<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑592/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0592</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:733">EU:C:2016:733</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Konklużjonijiet Bot – Kawża C‑592/15</P><P>British Film Institute</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑592/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">British Film Institute</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal [England &amp; Wales] [Civil Division] [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (taqsima ċivili), ir-Renju Unit])</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13A(1)(n)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet ta’ ċertu provvisti ta’ servizzi kulturali</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tas-servizzi kulturali li jistgħu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tippreċiża l-portata tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva 92/77/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol 1, p. 202) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE>. Din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jeżentaw lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ċertu servizzi kulturali u oġġetti marbuta mill-qrib magħhom fornuti minn entitajiet regolati mid-dritt pubbliku jew minn entitajiet kulturali rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (taqsima ċivili), ir-Renju Unit], tistaqsi jekk din id-dispożizzjoni tħallix ċertu marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tas-servizzi kulturali li jistgħu jibbenefikaw minn tali eżenzjoni. Hija tfittex li tkun taf ukoll jekk l-imsemmija dispożizzjoni għandhiex effett dirett u jekk, għalhekk, tistax tiġi invokata direttament mill-persuni taxxabbli quddiem il-qorti nazzjonali meta l-Istat Membru kkonċernat ikun naqas milli jittrasponi fit-termini s-Sitt Direttiva fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, ser nispjega r-raġunijiet li għalihom inqis li l-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ provvista ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ċertu servizzi kulturali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> iħalli lill-Istati Membri l-kompitu li jiddeterminaw liema provvisti ta’ servizzi kulturali jistgħu jiġu eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Ser nispjega li jappartjeni lill-qorti nazzjonali sabiex tiddetermina, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-natura tal-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni, jekk l-esklużjoni mill-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT fil-konfront tal-konvenut fil-kawża prinċipali, il-British Film Institute, tosservax il-prinċipju ta’ newtralità fiskali u, b’mod partikolari, jekk din tikkostitwixxix jew le ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta mqabbel ma’ operaturi oħra li jipprovdu l-istess servizzi f’sitwazzjonijiet paragunabbli u li jgawdu mill-eżenzjoni mill-VAT għal dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Sussegwentement, ser nispjega għaliex, fl-opinjoni tiegħi, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata direttament minn persuni taxxabbli quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(A) tas-Sitt Direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħrajn tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġejjin taħt il-kondizzjonijet li huma għandhom jistabilixxu għal skopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara tat-tali eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta’ kawlunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli::</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>m)</NO.P><TXT>ċertu servizzi li marbuta mill-qrib ma’ sport u edukazzjoni fiżika fornuti minn organizzazzjoniet li ma jagħmlux profitt għall-persuni li jieħdu parti fl-isport jew fl-edukazzjoni fiżika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>n)</NO.P><TXT>ċertu servizzi kulturali u oġġetti marbuta mill-qrib magħhom fornuti minn entitajiet regolati mid-dritt pubbliku jew minn entitajiet kulturali rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Is-Sitt Direttiva tħassret, mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, permezz tad-Direttiva 2006/112/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Essenzjalment, hija tirriproduċi d-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva huwa redatt fil-kliem li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="132.