|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4400 |
1.8.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Lulju 2025
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank
(BĊE/2025/27)
(C/2025/4400)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tad-De Nederlandsche Bank, KPMG Accountants N.V., se jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2025. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2026. |
|
(3) |
De Nederlandsche Bank għażel lil EY Accountants B.V. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2026 sa 2032, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li EY Accountants B.V. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2026 sa 2032.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Lulju 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4400/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)