European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4743

9.9.2026

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni ta’ speċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(C/2026/4743)

Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA TAL-UNJONI TA’ SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Navarra”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0127-AM05 — 8.9.2025

1.   Isem il-prodott

Navarra

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP ☒ IĠP ☐ IĠ ☐

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☒

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Spanja

5.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u fid-dokument uniku kkonċernata mill-emenda/i

Restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni

Il-punt 8.b.7 “Imballaġġ u preżentazzjoni tal-prodott” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 11 “Rekwiżiti applikabbli oħra” tad-dokument uniku ġew emendati.

6.   Kwalifika bħala emenda tal-Unjoni

L-emenda tipprojbixxi l-imballaġġ tal-inbejjed DOP Navarra barra miż-żona ġeografika definita tagħhom, u dan ipoġġi restrizzjoni ġdida fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Għalhekk, l-emenda tissodisfa d-definizzjoni ta’ “emenda tal-Unjoni” kif stabbilita fl-Artikolu 24(3)(c) tar-Regolament (UE) 2024/1143 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

7.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda/i

Deskrizzjoni

Iż-żieda tar-rekwiżit li l-imballaġġ tal-inbejjed protetti jsir esklużivament fil-bini tal-fabbriki tal-inbid li jinsabu fiż-żona ġeografika definita tad-DOP.

Raġuni(jiet)

Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità, tiġi ggarantita l-oriġini u jiġi żgurat il-kontroll, l-imballaġġ tal-inbejjed koperti minn din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott irid isir esklużivament fil-bini tal-fabbriki tal-inbid li jinsabu fid-distretti muniċipali taż-żona tal-produzzjoni, u l-inbejjed irid jiġu awtorizzati u mdaħħla bħala tali fir-reġistru rilevanti tal-Bord Regolatorju.

Il-produzzjoni tal-inbejjed koperti bid-denominazzjoni ta’ oriġini ma tispiċċax bil-proċess tat-trasformazzjoni tal-most fi nbid permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u proċessi supplimentari oħra; l-imballaġġ irid jitqies bħala l-aħħar stadju fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, peress li jinvolvi prattiki oħra tal-produzzjoni tal-inbid li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi speċjali, jiġifieri: il-filtrazzjoni, l-istabbilizzazzjoni u diversi tipi ta’ miżuri korrettivi. Fl-istess ħin, f’xi każijiet, huwa meħtieġ perjodu ta’ tqaddim fil-flixkun għar-rotondità u għat-tirqim tal-inbid lest. Instab li t-trasport u l-imballaġġ barra miż-żona tal-produzzjoni jnaqqsu l-kwalità tal-inbid, peress li jaf ikun espost għal tnaqqis fl-ossidazzjoni, varjazzjonijiet fit-temperatura u fatturi oħra iktar serji li jaggravaw il-kwalità tal-inbid, iktar ma tkun twila d-distanza vvjaġġata. Għalhekk, l-imballaġġ fiż-żona tal-produzzjoni jippermetti li jiġu ppreservati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott. Din il-miżura, flimkien mal-esperjenza u l-għarfien profond tal-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed li l-fabbriki tal-inbid tad-denominazzjoni ta’ oriġini Navarra kisbu tul iż-żmien, tagħmel l-imballaġġ fis-sors meħtieġ, u b’hekk tippreserva l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi kollha ta’ dawn l-inbejjed.

Mhuwiex loġistikament jew finanzjarjament fattibbli għall-korp delegat li jikkontrolla l-inbejjed koperti minn din id-DOP li jwettaq kontrolli barra miż-żona definita tad-DOP. Il-kontroll tal-kontenituri għal kwantitajiet kbar ta’ nbid li jitilqu minn dik iż-żona jkun jeħtieġ il-kollaborazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi jew privati oħra. Dawn l-entitajiet mhux dejjem ikunu aġli, effettivi jew ekonomikament kapaċi biżżejjed biex jagħmlu dan, b’mod partikolari jekk id-destinazzjoni tkun barra mill-UE. Għalhekk, l-uniku mod biex jiġi żgurat kontroll xieraq tal-inbejjed kollha sakemm jitqiegħdu fis-suq hu li l-imballaġġ jiġi ristrett għaż-żona definita tad-DOP.

