|
5.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1193/2014
tal-4 ta' Novembru 2014
li jemenda għall-222 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-28 ta' Ottubru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna mill-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi wara li kkunsidra t-talba li saret minn din il-persuna sabiex titneħħa minn din il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1904(2009). |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija Strumenti
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, fl-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”, hija mħassra:
“Al-Haramain Foundation (L-Istati Uniti tal-Amerika). Indirizz: (a) 1257 Siskiyou Blvd., Ashland, OR 97520, l-Istati Uniti tal-Amerika, (b) 3800 Highway 99 S, Ashland, OR 97520, l-Istati Uniti tal-Amerika, (c) 2151 E Division St, Springfield, MO 65803, l-Istati Uniti tal-Amerika. Tagħrif ieħor: Il-fergħa tal-Fondazzjoni Al-Haramain bbażata fl-Istati Uniti ġiet formalment stabbilita minn Suliman Hamd Suleiman al-Buthe u minn assoċjat fl-1997. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 28.9.2004.”