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>m)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ ċertu servizzi marbuta mill-qrib ma’ sport u edukazzjoni fiżika minn organizzazzjoniet li ma jagħmlux profitt lill persuni li jieħdu parti fl-isport jew fl-edukazzjoni fiżika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>n)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ ċertu servizzi kulturali, u l-provvista ta’ merkanzija marbuta mill-qrib magħhom, minn korpi regolati mid-dritt pubbliku jew minn korpi kulturali oħrajn rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Qabel l-<DATE ISO="19960601">1 ta’ Ġunju 1996</DATE>, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ma kellu ebda dispożizzjoni li teżenta l-provvisti ta’ servizzi kulturali. Kien biss minn din id-data ’il quddiem, li tikkorrispondi għad-dħul fis-seħħ tal-grupp 13 tal-Anness 9 tal-Value Added Tax Act 1994 (liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud) li l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit eżentat lil ċertu provvisti ta’ servizzi kulturali mill-VAT. Għalhekk, il-punti 1 u 2 ta’ din il-liġi jipprevedu li għandu jiġi eżentat mill-VAT l-għoti, minn korp pubbliku jew minn korp eliġibbli, tad-dritt għad-dħul f’mużew, f’gallerija tal-arti, f’wirja ta’ xogħlijiet artistiċi jew f’żoo kif ukoll tad-dritt għad-dħul għal spettaklu teatrali, mużikali jew korjografiku ta’ natura kulturali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont in-nota 1 tal-imsemmija liġi, korp pubbliku jfisser awtorità lokali, servizz governattiv, skont is-sens tal-Artikolu 41(6) tal-istess liġi, jew saħansitra korp mhux governattiv imsemmi fl-edizzjoni tal-1995 tal-lista ppubblikata mill-Office of Public Service (servizz responsabbli għall-pubblikazzjoni ta’ testi uffiċjali) bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Korpi pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Barra minn hekk, skont in-nota 2 tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>korpi eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. għandu jfisser kull korp (minbarra korp nazzjonali) li ma għandux id-dritt jiddistribwixxi, u ma jiddistribwixxix, il-profitti potenzjali tiegħu, li juża kull profitt miksub mill-provvista korrispondenti għad-deskrizzjoni mogħtija fil-punt 2 ta’ din il-liġi għaż-żamma jew għat-titjib tas-servizz ipprovdut fil-kuntest tal-provvisti ta’ servizzi u li huwa ġġestit u amministrat b’mod volontarju minn persuni li ma għandhom ebda interess dirett jew indirett fl-operat tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont in-nota 3 tal-imsemmija liġi, il-punt 1 tagħha ma japplikax għal servizz li l-eżenzjoni tiegħu tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u b’hekk tiżvantaġġa impriża kummerċjali ta’ persuna taxxabbli. Barra minn hekk, in-nota 4 tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud tindika li l-punt 1(b) ta’ din l-istess liġi ma japplikax għall-għoti ta’ dritt għad-dħul għal spettaklu ħlief jekk l-ispettaklu huwa esklużivament propost minn korp pubbliku wieħed jew iktar, korp eliġibbli wieħed jew iktar jew assoċjazzjoni ta’ korpi pubbliċi u korpi eliġibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-British Film Institute huwa korp mingħajr skop ta’ lukru li r-rwol tiegħu huwa li jippromwovi ċ-ċinema fir-Renju Unit. B’mod partikolari, fl-1951, kien ġie miftiehem li dan il-korp seta’ jmexxi n-National Film Theatre u, minn April 2011, ġie miftiehem ukoll li kien ser jibda jkun inkarigat mill-attivitajiet tal-UK Film Council (kunsill ċinematografiku tar-Renju Unit).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="19900101">1 ta’ Jannar 1990</DATE> u l-<DATE ISO="19960531">31 ta’ Mejju 1996</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>perjodu kontenzjuż<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), il-British Film Institute ħallas il-VAT bir-rata normali fuq is-servizzi ta’ għoti tad-dritt għad-dħul għal wiri ta’ films organizzat fin-National Film Theatre kif ukoll fl-okkażjoni ta’ festivals differenti ta’ films.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Peress li kien iqis li dawn is-servizzi kienu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>servizzi kulturali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> skont is-sens tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva u li, għalhekk, l-imsemmija servizzi kellhom ikunu eżentati mill-VAT, il-British Film Institute ressaq talba bil-għan li jingħata r-rimbors tal-VAT li ħallas matul il-perijodu kontenzjuż. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20091123">23 ta’ Novembru 2009</DATE>, Her Majesty’s Revenue and Customs (amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana tar-Renju Unit) ċaħdet din it-talba. Din l-amministrazzjoni kkonfermat id-deċiżjoni tagħha meta din reġgħet ġiet eżaminata fit-<DATE ISO="20100203">3 ta’ Frar 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-British Film Institute għaldaqstant ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) [qorti tal-ewwel istanza (awla tat-taxxa), ir-Renju Unit]. Din tal-aħħar, bid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121205">5 ta’ Diċembru 2012</DATE>, iddeċidiet li l-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva kellu effett dirett, bil-konsegwenza li s-servizzi li jikkonsistu fl-għoti tad-dritt għad-dħul għal wiri ta’ films ipprovdut mill-konvenut fil-kawża prinċipali matul il-perijodu kontenzjuż kienu eżentati fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana tar-Renju Unit appellat mid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121205">5 ta’ Diċembru 2012</DATE> quddiem l-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) [qorti superjuri (awla tat-taxxa u taċ-chancery, ir-Renju Unit]. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140812">12 ta’ Awwissu 2014</DATE>, din tal-aħħar ċaħdet l-appell. L-amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana tar-Renju Unit għalhekk ġiet awtorizzata tressaq talba qudiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (taqsima ċivili)], li ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (taqsima ċivili)] iddeċidiet li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.P><TXT>It-termini tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva, b’mod partikolari fil-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ċertu servizzi kulturali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, huma suffiċjentement ċari u preċiżi sabiex l-Artikolu 13A(1)(n) ikollu effett dirett, b’tali mod li jeżenta l-provvisti ta’ servizzi kulturali minn korpi tad-dritt pubbliku jew korpi kulturali rikonoxxuti oħra, bħall-provvisti tal-parti konvenuta fil-kawża odjerna, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali traspożittiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>It-termini tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva, b’mod partikolari fil-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ċertu servizzi kulturali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jagħtu lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom permezz tal-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni u, jekk dan huwa l-każ, x’diskrezzjoni hija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-konkolużjonijiet marbuta mad-domandi preċedenti japplikaw ukoll għall-Artikolu 132(1)(n) tad-direttiva [2006/112]?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi tiegħi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Peress li fil-kawża odjerna, il-perijodu kontenzjuż jinsab bejn l-<DATE ISO="19900101">1 ta’ Jannar 1990</DATE> u l-<DATE ISO="19960531">31 ta’ Mejju 1996</DATE> u peress li l-Artikolu 413 tad-Direttiva 2006/112 jindika li din tal-aħħar għandha tidħol fis-seħħ fl-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, inqis li din id-direttiva ma hijiex applikabbli għall-fatti tat-tilwima fil-kawża principali. Għalhekk, ma huwiex rilevanti li tingħata risposta għall-aħħar domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju dwar l-Artikolu 132(1)(n) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li fl-opinjoni tiegħi għandha tiġi indirizzata l-ewwel, il-qorti tar-rinviju essenzjalment qed tfittex li tkun taf jekk l-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ċertu servizzi kulturali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jinkorpora l-provvisti ta’ servizzi kulturali kollha jew jekk iħallix f’idejn l-Istati Membri l-kompitu li jiddeterminaw liema provvisti ta’ servizzi kulturali jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fl-opinjoni tiegħi, jista’ jiġi eskluż milli jiġi kkunsidrat, kif qed isostni l-konvenut fil-kawża prinċipali, li l-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva jipprevedi l-obbligu għall-Istati Membri li jeżentaw il-provvisti ta’ servizzi kulturali kollha. L-għażla biss tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ċertu<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> minflok <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kollha<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>is‑<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> turi biżżejjed li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jagħmel din l-eżenzjoni waħda ġenerali għas-servizzi kollha, iżda biss li jipprevedi tali eżenzjoni għal xi wħud minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward ma hemm ebda dubju li bl-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ċertu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried iħalli lill-Istati Membri l-kompitu li jiddeċiedu liema provvisti ta’ servizzi kulturali jistgħu jiġu eżentati mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Kif tispeċifika l-Kummissjoni Ewropea, jirriżulta mix-xogħol preparatorju li wassal għall-adozzjoni tas-Sitt Direttiva li, inizjalment, kien ġie propost li tiġi stabbilita lista eżawrjenti tal-provvisti ta’ servizzi kulturali li jistgħu jiġu eżentati mill-VAT. Din kienet speċifikament tirrigwarda l-provvisti ta’ servizzi minn teatri, klabbs taċ-ċinematografija, swali tal-kunċerti, mużewijiet, bibjoteki, parkijiet pubbliċi, ġonna botaniċi jew żooloġiċi, wirjiet edukattivi kif ukoll l-operazzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ interess kollettiv ta’ natura soċjali, kulturali jew edukattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara l-proposta għal Sitt Direttiva tal-Kunsill fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, COM(73) 950 finali, tal-<DATE ISO="19730620">20 ta’ Ġunju 1973</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Bulettin tal-Komunitajiet Ewropej</HT>, Suppliment 11/73, p. 42).