8.   Informazzjoni addizzjonali

8.1.   Din l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni fiha emenda/i standard marbuta b’mod inseparabbli mal-emenda tal-Unjoni

Iva ☐ Le ☒

8.2.   Din l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni hija konsegwenza tan-nuqqas ta’ konklużjoni fi Stat Membru wieħed jew aktar tal-istadju nazzjonali tal-proċedura għall-applikazzjoni ta’ emenda standard tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika transfruntiera, kif imsemmi fl-Artikolu 5(10), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2025/27

Iva ☐ Le ☒

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid

“Navarra”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-ES-A0127-AM05 — 8.9.2025

1.   Isem/Ismijiet

Navarra

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP ☒ IĠP ☐

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Spanja

4.   Klassifikazzjoni tal-inbid f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

3.

Inbid likur

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

Inbid abjad

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Lewn isfar ċar għal isfar dehbi, ċar u jleqq.

Aroma

Aroma ta’ intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew ta’ pjanti.

Togħma

Fuq il-palat, huwa bbilanċjat, b’aċidità integrata sew, b’aroma retronażali ta’ frott u b’finitura medja sa għolja.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

12,5

Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

190

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

*Jekk il-kontenut taz-zokkor residwu jaqbeż il-5 g/l, il-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ikun inqas minn jew ugwali għal 300 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbid abjad imqaddem fl-injam (iffermentat fil-bettija, Crianza, Reserva, Gran Reserva)

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Lewn isfar kulur it-tiben għal isfar dehbi bi sfumaturi ambra, ċar u jleqq.

Aroma

Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet tal-injam u/jew spezjati u/jew affumikati.

Togħma

Fuq il-palat, huwa bbilanċjat, b’aċidità integrata sew, b’aroma retronażali tal-injam u b’finitura medja sa għolja.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

15

Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

190

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Jekk il-kontenut taz-zokkor residwu jaqbeż il-5 g/l, il-kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ikun inqas minn jew ugwali għal 300 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbid abjad magħmul minn għeneb botritizzat

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Lewn isfar ċar għal isfar dehbi, bi sfumaturi ambra, ċar u jleqq.

Aroma

Aroma ta’ intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew ta’ pjanti.

Togħma

Fuq il-palat, huwa bbilanċjat, b’aċidità integrata sew, b’aroma retronażali ta’ frott u b’finitura medja sa għolja.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

13

Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

190

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

L-aċidità volatili tiżdied b’1 meq/l għal kull grad ta’ qawwa naturali reali ta’ iktar minn 10 % skont il-volum.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbid rożè

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Lewn roża, ċar u jleqq.

Aroma

Aroma ta’ intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’aromi ta’ frott aħmar u iswed u/jew ta’ fjuri.

Togħma

Fuq il-palat, huwa bbilanċjat u b’aċidità integrata sew, b’aroma retronażali ħelwa u/jew ta’ frott aħmar u iswed kif ukoll b’finitura medja sa għolja.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

11

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

12,5

Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

190

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbid rożè mqaddem fl-injam (iffermentat fil-bettija, Reserva)

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Lewn roża, ċar u jleqq.

Aroma

Aroma ta’ intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u bi sfumaturi ta’ frott aħmar u iswed u ta’ injam.

Togħma

Fuq il-palat, huwa bbilanċjat, b’aċidità integrata sew, b’aroma retronażali tal-injam u b’finitura medja sa għolja.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

11

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

15

Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

190

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbid aħmar

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Lewn vjola għal aħmar lewn ir-rubini, ċar u jleqq.

Aroma

Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u bi sfumaturi tal-frott u/jew tal-injam.

