|
22.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/38 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2021/C 24/18)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU
SAINT-MONT
PDO-FR-A0711-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 3.11.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Żona ġeografika demarkata
Il-muniċipalità ta’ Riscle ġiet sostitwita b’“Riscle (eks-muniċipalità ta’ Riscle)” wara l-fużjoni tal-muniċipalitajiet ta’ Riscle u Cannet.
Din il-bidla tinvolvi emenda għall-punt 6 tad-Dokument Uniku.
2. Varjetà ta’ għeneb tal-inbid
Il-varjetajiet tad-dwieli huma speċifikati skont il-kulur tal-inbid.
Fil-varjetajiet tad-dwieli tal-inbejjed ħomor u tal-inbejjed rożè, ġew miżjuda l-varjetajiet għall-adattament manseng N u tardif N. Dawn iż-żewġ varjetajiet indiġeni li ġejjin mill-għoljiet ta’ taħt il-Pirenej huma adattati għall-iżviluppi klimatiċi, ambjentali u tekniċi. Il-fatt li l-varjetà N iddum ma timmatura kif ukoll it-togħmiet pikkanti u t-tannini rotob tagħha huma ta’ vantaġġ f’sitwazzjoni ta’ tisħin globali. Barra minn hekk, din il-varjetà mhijiex partikolarment sensittività għall-botrytis. Il-Manseng N hija ċertament ta’ interess minħabba li timmatura b’volum aktar baxx ta’ alkoħol. Dawn iż-żewġ varjetajiet għandhom il-kapaċità li joħolqu bilanċ (aktar aromi u inqas alkoħol) fit-taħlitiet.
Fil-varjetajiet tal-għeneb tal-inbejjed rożè, il-varjetajiet addizzjonali cabernet-sauvignon u fer N saru varjetajiet ewlenin sabiex ikunu aktar preżenti. Il-varjetajiet bojod inizjalment inklużi fir-regoli tal-proporzjonijiet tal-varjetajiet iżda mhux elenkati f’din l-intestatura, iddaħħlu fil-lista tal-varjetajiet sekondarji, flimkien mal-cabernet Franc N u l-merlot N li diġà huma preżenti: manseng B, arrufiac B, petit courbu B, courbu B, petit manseng B.
Dan it-tibdil ma jinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
3. Proporzjon li għandu jintuża
Minħabba l-emenda fil-varjetajiet tal-għeneb, ir-regoli dwar il-proporzjonijiet huma deskritti skont il-kulur tal-inbid.
Għall-inbejjed ħomor u rożè, żdiedu regoli tal-proporzjon relatati maż-żieda tal-varjetajiet ġodda għal skopijiet ta’ adattament: “Il-proporzjon tat-total tal-varjetajiet sekondarji tardif N u manseng N għandu jkun 5 % jew inqas. ”
Għall-inbejjed bojod, il-varjetà ewlenija tal-għeneb hija kkonfermata billi l-preżenza minima tal-varjetà żdiedet minn 50 għal 60 %.
Ġew miżjuda dispożizzjonijiet speċifiċi għall-produtturi żgħar tal-għeneb: „Bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-proporzjon tal-varjetajiet għall-finijiet ta’ adattament tardif N u manseng N u għal kull kulur (abjad jew aħmar), id-dispożizzjonijiet dwar il-proporzjon ma għandhomx japplikaw għall-kultivaturi tal-għeneb li ma jagħsrux il-prodott tagħhom għall-inbid u li jużaw inqas minn 1,5 ettaru għal kull kulur bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Saint-Mont u li l-jużaw proporzjon ta’ 50 % jew aktar tal-varjetajiet ewlenin tal-għeneb fit-taħlita tal-kulur inkwistjoni. “. Fil-fatt, 98 % tal-operaturi jagħmlu parti minn kooperattivi. Minħabba d-diffikultà biex jiġu rrispettati l-proporzjonijiet daqstant kbar meta mqabbla mal-għelieqi tagħhom, jekk dawn il-produtturi tal-inbid ikunu obbligati jkollhom il-varjetajiet kollha msemmija fl-Ispeċifikazzjoni f’għelieqi daqstant żgħar, jistgħu jinħolqulhom problemi . Barra minn hekk, hemm struttura ta’ kantina kollettiva li tippermetti li jkun hemm konformità mar-regoli dwar it-taħlitiet skont il-varjetajiet ta’ għeneb preżenti fit-territorju.