</P></NOTE>. Għandu jiġi kkonstatat li din il-proposta ma ġietx aċċettata mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ninnota li, fl-ewwel rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 34 tas-Sitt Direttiva (77/388/KEE) tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>COM(83) 426 finali.</P></NOTE>, il-Kummissjoni, li kienet enfasizzat il-kliem mhux preċiż tal-Artikolu 13A (1)(m) u (n) tas-Sitt Direttiva, indikat dan li ġej, jiġifieri: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[j]idher paradossali li jiġu introdotti każijiet ta’ eżenzjoni obbligatorja li s-sustanza tagħhom titħalla għad-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Il-proposta li tiġi emendata s-Sitt Direttiva li segwiet dan ir-rapport, konsegwentement kienet tippreżenta bidla ta’ dan it-test. Għal darb’oħra, il-Kummissjoni pproponiet lista eżawrjenti tal-provvisti ta’ servizzi kulturali li setgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni mill-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara l-proposta għal dsatax-il Direttiva tal-Kunsill fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li temenda d-Direttiva 77/388/KEE – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, COM(84) 648 finali, tal-<DATE ISO="19841205">5 ta’ Diċembru 1984</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="1984">ĠU 1984, C 347, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Madankollu, din il-bidla ma ġietx aċċettata mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Dan il-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ li għandhom l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-eżenzjoni tal-provvisti ta’ servizzi kulturali ma huwiex sorprendenti. Fil-fatt, it-tradizzjonijiet kulturali u l-patrimonji reġjonali huma varjati ħafna fl-Unjoni Ewropea u xi drabi fl-istess Stat Membru. Jeżistu kulturi daqs kemm hemm Stati Membri. Għaldaqstant, loġikament, dawn tal-aħħar jinsabu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jidentifikaw l-aħjar provvisti ta’ servizzi kulturali li jagħqdu l-interess pubbliku, filwaqt li nfakkar li l-Artikolu 13A tas-Sitt Direttiva jirreferi għall-eżenzjonijiet favur ċertu attivitajiet ta’ interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Inżid li, għall-kuntrarju ta’ dak li sostna l-konvenut fil-kawża prinċipali matul is-seduta, fil-kuntest tar-replika tiegħu, ma naħsibx li, sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13A(1)(n) ta’ din id-direttiva, hija importanti biss in-natura tal-korp li qed jipprovdi s-servizzi, jiġifieri korp tad-dritt pubbliku jew korpi kulturali oħra rrikonoxxuti mill-Istat Membru. Il-konvenut fil-kawża prinċipali, fil-fatt jidher li jammetti li, mill-mument tal-provvista tas-servizz inkwistjoni minn dan it-tip ta’ korp, dan tal-aħħar jibbenefika awtomatikament mill-eżenzjoni. Issa, għalkemm il-kwalità ta’ fornitur ta’ servizzi kulturali, effettivament hija kundizzjoni għall-għoti ta’ din l-eżenzjoni, in-natura tal-provvista tas-servizzi msemmija f’din id-dispożizzjoni, hija oħra. Għalhekk, ma huwiex biżżejjed li l-korp li jipprovdi s-servizzi kulturali jkun korp tad-dritt pubbliku jew irrikonoxxut bħala korp kulturali mill-Istat Membru kkonċernat sabiex il-provvista tiġi eżentata mill-VAT, iżda jeħtieġ ukoll li din il-provvista, kif rajna qabel, tkun irrikonoxxuta bħala eliġibbli minn dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament fakkret li l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva, jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni li għandhom l-għan li jevitaw differenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għal ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Nordea Pankki Suomi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑350/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:532">EU:C:2011:532</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għal ġurisprudenza iktar reċenti rigward l-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112, ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>National Exhibition Centre</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑130/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:357">EU:C:2016:357</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Ukoll skont ġurisprudenza stabbilita, il-kliem użat fil-kitba tal-eżenzjonijiet imsemmija għandu jiġi interpretat b’mod strett, peress li huma jikkostitwixxu derogi għall-prinċipju ġenerali li l-VAT għandha tinġabar fuq kull provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas minn persuna taxxabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Nordea Pankki Suomi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑350/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:532">EU:C:2011:532</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, ukoll, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>National Exhibition Centre</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑130/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:357">EU:C:2016:357</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Għalhekk, kif għandu jiġi rrikonċiljat il-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ li għandhom l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-eżenzjoni ta’ ċertu provvisti ta’ servizzi kulturali ma’ din il-ġurisprudenza?