Proposta għal regolament tal-Kunsill li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2008 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej {SEC(2008)2873} /* KUMM/2008/0787 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.11.2008 KUMM(2008) 787 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2008 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej {SEC(2008)2873} (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Motivi u għanijiet tal-proposta Il-Kunsill għandu jiddeċiedi kull sena, dwar proposta mill-Kummissjoni, dwar l-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. | Il-kuntest ġenerali B’konformità mal-Artikolu 83a(4) tar-Regolamenti tal-Impjegati, il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena lill-Kunsill verżjoni aġġornata ta’ valutazzjonijiet attwarjali ta’ kull ħames snin magħmula b’konformità mal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Impjegati. B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Impjegati, l-Eurostat ippreżenta r-rapport annwali relatat ma’ din l-evalwazzjoni li tiddetermina r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa biex ikun żgurat il-bilanċ attwarjali tal-iskema tal-pensjonijiet. Konformi għall-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Impjegati, ir-rata fl-Artikoli 4 u 8 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Impjegati għall-kalkolazzjoni tal-imgħax kompost għandha tkun r-rata effettiva msemmija f'Artikolu 10 tal-Anness XII u għnadha tkun, jekk meħtieġa, riveduta fi żmien il-valutazzjonijiet attwarjali ta’ kull ħames snin. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta għandha tiġi ppreżentata kull sena biex taġġusta r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet. | Konsistenza ma' politika u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-impjegati skont il-proċeduri approprjati. | 212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. | Ġbir u użu ta' għarfien espert | 229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. | 230 | Valutazzjoni tal-impatt Il-proposta għandha l-għan li taġġusta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet f'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sinteżi tal-azzjoni proposta B’konformità mal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Impjegati, l-Eurostat ippreżentat rapport relatat mal-evalwazzjoni attwarja tal-iskema tal-pensjonijiet. Joħroġ minn din l-evalwazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta' 10.9% tas-salarju bażiku Skont l-Artikolu 83a(4), fejn jintwera li hemm differenza ta’ mill-inqas 0.25 punti bejn ir-rata ta’ kontribuzzjoni attwalment applikata (10.25%) u r-rata meħtieġa biex jinżamm bilanċ attwarjali (10.9%), il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ir-rata għandhiex tiġi adattata, skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness XII. B’konformità mal-Artikolu 2(1), tal-Anness XII, l-aġġustament ma jistax jwassal għal kontribuzzjoni li tkun aktar minn punt perċentwali ‘il fuq jew ‘l isfelmirr-rata applikabbli fis-sena preċedenti. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tadatta r-rata ta' kontribuzzjoni għal 10.9% b'effett mill-1 ta' Lulju 2008. Skont Artikolu 12 tal-Anness XII, ir-rata f'Artikoli 4 u 8 tal-Anness VIII għall-kalkolazzjoni tal-imgħax kompost għandu jiġi aġġustat għal 3.1%. | Bażi legali Ir-Regolamenti tal-Impjegati tal-Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tagħhom. | Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | L-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Impjegati jipprovdi għal regolament tal-Kunsill. | Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq. L-impatt fuq id-dħul jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti tal-Impjegati. | Għażla ta’ strumenti | Strument propost: regolament. | Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: L-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Impjegati jipprovdi għal regolament tal-Kunsill. | IMPLIKAZZJONIJIET BAġETARJI L-impatt, fuq id-dħul, tal-adattament tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet hu ddettaljat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li tinstab fl-Anness. | Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2008 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Impjegati tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet, iffissati mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tal-imsemmija Regolamenti tal-Impjegati, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Impjieg, l-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru 2008, ir-rapport relatat mal-evalwazzjoni attwarja 2008 tal-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri msemmija f’dan l-Anness. Joħroġ minn din l-evalwazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta' 10.9% tas-salarju bażiku (2) Fl-interess tal-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, r-rata tal-kontribuzzjoni għanda għalhekk tiġi aġġustata għal 10.9% tas-salarju bażiku. (3) Skont Artikolu 12 ta' Anness XII tar-Regolamenti tal-Impjegati, ir-rata tal-kalkolazzjoni tal-imgħax kompost għandu jkun r-rata effettiva msemmija f'Artiklu 10 tal-Anness XII u għandu għalhekk jiġi aġġustat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, r-rata tal-kontribuzzjoni msemmija f'Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Impjegati għanda tkun 10.9%. Artikolu 2 Mill-1 ta' Jannar 2009, ir-rata f'Artikoli 4(1) u 8 ta' Anness VIII għall-kalkolazzjoni tal-imgħax kompost għanda tkun 3,1% Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUŻIVAMENT RISTRETT GĦAD-DĦUL 1. ISEM IL-PROPOSTA: Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej 2. IL-LINJI TAL-BAĠIT: Kapitolu u Artikolu: 400 Taxxa fuq is-salarji tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra Ammont ippjanat għas-sena kkonċernata (Baġit 2008): EUR 529.9 miljun 410 Kontribuzzjonijiet tal-Impjegati għall-iskema tal-pensjonijiet Ammont ippjanat għas-sena kkonċernata (Baġit 2008): EUR 350 miljun 3. L-IMPATT FINANZJARJU ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: (€ miljuni espressi sa ċifra deċimali waħda) Linja tal-baġit: | Dħul[1] | perjodu ta’ 12-il xahar mill-01/07/2008 | 2008 | Artikolu 400 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | -4.1 | -2.1 | Artikolu 410 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 19.6 | 9.8 | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Artikolu 400 | -4.1 | -4.1 | -4.1 | -4.1 | -4.1 | Artikolu 410 | 19.6 | 19.6 | 19.6 | 19.6 | 19.6 | 4. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI 5. KUMMENTI OĦRA Metodu ta' kalkolazzjoni: Kontribuzzjoni tal-pensjoni = il-kontribuzzjoni l-ġdida - l-implimentazzjoni tas-sena kurrenti.Kontribuzzjoni l-ġdida = l-implimentazzjoni x ir-rata l-ġdida / ir-rata fis-seħħ Effett tat-tnaqqis tat-taxxa = 21% taż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-pensjoni. [1] F'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) jeħtieġ li l-ammonti indikati jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25% tal-ispejjeż tal-ġbir.