Dan it-tibdil ma jinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
4. Spazjar bejn il-pjanti
Id-distanza minima bejn il-pjanti fl-istess ringiela tnaqqset minn 0,9 m għal 0,8 m
Permezz ta’ din il-miżura tista’ tiżdied id-densità minħabba li tnaqqset id-distanza minima bejn il-pjanti. Iż-żieda fid-densità tirriżulta f’kompetizzjoni akbar bejn il-pjanti li se jiżviluppaw sistema ta’ għeruq aktar profonda, li tippermetti espressjoni aktar b’saħħitha tal-art.
Din il-bidla tinvolvi emenda għall-punt 5 tad-Dokument Uniku.
5. Produzzjoni massima għal kull roqgħa art
Il-produzzjoni massima għall-inbejjed rożè ġiet allinjata ma’ dik tal-inbejjed ħomor, u b’hekk naqset minn 10 000 kg/ha għal 9 500 kg/ha. B’riżultat ta’ dan, l-irqajja’ art għall-inbejjed rożè u ħomor se jkunu mħarrġa bl-istess mod fil-livell tad-dispożizzjonijiet ikkontrollati mill-pjan ta’ monitoraġġ, jiġifieri l-produzzjoni massima medja u l-ħsad. Peress li l-piż tal-ħsad huwa l-istess bejn l-aħmar u r-rożè (9 500 kg), id-differenza bejn iż-żewġ kuluri tinsab biss fil-metodu tal-ħsad.
Dan it-tibdil ma jinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
6. Prattiki ta’ kultivazzjoni
Id-dispożizzjoni li ġejja: “Sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-ħamrija li huma element fundamentali tal-art, it-terren ta’ madwar l-irqajja’ tad-dwieli li jappartjeni għaż-żona demarkata għandu jinżamm miksi b’saff ħaxix. ” hija ssostitwita b’“It-tneħħija bil-kimika tal-ħaxix ħażin fil-passaġġi tal-makkinarju (tournières) huwa pprojbit. ” biex ikun hemm kontroll aktar xieraq tal-prattiki.
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
7. Dispożizzjoni dwar id-dwieli antiki
Sabiex jiġu ppreservati ċerti dwieli ta’ interess storiku u ġenetiku li jistgħu jinqalgħu mill-għeruq mill-2021 sal-2040 peress li mhux se jibqgħu jissodisfaw id-densitajiet meħtieġa mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew miżjuda dispożizzjonijiet speċifiċi:
„Il-ħsad tal-irqajja’ ta’ art tad-dwieli diġà stabbiliti fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni, b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 4 000 pjanta għal kull ettaru, li ma jikkonformawx ma’ waħda mid-dispożizzjonijiet dwar l-ispazjar bejn ir-ringieli u l-ispazjar bejn il-pjanti fl-istess ringiela, u li huma mniżżla fir-reġistru tad-“dwieli antiki” tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Saint-Mont, għandu jibbenefika mid-dritt għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata sakemm jinqalgħu d-dwieli“. Ir-reġistru tad-“dwieli antiki” jiġi rivedut kull sena skont il-kriterji li ġejjin:
|
— |
Id-dwieli jridu jkunu tħawlu qabel l-1982; |
|
— |
Id-dwieli jridu jkunu mħarrġa bis-sistema ta’ kannizzati mtella’ ’l fuq (palissage plan relevé), u l-għoli tal-weraq mal-kannizzati jrid ikun mill-inqas 0,6 darbiet id-distanza bejn ir-ringieli; |
|
— |
Ir-rendiment massimu għandu jkun ta’ 50 hl/ha għall-irqajja’ ta’ art b’densità ta’ tħawwil ta’ aktar minn 3 600 pjanta għal kull ettaru; |
|
— |
Ir-rendiment massimu għandu jkun ta’ 45 hl/ha għall-irqajja’ ta’ art b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 3 600 pjanta għal kull ettaru u ta’ aktar minn 3 200 pjanta għal kull ettaru; |
|
— |
Ir-rendiment massimu għandu jkun ta’ 40 hl/ha għall-irqajja’ ta’ art b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 3 200 pjanta għal kull ettaru u aktar minn 2 600 pjanta għal kull ettaru. |
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
8. Kontenut ta’ zokkor tal-għeneb
Minħabba ż-żieda ta’ varjetajiet ta’ għeneb, il-kontenut taz-zokkor huwa speċifikat għal dawn il-varjetajiet għall-inbejjed ħomor u rożè.
