|
20.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/18 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10388 — Gamut/BCI/PS Parent)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 290/10)
1.
Fit-12 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Gamut Capital Management L.P. (L-Istati Uniti) |
|
— |
British Columbia Investment Management Corporation (il-Kanada), |
|
— |
PS Parent, LLC (l-Istati Uniti) |
Gamut Capital Management L.P. u British Columbia Investment Management Corporation jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt sħiħ ta’ PS Parent, LLC.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Gamut Capital Management L.P. ditta ta’ ekwità privata li toffri servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment. |
|
— |
għal British Columbia Investment Management Corporation: aġent tal-Gvern tal-British Columbia li jinvesti f’isem klijenti tas-settur pubbliku f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi. |
|
— |
għal PS Parent, LLC: it-trasport ta’ merkanzija fuq trejlers ċatti, senserija multimodali tal-merkanzija, servizzi loġistiċi u servizzi ta’ ħażna, barra miż-Żona Ekonomika Ewropea. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10388 – Gamut/BCI/PS Parent
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).