2001R1543 — MT — 06.01.2005 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1543/2001 tas-27 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 203, 28.7.2001, p.9) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 46/2003 tal-10 ta’ Jannar 2003 |
L 7 |
61 |
11.1.2003 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 907/2004 tad-29 ta' April, 2004 |
L 163 |
50 |
30.4.2004 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1543/2001
tas-27 ta’ Lulju 2001
li jistabilixxi l-istandard għat-tqegħid fis-suq ta’ ħass u indivja b’weraq mibrum u b’weraq wiesa’ (Batavian)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ( 1 ), kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 ( 2 ), u b’mod partikulari l-Artikolu 2(2) ta’ dan,
Billi:|
(1) |
Il-ħass, l-indivja mibruma u ċ-ċikwejra huma fost il-prodotti elenkati f’L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom għandhom ikunu adottati standards. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 79/88 tat-13 ta’ Jannar 1988 li jistipula l-istandards ta’ kwalità għall-ħass, indivja b’weraq mibrum u indivja b’weraq wiesa’ (Batavian) ( 3 ) kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1455/1999 ( 4 ), ġie emendat ta’ spiss u ma jistax aktar jiżgura ċarezza legali. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 79/88 għandu jitħassar u r-regoli li fih jinkitbu mill-ġdid. Għal dak il-għan u fl-interess li tkun preservata t-trasparenza fis-suq dinji, għandhom ikunu kunsidrati l-istandards għall-ħass u l-indivja b’weraq mibrum u wiesa’ (Batavian) rakkomandati mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja li jitħassru malajr u l-Iżvilupp ta’ Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE). |
|
(3) |
L-applikazzjoni ta’ dan l-istandard għandha tneħħi mis-suq prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti, iġġib il-produzzjoni taqbel mal-ħtigijiet tal-konsumatur u tħaffef il-kummerċ bażat fuq kompetizzjoni ġusta, biex b’hekk tgħin jitjieb il-qligħ. |
|
(4) |
L-istandard japplika għall-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq. Trasport fuq distanza twila, ħażna għal aktar minn ċertu perjodu u d-diversi proċessi li l-prodotti jgħaddu minnhom jistgħu jġibu taħsir minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti u li fin-natura tagħhom jitħassru ftit jew wisq malajr. Għalhekk jeħtieg li tingħata konsiderazzjoni lil dan it-taħsir meta jkun applikat l-istandard fl-istadji tat- tqegħid fis-suq wara li jkunu ntbagħtu. |
|
(5) |
Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-istandard għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ġejjin għandu jkun kif jidher fl-Anness:
— ħass, klassifikat taħt Kodiċijiet NM 0705 11 u 0705 19,
— indivja b’weraq mibrum u b’weraq wiesa’(Batavian), klassifikata taħt Kodiċi NM 0705 29.
L-istandard għandu japplika għall-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq taħt il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2200/96,
Iżda, fl-istadji ta’ wara li jkunu ntbagħtu, il-prodotti jistgħu b’relazzjoni għall-kondizzjonijiet ta’ l-istandard juru nuqqas żgħir ta’ freskezza u ta’ nefħa, kif ukoll taħsir żgħir minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza tagħhom li jitħassru.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KEE) Nru 79/88 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS
STANDARD GĦALL- ĦASS, INDIVJA B’WERAQ MIBRUM U INDIVJA B’WERAQ WIESA’(BATAVIAN)
I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal:
— ħass ta’ varjetajiet (cultivar) mkabbra minn:
—— Lactuca sativa L. var. capitata L. (ħass (kaboċċjat) inkluż ħass tat-tip “Iceberg”).
— Lactuca sativa L. var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine).
— Lactuca sativa L. var. crispa L. (ħass għat-tqattigħ) u
— inkro’ji ta’ dawn il-varjetajiet,
— indivja b’weraq mibrum tal-varjetajiet (cultivar) imkabbra mi[rsquo]-Cichorium endivia L. var. crispum Lam.,
— indivja b’weraq wiesa’ (Batavian) (escaroles) tal-varjetajiet (cultivar) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. latifolium Lam., maħsuba biex ikunu forniti friski lill-konsumatur.
Dan l-istandard ma japplikax għall-podotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati werqa werqa jew ħass fil-qsari.
II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITA[rsquo]
L-għan ta’ l-istandard huwa li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet dwar kwalità għall-prodotti wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
A. Kondizzjonijiet minimi
Fil-kategoriji kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull kategorija u t-tolleranza permessa, il-prodott irid ikun:
— sħiħ,
— mhux imħassar; huma esklużi prodotti milquta minn taħsir jew deterjorament li jirrendihom mhux tajbin biex jittieklu,
— imnaddaf, jiġifieri tista’ tgħid ħieles mill-ħamrija jew kull mezz ieħor ta’ tkabbir u ħieles minn kull materja barranija oħra li tidher,
— ta’ dehra friska
— minfuħ,
— tista’ tgħid ħieles minn insetti ta’ ħsara,
— tista’ tgħid ħieles minn ħsara kaġunata minn insetti ta’ ħsara,
— ma rabbiex iż-żerriegħa,
— ħieles minn umdità mhux normali minn barra,
— ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranija.