tardif N, manseng N 189 gramma zokkor għal kull litru ta’ most għall-inbejjed ħomor
tardif N, manseng N 180 gramma zokkor għal kull litru ta’ most għall-inbejjed rożè
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
9. Taħlit
Ġew miżjuda r-regoli tat-taħlit għal varjetajiet għal skopijiet ta’ adattament għall-inbejjed rożè u għall-inbejjed ħomor: “L-inbejjed għandhom ikunu magħmulin minn taħlita li fiha l-proporzjon tat-total tal-varjetajiet tardif N u manseng N li jintużaw għall-adattament għandu jkun 10 % jew inqas”.
Fit-taħlita tal-inbejjed ħomor, il-varjetà tannat hija kkonfermata billi l-perċentwal minimu tagħha żdied minn 50 % għal 60 %.
Fit-taħlita tal-inbejjed bojod, il-varjetà gros manseng hija kkonfermata billi l-perċentwal minimu tagħha żdied minn 50 % għal 60 %.
Fit-taħlita tar-rożè:
|
— |
Ir-regola li ġejja: “L-inbejjed għandhom ikunu magħmulin minn taħlita li tinkludi mill-inqas il-varjetà ewlenija u l-varjetajiet komplementari” saret „L-inbejjed għandhom ikunu magħmulin minn taħlita li tkun tinkludi mill-inqas żewġ varjetajiet ewlenin. “. Fil-fatt, f’ċerti annati, it-tannat mhuwiex adattat biex isir rożè minnu (differenza bejn il-maturità fenolika/teknoloġika, diffiċli biex jinstab bilanċ bejn il-qawwa alkoħolika skont il-volum/l-aċidità). Min-naħa l-oħra, il-cabernet-sauvignon u l-fer N huma aktar adattati għall-produzzjoni tar-rożè (qawwa alkoħolika skont il-volum aktar baxxa). Din ir-regola l-ġdida tat-taħlit tagħti aktar libertà fil-manifattura tar-rożè. |
|
— |
Il-varjetajiet bojod huma deskritti kif ġej: “L-inbejjed għandhom ikunu magħmulin minn taħlita li fiha l-proporzjon tal-varjetajiet bojod manseng B, arrufiac B, petit courbu B, courbu B, petit manseng B għandu jkun 10 % jew inqas” |
|
— |
Ir-regoli li ġejjin tħassru: “Fit-taħlit, l-ebda varjetà ma tista’ taqbeż is-70 %” u “Fit-taħlit, l-akbar proporzjon għandu jkun dak tal-varjetà ewlenija”. |
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
10. Faħam għall-użu enoloġiku
L-użu ta’ faħam li qabel kien ipprojbit ġie introdott b’mod regolat u limitat: „Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-faħam għal skopijiet enoloġiċi għandu jiġi awtorizzat għall-most sa massimu ta’ 20 % tal-volum tal-inbejjed rożè prodotti mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għall-ħsad inkwistjoni. “. L-għan huwa li l-użu tiegħu jkun iffukat fuq lottijiet ta’ kwalità organolettika jew analitika aktar baxxa (bidliet fl-aromi marbuta mal-ossidazzjoni) mingħajr madankollu ma jinbidlu l-karatteristiċi tipiċi tal-prodott.