Togħma

Fuq il-palat, huwa bbilanċjat u b’korporatura medja, b’aroma retronażali tal-frott u/jew tal-injam u b’finitura medja sa għolja.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

11,5

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

12,5

Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

140

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbid aħmar mqaddem fl-injam (Roble, Crianza, Reserva jew Gran Reserva)

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Lewn aħmar jagħti fil-vjola għal aħmar bi sfumaturi ta’ aħmar kulur il-brikks, ċar u jleqq.

Aroma

Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet tal-injam u/jew spezjati u/jew affumikati.

Togħma

Fuq il-palat, huwa bbilanċjat, b’korporatura medja sa sħiħa, b’aroma retronażali tal-injam u b’finitura medja sa għolja.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

11,5

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

16,67

Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

140

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Inbid likur

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Fl-inbejjed bojod: lewn isfar ċar għal kannella lewn il-kawba, ċar u jleqq. Fl-inbejjed ħomor: Lewn aħmar jagħti fil-vjola għal aħmar b’tonalitajiet ta’ aħmar kulur il-brikks, ċar u jleqq.

Aroma

Aroma b’intensità għolja, mingħajr difetti, u b’noti ta’ frott misjur jew żbib.

Togħma

Fuq il-palat, huwa bbilanċjat, b’korporatura medja sa sħiħa, b’aroma retronażali ta’ frott misjur jew żbib u b’finitura medja sa għolja.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

15

Aċidità totali minima:

—

Unità ta’ aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Kontenut totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

190

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

—

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Metodu tal-kultivazzjoni

Tip ta’ prattika enoloġika

Metodu tal-kultivazzjoni

Deskrizzjoni

Id-densità tat-tħawwil se tkun mill-inqas 2 400 dielja għal kull ettaru.

L-irrigazzjoni hija awtorizzata fil-vinja, bl-użu ta’ sistemi lokalizzati. Is-sistemi tal-irrigazzjoni mhux lokalizzati (irrigazzjoni bl-għargħar, l-irrigazzjoni tat-tbexxix) huma awtorizzati sat-8 ta’ Awwissu ta’ kull sena.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

—

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

Inbid abjad: għeneb abjad biss. Hija permessa l-maċerazzjoni bil-kesħa.

Inbid rożè: il-most tal-għeneb għandu jinkiseb bl-użu tat-teknika tal-fsada jew tat-teknika tal-għasir. Il-volum massimu awtorizzat ta’ most miksub bil-fsada se jkun ta’ 40 litru għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb. Mill-inqas 85 % tal-għeneb użat irid ikun tal-varjetajiet ħomor.

Inbejjed ħomor: għeneb aħmar biss. L-inbid rożè jista’ jiġi mħallat jew miżjud mal-inbid aħmar tas-sena ta’ wara, sakemm il-perċentwal ta’ rożè ma jaqbiżx 15 % tal-kapaċità totali li tirriżulta.

Inbejjed likuri: Iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ > 96 % vol., jew ta’ taħlita li jkun fiha dan u most, most iffermentat, jew inbid, mill-Moscatel de Grano Menudo jew mill-Garnacha Tinta u Blanca b’livell alkoħoliku naturali ta’ > 12 % vol. Fejn dawn jiġu mqaddmin, jistgħu jiżdiedu l-most ikkonċentrat permezz tas-sħana diretta, il-Moscatel de Grano Menudo u/jew il-Garnacha Tinta u/jew Blanca.

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

—

Tip ta’ prattika enoloġika

Restrizzjoni relatata mal-produzzjoni tal-inbid

Deskrizzjoni

L-użu ta’ għasir kontinwu għadu pprojbit fit-tħejjija ta’ nbejjed koperti mid-DOP.

It-tqaddim irid jibda fl-1 ta’ Ottubru tal-istess sena tal-ħsad.

