|
8.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/48 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10762 – H&F / IRI)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 223/04)
1.
Fl-24 ta’ Mejjy 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hellman & Friedman Capital Partners X, L.P. u l-fondi paralleli tagħha (“H&F”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
NPD Group, L.P., kumpanija tal-portafoll ikkontrollata minn Hellman & Friedman (“NPD”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Information Resources, Inc. (“IRI”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
H&F takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv indirett ta’ IRI permezz ta’ ftehim ta’ fużjoni ta’ IRI ma’ NPD.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
H&F: ditta ta’ ekwità privata; |
|
— |
NPD: kumpanija ta’ riċerka tas-suq, |
|
— |
IRI: kumpanija tar-riċerka tas-suq li tipprovdi informazzjoni u analiżi tal-konsumaturi, tax-xerrejja u tas-suq bl-imnut iffokati fuq oġġetti ppakkjati għall-konsumatur. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10762 - H&F / IRI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).