Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-18 ta' Settembru 2007 – Sellier vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-191/07 P)

“Appell – Terminu – Inammissibbiltà”

Proċedura – Terminu ta’ appell – Estinzjoni – Każ fortuwit jew ta’ forza maġġuri (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 45(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 37(6) u 81(2) (ara wkoll il-punti 7, 9)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2007, Sellier vs Il-Kummissjoni (T-276/06), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrent intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ta’ l-14 ta’ Lulju 2006, li tagħlaq il-każ ta’ l-ilment tiegħu mingħajr ma tieħu azzjoni ulterjuri fir-rigward ta’ l-allegata inkompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-leġiżlazzjoni Franċiża dwar id-depożitu ta’ fondi miżmima min-nutara ma’ ċerti banek.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

J. Sellier għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.