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, ikun għalxejn, speċjalment minħabba r-raġunijiet invokati qabel, li tingħata definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ċertu servizzi kulturali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Għall-kuntrarju, inqis li l-eżerċitar ta’ din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li jiddisponu minnha l-Istati Membri huwa essenzjalment iggwidat mill-għanijiet li għandha s-Sitt Direttiva kif ukoll mill-prinċipji li jirregolaw il-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Għalhekk, infakkar li l-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, li jipprevedi eżenzjonijiet mill-VAT, huwa eċċezzjoni għall-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 2 tal-istess direttiva, li b’mod partikolari jindika li l-kunsinna ta’ oġġetti u l-provvisti ta’ servizzi, li jsiru bi ħlas fi ħdan il-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali, huma suġġetti għall-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010118">18 ta’ Jannar 2001</DATE>, <NAME.CASE>Stockholm Lindöpark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑150/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:34">EU:C:2001:34</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, ir-regola ġenerali hija l-issuġġettar għall-VAT ta’ dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 13A tas-Sitt Direttiva għandu l-għan li jeżenta mill-VAT ċertu attivitajiet ta’ interess ġenerali u mhux dawn l-attivitajiet kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060209">9 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Kinderopvang Enschede</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:95">EU:C:2006:95</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, ukoll, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Žamberk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑18/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:95">EU:C:2013:95</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għalhekk, ma hemmx dubju li, għalkemm l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ f’dak li jirrigwarda l-għażla tal-provvisti ta’ servizzi kulturali li jistgħu jiġu eżentati mill-VAT, għall-kuntrarju dawn tal-aħħar ma jistgħux jeskludu s-servizzi kollha li jaqgħu taħt din il-kategorija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, infakkar li l-eżenzjonijiet elenkati fl-Artikolu 13A(1)(h) sa (p) ta’ din id-direttiva huma mmirati għal korpi li jaġixxu fl-interess pubbliku f’settur soċjali, kulturali, reliġjuż u sportiv jew f’settur simili. Għalhekk, l-għan tagħhom huwa li jagħtu vantaġġ, fil-kuntest tal-VAT, lil ċertu korpi li l-attivitajiet tagħhom huma orjentati għal finijiet mhux kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Kennemer Golf</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:200">EU:C:2002:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta l-leġiżlaturi nazzjonali jiddeċiedu liema provvisti ta’ servizzi kulturali jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-VAT, huma għandhom jagħmlu dan b’osservanza għall-prinċipju ta’ newtralità fiskali, prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilit mid-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>GST – Sarviz Germania</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑111/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:267">EU:C:2015:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Differenza fit-trattament fir-rigward tal-VAT ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi identiċi jew simili mill-perspettiva tal-konsumatur u li jaqdu l-istess bżonnijiet tiegħu, hija biżżejjed sabiex jiġi stabbilit ksur ta’ dan il-prinċipju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>The Rank Group</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑259/10 u C‑260/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:719">EU:C:2011:719</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Bl-istess mod, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jinkludi t-tneħħija ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn trattament differenti mil-lat tal-VAT. Għalhekk, id-distorsjoni hija stabbilita meta jiġi kkonstatat illi provvisti ta’ servizzi jinsabu fi stat ta’ kompetizzjoni u huma ttrattati b’mod inugwali mil-lat tal-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑33/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:482">EU:C:2012:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, nemmen li għalhekk huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju sabiex tiddetermina, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kontenut tal-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni, jekk l-esklużjoni mill-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT fil-konfront tal-konvenut fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix jew le ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta mqabbel ma’ operaturi oħra li jipprovdu l-istess servizzi f’sitwazzjonijiet paragunabbli u li, huma stess jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva. Fl-opinjoni tiegħi, b’teħid inkunsiderazzjoni tar-rwol tal-konvenut fil-kawża prinċipali, li huwa li jippromwovi ċ-ċinema fir-Renju Unit, dik l-analiżi għandha ssir, b’mod partikolari, fid-dawl tal-punt 1, grupp 13 tal-Anness 9 tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, li jipprevedi tali eżenzjoni għall-għoti, minn korpi pubbliċi jew minn korpi eliġibbli, ta’ dritt għad-dħul għal spettaklu teatrali, mużikali jew korjografiku ta’ natura kulturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fl-isfond ta’ dan, xieraq f’dan il-punt li neżaminaw l-ewwel domanda preliminari. Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva, jistax ikun invokat direttament minn persuni taxxabbli quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każijiet kollha fejn dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru li huma, mil-lat tal-kontenut tagħhom, bla kundizzjoni u preċiżi biżżejjed, dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu invokati, fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ implementazzjoni adottati fit-termini previsti, kontra kull dispożizzjoni nazzjonali li ma hijiex konformi mad-Direttiva, jew ukoll sa fejn huma jiddefinixxu drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw kontra l-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Dornier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:595">EU:C:2003:595</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Larentia + Minerva u Marenave Schiffahrt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑108/14 u C‑109/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:496">EU:C:2015:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod iktar partikolari tal-kontenut tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni ma tagħti ebda indikazzjoni dwar liema attivitajiet jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-VAT. Għall-kuntrarju, kif rajna, din id-dispożizzjoni tħalli lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ f’dan ir-rigward. Għalhekk, jidhirli li huwa diffiċli li l-qrati nazzjonali jew awtoritajiet oħra jistgħu japplikaw immedjatament din id-dispożizzjoni jekk ma jkunux ġew implimentati miżuri speċifiċi mill-Istati Membri sabiex jiġi speċifikat il-kontenut tagħha. Kien ikun differenti kieku, bħal kif huwa l-każ għall-Artikolu 13A(1)(g) jew għall-Artikolu 13B(d) ta’ din id-direttiva, li fir-rigward tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet effett dirett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, rispettivament is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020910">10 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Kügler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:473">EU:C:2002:473</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820119">19 ta’ Jannar 1982</DATE>, <NAME.CASE>Becker</NAME.CASE> (<NO.CASE>8/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:7">EU:C:1982:7</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>, il-kliem użat kien ċar u preċiż li jagħti ftit lok għal dubju inkwantu għall-interpretazzjoni tiegħu, li għalhekk jippermetti li tiġi identifikata b’faċilità l-persuna taxxabbli li tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, l-Artikolu 13A (1)(n) tas-Sitt Direttiva ma għandux effett dirett. Konsegwentement, inqis li dan ma jistax jiġi invokat minn persuna taxxabbli quddiem qorti nazzjonali meta l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jittrasponi fit-terminu preskritt din id-direttiva fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej lill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (taqsima ċivili), ir-Renju Unit]:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/77/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ċertu servizzi kulturali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, iħalli f’idejn l-Istati Membri l-kompitu li jiddeterminaw liema provvisti ta’ servizzi kulturali jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud.</TXT><P>Jappartjeni lill-qorti nazzjonali sabiex b’mod partikolari tiddetermina, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-natura tal-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni, jekk l-esklużjoni mill-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fil-konfront tal-konvenut fil-kawża prinċipali, tosservax il-prinċipju ta’ newtralità fiskali u, b’mod partikolari, jekk tikkostitwixxix jew le ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta mqabbel ma’ operaturi oħra li jipprovdu l-istess servizzi f’sitwazzjonijiet paragunabbli u jgawdu mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għal dawn is-servizzi.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 92/77, ma jistax jiġi invokat direttament minn persuna taxxabbli quddiem il-qorti nazzjonali meta l-Istat Membru kkonċernat ikun naqas milli jittrasponi fit-terminu preskritt din id-direttiva fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>