|
28.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 55/2011
tal-20 ta’ Mejju 2011
li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/48/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/378/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 dwar il-valutazzjoni tad-difetti waqt l-ittestjar ta’ vetturi għat-triq skont id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 17h (id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-Punt 16a (id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat permezz ta’:
|
|
3. |
Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 36c (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/379/UE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2010/47/UE u 2010/48/UE u r-Rakkomandazzjoni 2010/378/UE, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 171, 30.6.2011, p. 39.
(2) ĠU L 173, 8.7.2010, p. 33.
(3) ĠU L 173, 8.7.2010, p. 47.
(4) ĠU L 173, 8.7.2010, p. 74.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.