Din il-bidla tinvolvi emenda għall-punt 5 tad-Dokument Uniku.
11. Ċirkolazzjoni bejn depożitanti awtorizzati
Il-punt 5(b) tat-Taqsima IX tal-Kapitolu 1 dwar id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn depożitanti awtorizzati tħassar.
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
12. Żamma ta’ reġistru
Ir-reġistru tad-dwieli antiki ġie miżjud mal-lista ta’ reġistri obbligatorji wara ż-żieda ta’ dispożizzjoni speċifika għall-preservazzjoni ta’ ċerti rqajja’ ta’ dwieli b’interess ġenetiku.
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
13. Dikjarazzjoni ta’ rinunzja għall-produzzjoni
Il-paragrafu dwar ir-rinunzja għall-produzzjoni ġie ssimplifikat sabiex ma ssirx distinzjoni bejn il-kuluri tal-inbejjed.
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
14. Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Qed jiżdied il-kontroll fuq id-dokumenti u fuq il-post tal-hekk imsejħa rqajja’ ta’ art tal-vinji antiki.
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Saint-Mont
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbejjed ħomor
L-inbejjed għandu jkollhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 12 % għall-inbejjed ħomor
Kull lott ta’ nbid lest biex jinbiegħ bl-ingrossa jew ippakkjat għandu jkollu:
|
— |
qawwa alkoħolika totali wara l-arrikkiment ta’ mhux aktar minn 13,5 % fil-każ ta’ nbejjed ħomor. |
|
— |
kontenut ta’ aċidu maliku li ma jaqbiżx iż-0,4 grammi għal kull litru għall-inbejjed ħomor |
|
— |
kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) li ma jaqbiżx:
|
Il-livelli ta’ aċidità totali, ta’ aċidità volatili u ta’ diossidu tal-kubrit totali għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-regolamenti Komunitarji.
L-inbejjed ħomor għandhom kulur qawwi. Ġeneralment huma kkaratterizzati fil-palat minn konċentrazzjoni aromatika sabiħa, li spiss tiżvela noti ta’ frott aħmar u iswed. L-istruttura tannika tagħti lil dawn l-inbejjed potenzjal tajjeb ta’ konservazzjoni, li jippermettilhom jiksbu aromi kumplessi ta’ konfettura u ħwawar, spiss ikkombinati ma’ ħjiel ta’ njam dovut għall-maturazzjoni fil-btieti.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbejjed bojod u rożè
L-inbejjed għandu jkollhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11,50 % għall-inbejjed bojod u rożè.
Kull lott ta’ nbid lest biex jinbiegħ bl-ingrossa jew ippakkjat għandu jkollu:
|
— |
qawwa alkoħolika totali wara l-arrikkiment ta’ mhux aktar minn 12,5 % għall-inbejjed bojod u rosé. |
|
— |
kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) li ma jaqbiżx:
|
Il-livelli ta’ aċidità totali, ta’ aċidità volatili u ta’ diossidu tal-kubrit totali għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-regolamenti Komunitarji.
L-inbejjed rożè xi kultant għandhom kulur qawwi u normalment huma kkaratterizzati minn riħa ta’ frott aħmar. Fil-ħalq, it-togħma finali tagħhom hija vivaċi u tagħmilhom inbejjed armonjużi b’bilanċ tajjeb bejn ix-xaħam u l-aċidità.
