8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Lulju 2010

li teħles lill-Estonja minn ċerti obbligi biex tapplika d-Direttivi tal-Kunsill 66/402/KEE u 2002/57/KE fir-rigward ta’ Avena strigosa Schreb., Brassica nigra (L.) Koch u Helianthus annuus L.

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4526)

(It-test bl-Estonjan biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/377/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha,

Wara li kkunsidrat l-applikazzjoni mressqa mill-Estonja,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 66/402/KEE u 2002/57/KE stipulaw ċerti dispożizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ żerriegħa tal-ġwież u żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra. Dawk id-Direttivi jistipulaw ukoll li, skont ċerti kundizzjonijiet, xi Stati Membri jistgħu jinħelsu għal kollox jew parzjalment mill-obbligu li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi fir-rigward ta’ ċerti speċi.

(2)

L-Estonja applikat għall-ħelsien mill-obbligi tagħha fir-rigward ta’ Avena strigosa Schreb., Brassica nigra (L.) Koch u Helianthus annuus L.

(3)

Iż-żerriegħa ta’ Avena strigosa Schreb, Brassica nigra (L.) Koch and Helianthus annuus L. normalment ma tiġix riprodotta jew ikkumerċjalizzata fl-Estonja. Barra minn hekk, l-importanza ekonomika ta’ din iż-żerriegħa mhijiex sinifikattiva f’dan l-Istat Membru.

(4)

Għalhekk, sakemm jibqgħu fis-seħħ dawk il-kundizzjonijiet, dan l-Istat Membru għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 66/402/KEE u 2002/57/KE għall-ispeċi kkonċernati.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Estonja nħelset mill-obbligu li tapplika d-Direttiva 66/402/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), għall-ispeċi Avena strigosa Schreb.

Artikolu 2

L-Estonja nħelset mill-obbligu li tapplika d-Direttiva 2002/57/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17, għall-ispeċi Brassica nigra (L.) Koch u Helianthus annus L.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(2)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.