Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex tinkiseb il-kundanna ta’ Irish Electricity Generating Co. Ltd sabiex tirrimborsa s-somma ta’ EUR 180 664.70 li tikkorrispondi għal parti mill-ħasijiet bil-quddiem li l-Kummissjoni kienet ħallsitha fil-kuntest tal-kuntratt WE/178/97/IE/GB, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1) Irish Electricity Generating Co. Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 180 664.70, flimkien mal-interessi moratorji:
– bir-rata ta’ 5.56 % fis-sena mill-25 ta’ Awwissu 2003 sad-data ta’ din is-sentenza;
– bir-rata annwali applikata skont il-liġi Irlandiża, jiġifieri attwalment l-Artikolu 26 tad-Debtors (Ireland) Act, 1840 (liġi dwar id-debituri), emendat, sa limitu ta’ rata ta’ 5.56 % fis-sena, mid-data ta’ din is sentenza, sal-clearance sħiħ tad-dejn.
2) Irish Electricity Generating hija kkundannata għall-ispejjeż.