L-inbejjed bojod huma aromatiċi ħafna, grassi u bbilanċjati bis-saħħa tal-preżenza tal-varjetà gros manseng B.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
|
— |
L-inbejjed rożè jsiru permezz ta’ għasir dirett. |
|
— |
Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-faħam għal skopijiet enoloġiċi għandu jiġi awtorizzat għall-most sa massimu ta’ 20 % tal-volum tal-inbejjed rożè prodotti mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għall-ħsad inkwistjoni. |
|
— |
It-tekniki ta’ arrikkiment bit-tnaqqis huma awtorizzati għall-inbejjed ħomor u r-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali meta mqabbla mal-volumi użati hija stabbilita għal 10 %. |
|
— |
Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13,5 % għall-inbejjed ħomor u ta’ 12,5 % għall-inbejjed bojod u rosé. |
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi użati.
— Densità ta’ tħawwil
Id-densità minima ta’ tħawwil tad-dwieli għandha tkun ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru.
Id-distanza bejn ir-ringieli ma għandhiex tkun aktar minn 2,5 metru u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela għandha tkun bejn 0,8 metru u 1,1 metri.
Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għad-dwieli mħawla fuq art imtarrġa.
Għad-dwieli mħawlin fuq l-art imtarrġa, l-ispazju bejn il-pjanti fl-istess ringiela għandu jkun bejn 0,9 metru u 1,1 metri.
— Regoli ta’ żbir
Id-dwieli għandhom jinżabru jew b’żabra Guyot sempliċi jew doppja, jew inkella b’żabra qasira (tħarriġ cordon Royat), b’massimu għal kull pjanta ta’:
|
— |
12-il blanzun, għall-varjetà tannat N; |
|
— |
18-il blanzun, għal varjetajiet petit courbu B u petit manseng B; |
|
— |
16-il blanzun, għall-varjetajiet l-oħrajn. |
Irrispettivament mit-teknika ta’ żbir użata, l-għadd ta’ friegħi li jagħmlu l-frott għal kull pjanta, fl-istadju meta l-frott jibda jibdel il-kulur, ma jistax jaqbeż:
|
— |
10 għall-varjetà tannat N; |
|
— |
16 għall-varjetajiet petit courbu B u petit manseng B; |
|
— |
12 għall-varjetajiet l-oħrajn; |
|
— |
It-tisqija tista’ tiġi awtorizzata; |
|
— |
Il-varjetà tannat N u l-varjetajiet maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor jinqatgħu bl-idejn. |
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
Inbejjed ħomor
63 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed rożè
68 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed bojod
69 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid iridu jsiru fit-territorju jew f’parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Gers:
Il-muniċipalitajiet li t-territorju kollu tagħhom jinsab fiż-żona ġeografika: Aignan, Arblade-le-Bas, Armous et Cau, Aurensan, Beaumarchès, Bernède, Bouzon-Gellenave, Castelnavet, Caumont, Corneillan, Couloumé-Mondebat, Courties, Fusterouau, Gazax et Baccarisse, Ju-Belloc, Labarthète, Ladevèze-Ville, Ladevèze-Rivière, Lannux, Lasserrade, Lelin-Lapujolle, Louslitges, Loussous-Débat, Lupiac, Margouët-Meymes, Maulichères, Peyrusse-Grande, Peyrusse-Vieille, Plaisance, Pouydraguin, Projan, Riscle (eks-muniċipalità ta’ Riscle), Sabazan, Saint-Aunix-Lengros, Saint-Mont, Saint-Pierre-d’Aubézies, Sarragachies, Tasque, Termes-d’Armagnac, Tieste-Uragnoux, Tourdun, Verlus.
Il-muniċipalitajiet li parti mit-territorju tagħhom tinsab fiż-żona ġeografika: Averon-Bergelle, Dému, Marciac, Seailles.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Arrufiac B – Arrufiat
Cabernet franc N
Cabernet-Sauvignon N
Courbu B – Gros Courbu
Fer N – Fer Servadou, Braucol, Mansois, Pinenc
Gros Manseng B
Merlot N
Petit Courbu B
Petit Manseng B
Tannat N
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Iż-żona ġeografika tinsab f’distanza ta’ madwar 100 kilometru kemm mill-Pirenej fin-Nofsinhar kif ukoll mill-Oċean Atlantiku fil-Punent. Hija mifruxa f’żona ta’ għoljiet li jinsabu fuq iż-żewġ naħat tal-wied ta’ Adour u tat-tributarju tiegħu, Arros.
