Official Journal L 195 , 28/07/1999 P. 0034 - 0036
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 1999 dwar Regolament tekniku komuni għall-ħtiġijiet ta' konnessjoni għal stazzjonijiet mobbli multislot għal data kommutata f'ċirkwit ta' veloċità għolja (High Speed Circuit Switched Data) (HSCSD) (notifikat bid- dokument numru K(1999) 2029) (Test b'rilevanza EEA) (1999/511/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari Artikolu 7(2), it-tieni inċiż tiegħu, (1) Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir terminali li għalih regolament tekniku komuni huwa meħtieġ, kif ukoll dikjarazzjoni tal-qasam ta' l-applikazzjoni assoċjat miegħu skond Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 98/13/KE; (2) Billi għandhom jiġu adottati l-i standards armonizzati li jikkorrispondu, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġijiet essenzjali li għandhom jiġu mibdula f'regolamenti tekniċi komuni; (3) Billi biex tiġi żgurata konformità fl-aċċess għas-swieq mill-manifatturi, huwa meħtieġ li jiġu permessi arranġamenti trażitorji dwar tagħmir approvat skond ir-regolamenti tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; (4) Billi l-proposta kienet intbagħtet lill-Kumitat tal-Approvazzjonijiet għal Tagħmir ta' Telekomunikazzjonijiet (ACTE), skond Artikolu 29(2); (5) Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jiġi adottat minn din id-Deċiżjoni jaqbel ma' l-opinjoni ta' l-ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali maħsub biex jiġi konness ma' network pubbliku ta' telekomunikazzjonijiet u jinkwadra fil-qasam ta' l-applikazzjoni tal-i standard armonizzat riferit f'Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġijiet tal-konnessjoni għal stazzjonijiet mobbli multislot ta' data kommutata f'ċirkwit ta' veloċità għolja (HSCD). Artikolu 2 1. Dan ir-regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp ta' standardizzazzjoni rilevanti li jimplimenta safejn applikabbli il-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 5(ċ), sa (f) tad-Direttiva 98/13/KEE. Ir-referenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness. 2. Tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma jew mar-regolament komuni tekniku riferit fil-paragrafu 1 jew alternattivament għandu jikkonforma mar-regolamenti komuni tekniċi kif definiti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 98/574/KE [2] u 98/575/KE [3]. B'żieda dan għandu jilħaq il-ħtiġijiet essenzjali riferuti f'Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġijiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [4] u 89/336/KEE [5]. Artikolu 3 Il-korpi notifikati ntiżi biex iwettqu il-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KEE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert b'Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jiġi wżat l-istandard armonizzat li hemm riferenza għalihom fl-Anness sad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 1995. Għall-Kummissjoni Karel van Miert Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1 [2] ĠU L 278, tal-15.10.1998, p. 30. [3] ĠU L 278, tal-15.10.1998, p. 35. [4] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [5] ĠU L 139, tat-23.3.1989, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS REFERENZA GĦALL-ISTANDARD ARMONIZZAT APPLIKABBLI L-istandard armonizzat li għalih jirreferi Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni huwa: (Sistema ta' telekomunikazzjonijiet ċellulari diġitali (Fażi 2+); ħtiġijiet ta' konnessjoni għal sistema globali ta' komunikazzjonijiet mobbli (GSM); stazzjonijiet mobbli multislot ta' data kommutata b'veloċità għolja (HSCSD); aċċess (GSM 13.34 verżjoni 5.0.2)) ETSI Istitut ta' l-Istandards tat-Telekommunikazzjonijiet Ewropew Segretarjat ETSI EN 301419-2: April 1998 (eskluża d-daħla) TAGĦRIF ADDIZZJONALI L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KE. L-istandard armonizzat riferit hawn fuq kien ġie armonizzat skond il-mandat maħruġ skond il-proċeduri rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KE. It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat riferit hawn fuq jista' jinkiseb mill: European Telecommunications Standards Institute, 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis Cedex jew Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussel, jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel disponibbli l-istandards ta' l-ETSI, li lista' tagħhom tista' tinstab fuq l-Internet bl-indirizz www.ispo.cec.be. --------------------------------------------------