|
19.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8766 — LKQ/Stahlgruber)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 103/08)
|
1. |
Fid-9 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
LKQ takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Stahlgruber kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — LKQ: il-manifattura u l-forniment ta’ spare parts tal-karozzi u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ spare parts tal-karozzi fiż-ŻEE. LKQ għandha wkoll xi attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut ta’ spare parts tal-karozzi u tagħmir relatat. — Stahlgruber: il-manifattura u l-forniment ta’ spare parts tal-karozzi u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ spare parts tal-karozzi fiż-ŻEE. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8766 — LKQ/Stahlgruber Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).