22004D0031



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0142 - 0142


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 31/2004

tad-19 ta' Marzu 2004

li jemenda l-Anness XXI (Statistiċi) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirranġa l-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2004 tas-6 ta' Frar 2004 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewroper u tal-Kunsill dwar l-indiċi tal-prezz tax-xogħol [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(3) Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 18g (Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI għall-Ftehim:

"18h. 32003 R 1216: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi tal-prezz tax-xogħol (ĠU L 169, tat-8.7.2003, p. 37).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-iskop tal-Ftehim preżenti, jiġu moqrija mal-adattamenti li ġejjin:

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal Liechtenstein."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1216/2003 fil-lingwi Islandiċi u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, jekk in-notifikazzjonijiet kollha tal-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun pubblikata fis-sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 116, tat-22.4.2004, p. 66.

[2] ĠU L 169, tat-8.7.2003, p. 37.

[3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------