L-irqajja’ ta’ art tad-dwieli huma mifruxa fuq l-għoljiet fil-qalba ta’ reġjun agrikolu ddedikat għall-kultivazzjoni mħallta u t-trobbija tal-bhejjem, fejn il-kultivazzjoni tal-qamħirrum tokkupa post importanti.
Hija tkopri t-territorju ta’ 46 muniċipalità.
It-temperaturi, ġeneralment moderati, huma pjuttost omoġenji fiż-żona ġeografika kollha. Ix-xita għandha gradjent qawwi, mill-Punent għal-Lvant, minn 1 000 mm fis-sena sa 800 mm fis-sena.
Is-sajf u l-bidu tal-ħarifa huma sħan u spiss xotti, b’mod partikolari minħabba r-riħ tat-tip “foehn” li jiġi min-Nofsinhar, li spiss jonfoħ matul dan il-perjodu.
Is-sottostrat ġeoloġiku huwa varjat. Fil-Punent, huwa rrappreżentat prinċipalment minn ramel ħamrani (Sables Fauves), formazzjoni tal-baħar tat-Terzjarju, li l-konfini tan-Nofsinhar tagħha jikkoinċidu mal-konfini taż-żona ġeografika. Fuq dan ir-ramel hemm saffi alluvjali antiki, li ċ-ċagħaq tagħhom jiddepożita ruħu fuq l-għoljiet.
Fil-Lvant, is-Sables Fauves jisparixxu u minflokhom titfaċċa l-molasse, b’sodod kalkarji evidenti ħafna fil-pajsaġġ.
Il-ħamrija li żviluppat fuq dan is-substrat hija:
|
— |
jew ħamrija taflija bil-ġir żviluppata fuq il-molasse; |
|
— |
jew ħamrija aċiduża lissija żviluppata fuq ir-ramel aħmar (sables fauves) u d-depożiti taċ-ċagħaq. |
Din il-ħamrija hija nieqsa mill-elementi minerali.
L-iskular tal-ilma żejjed huwa garantit minħabba l-inklinazzjoni u, għall-parti tal-Punent taż-żona, minħabba l-konsistenza ramlija u ġeblija tal-ħamrija.
L-istruttura kumplessa taż-żona ta’ għoljiet tul l-assi ewlenin (Adour/Arros), li spiss isegwu t-tettonika kif ukoll id-diviżjoni f'għoljiet sekondarji, jifformaw taħlita ta’ pożizzjonijiet b’varjetà wiesgħa ta’ direzzjonijiet.
Il-morfoloġija tal-widien hija viżibbilment asimmetrika. Il-ġenb li jħares lejn il-Punent, spiss huwa wieqaf, filwaqt li l-ġenb li jħares lejn il-Lvant, huwa inqas wieqaf.
Minn tmiem il-Medju Evu, minbarra l-inbejjed ħomor u “clairets” prodotti f’parti kbira mill-baċir tal-Adour u maħsuba għan-nies tal-muntanji tal-Pirenej, kienu jiġu prodotti nbejjed bojod fil-Punent taż-żona ġeografika, li diġà kienu jiġu esportati lejn it-Tramuntana tal-Ewropa sa mis-seklu sbatax.
Il-wasla konsekuttiva tal-moffa, tal-Plasmopara viticola u tal-phylloxera, kif ukoll id-domanda għolja għall-inbid għad-distillazzjoni f’“Armagnac”, wasslu biex naqsu b’mod konsiderevoli ż-żoni tad-dwieli maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità, u minflokhom bdiet tingħata preferenza għall-“Piquepoules”, dwieli baxxi użati għall-produzzjoni ta’ nbejjed tad-distillazzjoni.
