European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1866

15.9.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1866

tat-12 ta’ Settembru 2025

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/261 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/261 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(2)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/826 (3), l-Artikolu 1(1) tar-Regolament oriġinali ġie sostitwit bil-ħsieb li jiżdiedu kodiċijiet addizzjonali TARIC mal-kodiċijiet NM 2710 19 11 , 2710 19 15 , 2710 19 21 , 2710 19 25 u 2710 19 29 .

(3)

Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC imsemmija hawn fuq issa ġew sostitwiti bil-kodiċijiet TARIC.

(4)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa meqjus neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament oriġinali biex jirrifletti l-kodiċijiet TARIC il-ġodda fl-Artikolu 1(1) tiegħu.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/261 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkali ta’ aċidi xaħmin u/jew żjut tal-gass paraffiniċi miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, b’mod komuni magħrufa bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew kif inklużi f’taħlita, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (il-kodiċijiet TARIC 1516 20 98 21, 1516 20 98 29 u 1516 20 98 33), ex 1518 00 91 (il-kodiċijiet TARIC 1518 00 91 21, 1518 00 91 29 u 1518 00 91 33), ex 1518 00 95 (il-kodiċi TARIC 1518 00 95 21), ex 1518 00 99 (il-kodiċijiet TARIC 1518 00 99 21, 1518 00 99 29 u 1518 00 99 33), ex 2710 19 42 (il-kodiċijiet TARIC 2710 19 42 21 u 2710 19 42 29), ex 2710 19 44 (il-kodiċijiet TARIC 2710 19 44 21, 2710 19 44 29 u 2710 19 44 33), ex 2710 19 46 (il-kodiċijiet TARIC 2710 19 46 21, 2710 19 46 29 u 2710 19 46 33), ex 2710 19 47 (il-kodiċijiet TARIC 2710 19 47 21, 2710 19 47 29 u 2710 19 47 33), 2710 20 11 , 2710 20 16 , ex 3824 99 92 (il-kodiċijiet TARIC 3824 99 92 10, 3824 99 92 14 u 3824 99 92 17), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (il-kodiċijiet TARIC 3826 00 90 11, 3826 00 90 19 u 3826 00 90 33), minbarra l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ASTM D7566–22 Speċifikazzjoni Standard għall-Idrokarburi tat-Turbini tal-Avjazzjoni, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2710 19 42 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), ex 2710 19 44 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), ex 2710 19 46 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), ex 2710 19 47 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), ex 2710 20 11 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT) u ex 2710 20 16 (kodiċi addizzjonali TARIC 89FT), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

1a.   Sabiex jiġu mmonitorjati l-importazzjonijiet ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, il-kodiċijiet TARIC li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ, minbarra l-kodiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li ġew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura: Il-kodiċi TARIC 2710 19 11 10, il-kodiċi TARIC 2710 19 15 10, il-kodiċi TARIC 2710 19 21 10, il-kodiċi TARIC 2710 19 25 10 u l-kodiċi TARIC 2710 19 29 10.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/261 tal-10 ta’ Frar 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/261, 11.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/261/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/826 tad-29 ta’ April 2025 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/261 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/826, 30.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/826/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1866/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)