|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 78/2010
tal-11 ta’ Ġunju 2010
li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar koperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1). |
|
(2) |
B’kunsiderazzjoni għall-inkorporazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-Ajru Uniku Ewropew fil-Ftehim, u għar-rwol ewlieni tal-proġett SESAR fl-iżvilupp ġejjieni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni fi ħdan dak il-qasam, u bil-għan tal-parteċipazzjoni mill-Istati EFTA fil-finanzjament pubbliku tal-proġett permezz tas-7 programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp, huwa xieraq li tiġi inkoraġġita koperazzjoni adattata bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim fi kwistjonijiet li huma koperti mill-attivitajiet tal-Impriża Konġunta SESAR kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (2), sabiex il-partijiet interessati mill-Istati tal-EFTA jiġu inkoraġġiti jipparteċipaw fil-proġett SESAR. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-koperazzjoni estiża sseħħ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara paragrafu 8a fl-Artikolu 1 (Riċerka u żvilupp tekniku) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:
“8b. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni xierqa bejn l-organizzazzjonijiet, l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kompetenti fit-territorji rispettivi tagħhom, sabiex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati mill-Istati tal-EFTA fuq bażi ugwali ma’ dawk mill-Istati Membri tal-UE fil-proġett SESAR, inklużi attivitajiet tal-Impriża Konġunta SESAR f’konformità mar-Regolament bażiku tagħha (*1).
L-Istati EFTA jipparteċipaw bis-sħiħ, bl-eċċezzjoni tad-dritt għal vot, fil-kumitat tal-KE dwar l-Ajru Uniku Ewropew li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fil-ġestjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta SESAR.
(*1) 32007 R 0219: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1).”."
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*2).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 62, 11.3.2010, p. 65.
(*2) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.