European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1121

25.1.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11389 — ASPO / OP / ESL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1121)

1.   

Fil-15 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

OP Finland Infrastructure LP (“OPSI”, il-Finlandja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn OP Cooperative (il-Finlandja),

—

Aspo Plc (“Aspo”, il-Finlandja), kumpanija elenkata fil-Borża, u

—

ESL Shipping Ltd (“ESL”, il-Finlandja), ikkontrollata mill-Aspo.

OPSI u Aspo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ESL.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u b’kuntratt.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

OPSI huwa fond ta’ investiment b’enfasi fuq investimenti fl-infrastruttura Finlandiża. L-entità kontrollanti, OP Cooperative, hija l-kooperattiva ċentrali għall-OP Financial Group li jipprovdi diversi servizzi bankarji, ta’ investiment u ta’ assigurazzjoni fi tliet segmenti tan-negozju: operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, servizzi bankarji korporattivi u servizzi tal-assigurazzjoni.

—

Aspo hija kumpanija multi industrijali bin-negozji li ġejjin: (i) ESL, (ii) Telko Ltd, distributur u fornitur ta’ soluzzjonijiet għal konvertituri u sidien ta’ ditti li jfittxu li jissalvagwardjaw in-negozju tagħhom bi plastiks, kimiċi jew soluzzjonijiet lubrikanti li jibqgħu validi fil-futur, u (iii) Leipurin Plc li topera bħala parti mill-katina alimentari, takkwista materja prima u magni fis-swieq globali u minn kumpaniji domestiċi, u tfornihom lil kumpaniji fl-industrija alimentari.

—

ESL hija kumpanija tal-merkanzija xotta bl-ingrossa attiva prinċipalment fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, fit-Tramuntana u fil-Punent tal-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11389 — ASPO / OP / ESL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1121/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)