Fl-aħħar nett, il-mekkanizzazzjoni tal-biedja, f’nofs is-seklu għoxrin, wasslet għall-estensjoni taż-żoni ta’ kultivazzjoni tal-qamħirrun u aggravat it-tnaqqis taż-żoni tal-vitikultura.
L-ewwel trade union għad-difiża tal-inbejjed Saint-Mont twaqqfet fl-1957. Din ħadet l-inizjattiva li tibda ġġedded, sa mill-1970, vinja b’varjetà ta’ dwieli bbażata fuq varjetajiet lokali bħal varjetajiet suwed, tannat N, cabernet franc N, cabernet-sauvignon N u fer N u l-varjetajiet bojod, arrufiac B, courbu B, gros manseng B u petit manseng B.
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Saint-Mont ġiet rikonoxxuta fl-2011.
L-inbejjed ħomor għandhom kulur qawwi. Ġeneralment huma kkaratterizzati fil-ħalq minn konċentrazzjoni aromatika sabiħa, li spiss tiżvela noti ta’ frott aħmar u iswed. L-istruttura tannika tagħti lil dawn l-inbejjed potenzjal tajjeb ta’ konservazzjoni, li jippermettilhom jiksbu aromi kumplessi ta’ konfettura u ħwawar, spiss ikkombinati ma’ ħjiel ta’ njam minħabba l-maturazzjoni fil-btieti.
L-inbejjed rożè xi kultant għandhom kulur qawwi u normalment huma kkaratterizzati minn riħa ta’ frott aħmar. Fil-ħalq, it-togħma finali tagħhom hija vivaċi u tagħmilhom inbejjed armonjużi b’bilanċ tajjeb bejn ix-xaħam u l-aċidità.
L-inbejjed bojod huma aromatiċi ħafna, grassi u bbilanċjati bis-saħħa tal-preżenza tal-varjetà gros manseng B.
Il-vinji jinsabu fl-aktar irqajja’ ta’ art favorevoli, raggruppati flimkien, mifruxa fuq għoljiet ippożizzjonati kif xieraq, b’ħamrija nieqsa mill-minerali u bl-ilma jiskula sew minnha.
Iż-żona ġeografika tinsab fil-baċir tax-xmara Adour b’varjetà ta’ dwieli ddominata mill-varjetà tannat N u mill-varjetajiet gros manseng B u petit manseng B, partikolarment adattati għall-klima pjuttost umda taż-żona ġeografika u għall-ħamrija fonda. Madankollu, il-pożizzjoni tagħha bħala salib it-toroq bejn diversi reġjuni tal-vitikultura arrikkixxa l-vinji b’kontribuzzjonijiet mir-reġjuni tal-madwar u b’mod aktar partikolari għall-wirt tal-pjanti tiegħu, bit-triloġija tal-baċin tax-xmara tal-Garonne cabernet franc N, cabernet-sauvignon N, merlot N, li l-pożizzjoni tagħhom hija wkoll iffavorita mill-influwenza tal-klima oċeanika.
Il-prattiki implimentati mill-operaturi wasslu għall-ħsad obbligatorju bl-idejn tal-varjetajiet maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor.
Wara l-fermentazzjoni, deher li kien meħtieġ perjodu ta’ maturazzjoni f’bettija biex jinkiseb inbid aħmar b’aromi kumplessi, iżda fuq kollox biex it-tannini jissaħħu u jirfinaw. L-inbejjed jibqgħu jimmaturaw sa mill-inqas l-1 ta’ Marzu wara l-ħsad.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Id-DOK Saint-Mont tista’ tiġi ssupplimentata bl-isem addizzjonali li jispeċifika l-unità ġeografika akbar “Sud-Ouest” (Lbiċ), skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-81a8636c-9714-494d-aae4-be44e3f2820d