31978R1346



Official Journal L 165 , 22/06/1978 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0006
Greek special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0157
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0006
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0123
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 14 P. 0123


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1346/78

tad-19 ta’ Ġunju 1978

li jemenda Regolament (KEE) Nru 2358/71 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod speċjali l-Artikolu 43 tat-Trattat,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Fehma tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Fehma tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [2];

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1167/77 [4], ħaseb għall-għoti, skond ċerti kondizzjonijiet, ta’ għajnuna għaż-żrieragħ; billi l-għoti ta’ din l-għajnuna jiġi deċiż għal kull sena ta’ marketing li tibda s-sena ta’ wara;

Billi l-produzzjoni tal-parti l-kbira tal-varjetajiet taż-żrieragħ hija tat-tip ta’ aktar minn darba kull sena; billi sabiex jitjieb l-ippjanar tal-produzzjoni l-għajnuna kif stabbilita hemmhekk trid tinbidel b’għajnuna għal sentejn ta’ marketing konsekuttivi;

Billi jeħtieġ li tinkiseb l-informazzjoni kollha dwar il-qagħda u l-prospetti ta’ żvilupp tas-suq fil- Komunità; billi, għalhekk, fil-każ taż-żrieragħ prodotti fil-Komunità, is-sistema eżistenti tagħti lok li tinġabar l-informazzjoni meħtieġa minħabba li tirrikjedi li ż-żrieragħ ċertifikati biss prodotti fi stabbilimenti li huma awtorizzati jew li għandhom kuntratti rreġistrati apposta jistgħu jiġu marketed; billi, barra minn hekk, il-Komunità tingħata l-provvista permezz ta’ kuntratti ta’ tkattir magħmula mal-produtturi taż-żrieragħ f’pajjiżi li mhumiex membri; billi, għalhekk, ir-reġistrazzjoni ta’ dawn il-kuntratti hija meħtieġa għal dawk l-ispeċi li huma ta’ importanza fil-provvista tas-suq tal-Komunità; billi, barra minn hekk, din l-informazzjoni trid tkun koperta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità ta’ l-istatistika sabiex iserrħu moħħ il-partijiet konċernati li din mhix se tintuża għal skopijiet oħra, b’hekk tkun tista’ tinġabar informazzjoni oġġettiva għall-aħħar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KEE) Nru 2358/71 se jkun emendat kif ġej:

(a) It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) se jinbidel b’dan li ġej:

"Din l-għajnuna, li se tkun l-istess fil-Komunità kollha għal kull speċi jew grupp ta’ varjetajiet, trid tkun stabbilita kull sentejn qabel l-1 t’Awissu għas-sena ta’ marketing li tibda fis-sena ta’ wara u għas-sena ta’ marketing li jkun jmiss. Iżda, l-għajnuna għas-snin ta’ marketing 1978/79 u 1979/80 trid tkun stabbilita qabel l-1 ta’ Lulju 1978. Jekk, għall-perjodu ta’ sentejn li għalih ġiet stabbilita l-għajnuna, l-istabbiltà tas-suq fil-Komunità jidher li tkun mhedda serjament, il-Kunsill, f’isem maġġoranza kwalifikata fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni, jista jordna l-għajnuna għat-tieni sena tal-perjodu msemmi li jrid ikun modifikat. Dik il-modifika trid issir qabel l-1 ta’ Awissu tas-sena qabel ma tiġi adottata."

(b) L-Artikolu li jmiss irid jiżdied:

"Artikolu 3a

1. Għal ċerti speċi, b’effett mill-1 ta’ Frar 1979 il-kuntratti kollha tat-tkattir magħmula bejn min ikabbar jew jieħu ħsieb iż-żerriegħa fil-Komunità u produttur taż-żerriegħa stabbilit f’pajjiż ieħor jista’ jkun espost għal reġistrazzjoni ta’ bilfors mal-korpi nominati għal dak l-għan minn kull Stat Membru.

2. L-Istati Membri jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni perjodikament bl-informazzjoni statistika dwar ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti tat-tkattir.

3. L-informazzjoni marbuta mar-reġistrazzjoni tal-kuntratti tat-tkattir tista’ tintuża biss għall-għanijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4. Ir-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod speċjali t-tifsira tal-kuntratt tat-tkattir taż-żerriegħa u l-lista ta’ l-ispeċi msemmija fil-paragrafu 1, se jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1978.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dalsager

[1] ĠU Nru Ċ 85, ta’ l- 10.4.1978, p. 31.

[2] ĠU Nru Ċ 101, tas- 26.4.1978, p. 10.

[3] ĠU Nru L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

[4] ĠU Nru L 137, tat-3.6.1977, p. 1.

--------------------------------------------------