|
18.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2257
tal-11 ta’ Awwissu 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodi ta’ kalkolu tal-ammonti grossi ta’ inadempjenza immedjata għal skoperturi għal strumenti ta’ dejn u ekwità u għal skoperturi għar-riskju ta’ inadempjenza li jirriżultaw minn ċerti strumenti derivattivi, u li jispeċifika l-iffissar tal-ammonti nozzjonali ta’ strumenti għajr l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 325w(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 325w(8), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Rieżami Fundamentali tal-Portafoll tan-Negozjar (Fundamental Review of the Trading Book, “FRTB”), li r-regoli finali tiegħu ġew adottati mill-Kumitat ta’ Basel f’Jannar 2019, ifittex li jindirizza n-nuqqasijiet identifikati matul il-kriżi finanzjarja globali fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji tas-suq. Bħala parti mit-titjib miġjub mill-FRTB, ġie introdott rekwiżit ġdid ta’ fondi proprji skont l-approċċ standardizzat biex ikopri r-riskju ta’ inadempjenza tal-iskoperturi għall-istrumenti tad-dejn u tal-ekwità. Jenħtieġ li jiġu pprovduti aktar elementi tekniċi biex jiġu ċċarati l-ispeċifikazzjonijiet tar-regoli tal-FRTB introdotti fid-dritt tal-Unjoni bir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għall-fini ta’ rekwiżiti ta’ rapportar, u li dawk l-ispeċifikazzjonijiet jiġu kkomplementati fejn meħtieġ. Dawk l-elementi tekniċi jikkonċernaw il-kalkolu tal-ammonti grossi ta’ inadempjenza immedjata (jump-to-default, “JTD”) għall-iskoperturi għal strumenti ta’ dejn u ekwità, l-istima tal-ammonti grossi ta’ inadempjenza immedjata għall-iskoperturi għar-riskju ta’ inadempjenza li jirriżultaw minn ċerti strumenti derivattivi, u l-ispeċifikazzjoni tal-ammonti nozzjonali ta’ strumenti għajr l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 325w(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(2) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(3) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Iffissar tal-komponenti P&L long , P&L short , Adjustment long u Adjustment short għall-kalkolu tal-ammonti grossi ta’ JTD għal skoperturi għal strumenti ta’ dejn u ekwità
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiffissaw il-komponenti P&Llong u P&Lshort imsemmija fl-Artikolu 325w(1), (2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-użu tal-formuli li ġejjin:
fejn:
|
VA |
= |
il-valur tas-suq tal-istrument li minnu tirriżulta l-iskopertura għall-istituzzjoni fiż-żmien tal-kalkolu tal-ammont gross ta’ JTD għal dik l-iskopertura. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jiffissaw il-komponenti Adjustmentlong u Adjustmentshort imsemmija fl-Artikolu 325w(1), u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-użu tal-formuli li ġejjin:
fejn:
|
VF |
= |
il-valur tas-suq tal-istrument li minnu tirriżulta l-iskopertura għall-istituzzjoni, ikkalkulat bis-suppożizzjoni li fiż-żmien tal-kalkolu tal-ammont gross ta’ JTD għal dik l-iskopertura, l-istrument ta’ dejn falla u esperjenza rata ta’ rkupru ta’ żero. |
3. L-istituzzjonijiet għandhom jiffissaw il-komponenti Adjustmentlong u Adjustmentshort imsemmija fl-Artikolu 325w(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-użu tal-formuli li ġejjin:
fejn:
|
VF |
= |
il-valur tas-suq tal-istrument li minnu tirriżulta l-iskopertura għall-istituzzjoni, ikkalkulat bis-suppożizzjoni li fiż-żmien tal-kalkolu tal-ammont gross ta’ JTD għal dik l-iskopertura, l-istrument ta’ ekwità esperjenza telfa sħiħa fil-valur. |
Artikolu 2
Stima tal-ammonti grossi ta’ JTD għall-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 325w(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Il-metodoloġija alternattiva biex jiġu stmati l-ammonti grossi ta’ JTD tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 325w(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tikkonsisti fil-kalkolu tad-differenza bejn il-valur tas-suq ta’ strument derivattiv kif imsemmi f’dak il-paragrafu, li minnu tirriżulta l-iskopertura għall-istituzzjoni fiż-żmien tal-istima tal-ammont gross ta’ JTD, u l-valur tas-suq ta’ dak l-istrument derivattiv, ikkalkulat bis-suppożizzjoni li l-obbligant ikun inadempjenti f’dak iż-żmien.
2. Meta l-obbligant ikun inadempjenti fiż-żmien tal-istima, u l-valur tas-suq tal-istrument li minnu tirriżulta l-iskopertura għall-istituzzjoni f’dak iż-żmien jirrifletti l-qligħ jew it-telf li jirriżulta mill-inadempjenza tal-obbligant, il-metodoloġija alternattiva msemmija fl-Artikolu 325w(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tikkonsisti f’li l-ammont gross ta’ JTD tal-iskopertura jkun żero.
Artikolu 3
Iffissar tal-ammonti nozzjonali ta’ strumenti għajr l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 325w(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 325w(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jiffissaw l-ammonti nozzjonali tal-istrumenti minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 325w(4), il-punti (a) u (b), ta’ dak ir-Regolament bl-użu tal-formuli li ġejjin:
|
(a) |
għal skoperturi għal strumenti ta’ dejn ikklassifikati bħala strumenti ta’ dejn superjuri jew bonds koperti, l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tirriżulta l-iskopertura għandu jkun:
fejn:
|
|
(b) |
għal skoperturi għal strumenti ta’ dejn ikklassifikati bħala strumenti ta’ dejn mhux superjuri, l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tirriżulta l-iskopertura għandu jkun żero. |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 325w(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tirriżulta l-iskopertura, u li mhuwiex strument ta’ ekwità fi flus kontanti, għandu jkun żero.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).