|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1839 |
23.3.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.12316 – IG4 GROUP / PETROBRAS / BRASKEM)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/1839)
1.
Fil-11 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
IG4 Capital Partners Holding General Partner Ltd (flimkien mal-entitajiet ikkontrollati tagħha “IG4 Group”, Jersey), |
|
— |
Petróleo Brasileiro S.A. (“Petrobras”, il-Brażil), |
|
— |
Braskem S.A. (“Braskem”, il-Brażil). |
IG4 Capital Partners Holding General Partner Ltd, permezz ta’ entitajiet affiljati ta’ Shine Equity LP mogħtija parir minn IG4 Group, u Petrobras se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Braskem.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
IG4 Group huwa maniġer tal-investiment alternattiv iffukat fuq swieq emerġenti bi strateġija ċċentrata fuq ristrutturar finanzjarju u operazzjonali kumpless u sitwazzjonijiet speċjali. |
|
— |
Petrobras hija kumpanija taż-żejt u tal-gass b’kapital imħallat li tippossjedi u topera 10 raffineriji fil-Brażil, l-aktar fix-Xlokk. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Braskem huma dawn li ġejjin:Braskem topera pjattaforma petrokimika integrata u globali li tkopri l-Kontinent Amerikan, l-Ewropa u l-Asja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12316 — IG4 GROUP / PETROBRAS / BRASKEM
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1839/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)