7.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

L-inbejjed/Il-kategoriji/Il-varjetajiet/It-tipi kollha

Il-varjetajiet bojod

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

9 200

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/Il-kategoriji/Il-varjetajiet/It-tipi kollha

Il-varjetajiet bojod

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

64,40

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitru għal kull ettaru

L-inbejjed/Il-kategoriji/Il-varjetajiet/It-tipi kollha

Varjetajiet ħomor

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

8 000

Rendiment massimu għal kull unità:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/Il-kategoriji/Il-varjetajiet/It-tipi kollha

Varjetajiet ħomor

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

56

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitru għal kull ettaru

L-inbejjed/Il-kategoriji/Il-varjetajiet/It-tipi kollha

Inbid rożè magħmul bl-użu tat-teknika tal-fsada

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

32

Rendiment massimu għal kull unità:

ettolitru għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

ALARIJE - MALVASÍA RIOJANA

—

CABERNET SAUVIGNON

—

CHARDONNAY

—

GARNACHA BLANCA

—

GARNACHA ROJA - GARNACHA GRIS

—

GARNACHA TINTA

—

GRACIANO

—

MACABEO - VIURA

—

MAZUELA - MAZUELO

—

MERLOT

—

MOSCATEL DE GRANO MENUDO

—

ONECA

—

PINOT NOIR

—

SAUVIGNON BLANC

—

SYRAH

—

TEMPRANILLO

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Muniċipalitajiet:

Distrett I: L-ebda

Distrett II: Lumbier, Lónguida, Romanzado and Urraul Bajo u Urraul Alto.

Distrett III: Obanos, Añorbe, Muruzabal, Tiebas-Muruarte de Reta, Adios, Legarda, Uterga, Guirguillano, Puente la Reina, Artazu, Echauri, Ucar, Tirapu, Vidaurreta, Enériz u Cizur.

Distrett IV: il-muniċipalitajiet kollha għajr Genevilla, Cabredo, Marañón, Aras, Bargota, Viana, Aguilar de Codes, Zuñiga, Etayo, Ancín, Salinas de Oro, Lezaún u Abárzuza.

Distrett V: il-muniċipalitajiet kollha għajr Petilla de Aragón.

Distrett VI: kollha għajr Mendavia, San Adrian, Azagra, Andosilla u Sartaguda.

Distrett VII: kollha għajr Cortes, Cabanillas, Fustiñana, Fontellas, Ribaforada u Buñuel.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

Iż-żona koperta mid-DOP Navarra tinsab f’żona ġeografika fit-Tramuntana tal-Peniżola Iberika li hija ideali għall-kultivazzjoni tad-dwieli. Il-klima hija Mediterranja b’influwenza Atlantika fil-Majjistral, bi predominanza fiż-żona kollha ta’ riħ kiesaħ u li jnixxef. Il-preċipitazzjoni medja hija ta’ bejn 400 u 500 mm. Il-ħamrija għandha livelli għoljin ta’ ġebla tal-ġir, kontenut medju ta’ ġebel, u trab ġulġlieni tafli.

Dan l-ambjent ġeografiku jipprovdi nbejjed b’aċidità medja sa għolja, b’sensazzjonijiet organolettiċi ta’ freskezza u togħma bbilanċjata u ċertu karattru minerali, mit-tip ta’ ħamrija.

Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli

3.

Inbid likur

Sommarju tar-rabta

L-inbejjed essenzjalment huma prodotti bl-użu tal-varjetajiet ta’ Moscatel de Grano Menudo u Garnacha Tinta u Blanca, li huma varjetajiet indiġeni ta’ Navarra, ikkaratterizzati minn kontenut għoli ta’ zokkor, rotondità u żejtnin, b’aromi ta’ żbib u b’bilanċ tajjeb bejn togħmiet ħelwin u aċidużi. Din id-densità għolja tat-togħma hija r-riżultat ta’ kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi kkaratterizzati minn klima niexfa ħafna, temperaturi għoljin matul il-perjodu tat-tkabbir, preċipitazzjoni baxxa u defiċit permanenti tal-ilma.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tikkettar u kwalunkwe rekwiżit applikabbli essenzjali ieħor tal-inbid li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

