko tiġġestixxi l-assi tal-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika Ċeka;

—

OKD hija attiva fis-suq tal-estrazzjoni u l-bejgħ tal-faħam.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8687 — Prisko/OKD Nástupnická

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).