REGOLI DWAR IT-TIKKETTAR

Qafas legali

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Il-karattri tipografiċi użati għall-indikazzjoni tal-isem tad-DOP ma jistgħux, fi kwalunkwe każ, ikunu għoljin inqas minn 3 mm jew iktar minn 9 mm, u għandhom ikunu ċari, leġibbli, ma jitħassrux u b’linji mhux eċċessivament ħoxnin, u din l-indikazzjoni ma tistax taqbeż nofs il-wisa’ totali tat-tikketta.

Il-logo tad-DOP huwa obbligatorju u ma jistax ikollu dijametru ta’ inqas minn 8 mm jew iktar minn 11 mm.

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

IMBALLAĠĠ OBBLIGATORJU FIŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA DEFINITA

Qafas legali

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Imballaġġ fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità, tiġi ggarantita l-oriġini u jiġi żgurat il-kontroll, l-imballaġġ tal-inbejjed koperti minn din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott irid isir esklużivament fil-bini tal-fabbriki tal-inbid li jinsabu fid-distretti muniċipali taż-żona tal-produzzjoni, u l-inbejjed irid jiġu awtorizzati u mdaħħla bħala tali fir-reġistru rilevanti tal-Bord Regolatorju.

Il-produzzjoni tal-inbejjed koperti bid-denominazzjoni ta’ oriġini ma tispiċċax bil-proċess tat-trasformazzjoni tal-most fi nbid permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u proċessi supplimentari oħra; l-imballaġġ irid jitqies bħala l-aħħar stadju fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, peress li jinvolvi prattiki oħra tal-produzzjoni tal-inbid li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi speċjali, jiġifieri: il-filtrazzjoni, l-istabbilizzazzjoni u diversi tipi ta’ miżuri korrettivi. Fl-istess ħin, f’xi każijiet, huwa meħtieġ perjodu ta’ tqaddim fil-flixkun għar-rotondità u għat-tirqim tal-inbid lest. Instab li t-trasport u l-imballaġġ barra miż-żona tal-produzzjoni jnaqqsu l-kwalità tal-inbid, peress li jaf ikun espost għal tnaqqis fl-ossidazzjoni, varjazzjonijiet fit-temperatura u fatturi oħra iktar serji li jaggravaw il-kwalità tal-inbid, iktar ma tkun twila d-distanza vvjaġġata. Għalhekk, l-imballaġġ fiż-żona tal-produzzjoni jippermetti li jiġu ppreservati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott. Din il-miżura, flimkien mal-esperjenza u l-għarfien profond tal-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed li l-fabbriki tal-inbid tad-denominazzjoni ta’ oriġini Navarra kisbu tul iż-żmien, tagħmel l-imballaġġ fis-sors meħtieġ, u b’hekk tippreserva l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi kollha ta’ dawn l-inbejjed.

Mhuwiex loġistikament jew finanzjarjament fattibbli għall-korp delegat li jikkontrolla l-inbejjed koperti minn din id-DOP li jwettaq kontrolli barra miż-żona definita tad-DOP. Il-kontroll tal-kontenituri għal kwantitajiet kbar ta’ nbid li jitilqu minn dik iż-żona jkun jeħtieġ il-kollaborazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi jew privati oħra. Dawn l-entitajiet mhux dejjem ikunu aġli, effettivi jew ekonomikament kapaċi biżżejjed biex jagħmlu dan, b’mod partikolari jekk id-destinazzjoni tkun barra mill-UE. Għalhekk, l-uniku mod biex jiġi żgurat kontroll xieraq tal-inbejjed kollha sakemm jitqiegħdu fis-suq hu li l-imballaġġ jiġi ristrett għaż-żona definita tad-DOP.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika

https://www.navarra.es/documents/48192/29766738/pliego+condiciones+do+navarra.pdf


(1)  Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4743/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)