Fil-każ tal-ħass, jitħalla telf ta’ kulur fl-aħmar, kaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jolqotx b’mod serju d-dehra tal-prodott.
L-għeruq iridu jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.
Il-prodott irid ikun ta’ żvilupp normali.
L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu hekk li jippermettu:
— li jkunu jifilħu għat-trasport u t-trattament konness miegħu, u
— li jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post ta’ destinazzjoni.
B. Klassifika
Il-prodotti huma kklassifikati fiż-żewġ kategoriji definiti hawn taħt:
(i) Kategorija I
Il-prodotti f’din il-kategorija jridu jkunu ta’ kwalità tajba. Huma għandhom ikollhom il-karatteristika tal-varjetà jew tat-tip kummerċjali, speċjalment il-kulur.
Il-prodotti jridu jkunu wkoll:
— iffurmati sew,
— sodi, waqt li jkunu kkunsidrati l-metodi ta’ tkabbir u t-tip ta’ prodott,
— ħielsa minn ħsara jew deterjorazzjoni li ma jħalluhomx tajbin biex jittieklu,
— ħielsa minn ħsara mill-ġlata.
Il-ħass kaboċċjat irid ikollu qalba wahda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċjat li jitkabbar taħt protezzjoni, il-qalba tista’ tkun żgħira.
Il-ħass Cos irid ikollu qalba, li tista’ tkun żgħira.
Il-qalba ta’ l-indivja b’weraq mibrum u ta’ l-indivja b’weraq wiesa’ (Batavian) għandha tkun ta’ kulur isfar.
(ii) Kategorija II
Din il-kategorija tinkludi prodotti li ma jikkwalifikax għad-dħul f’Kategorija I, iżda jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi speċifikati hawn fuq.
Il-prodotti jridu:
— jkunu raġonevolment iffurmati sew,
— ħielsa minn ħsara u deterjorazzjoni li b’mod serju ma jħalluhomx ikunu tajbin biex jittieklu.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jitħallew sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:
— difetti żgħar ħafna fil-kulur,
— ħsara żgħira ħafna kkaġunata mill-insetti ta’ ħsara.
Il-ħass ikkaboċċjat irid ikollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar taħt protezzjoni, in-nuqqas ta’ qalba jista’ jkun permess.
Il-ħass Cos jista’ ma jippreżentax qalba.
III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-GĦAŻLA SKOND ID-DAQS
Id-daqs ikun determinat mill-piż ta’ unità waħda.
A. Piż minimu
Il-piż minimu għall-Klassijiet I u II huwa:
|
Imkabbra fil-beraħ |
Imkabbra taħt protezzjoni |
|
|
Ħass ikkaboċċjat (mbarra ħass tat- tip “Iceberg”) u ħass Cos jew Romaine (mbarra ħass b'weraq oħxon) |
150 g |
100 g |
|
Ħass tat-tip “Iceberg” |
300 g |
200 g |
|
Ħass għat-tqattigħ u ħass b'weraq oħxon |
100 g |
100 g |
|
Indivja b'weraq mibrum u indivja b'weraq wiesa' (Batavian) |
200 g |
150 g |
B. Uniformità
(a) Ħass
Fil-kategoriji kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f’ kull pakkett ma tridx taqbeż:
— 40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità,
— 100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità,
— 150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità,
— 300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità.
(b) Indivja b’weraq mibrum u b’weraq wiesa’(Batavian)
Fil-kategoriji kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f’ kull pakkett ma tridx taqbeż it-300 g.
IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Tolleranzi dwar kwalità u daqs għandhom ikunu mħollija f’kull pakkett għall-prodotti li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-kategorija indikata.
A. Tolleranzi ta’ kwalità
(i) Kategorija I
10 % fin-numru ta’ unitajiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-kategorija iżda li jilħqu dawk tal- Kategorija II jew, eċċezjonalment, li jidħlu fit-tolleranzi ta’ dik il-kategorija.
(ii) Kategorija II
10 % fin-numru ta’ unitajiet li ma jissodisfawx la l-kondizzjonijiet tal-kategorija u lanqas il-kondizzjonijiet minimi, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti mimsusa minn taħsir jew deterjorazzjoni oħra li ma jħalluhomx ikunu tajbin biex jittieklu.
B. Tolleranzi ta’daqs
Fil-kategoriji kollha, 10 % fin-numru ta’ unitajiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet dwar id-daqs, iżda li ma jkunux jiżnu aktar jew anqas minn 10 % tal-piż ikkonċernat.
V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A. Unformità
Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti ta’ l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.
Iżda, tista’ tkun ippakkjata flimkien taħlita tat-tipi differenti deskritti f’dan l-istandard, sakemm dawn il-prodotti jkunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip konċernat, fid-daqs. Barra minn hekk, it-tipi għandhom ikunu jintgħarfu wieħed mill-ieħor b’mod ċar u l-proporzjon ta’ kull tip fil-pakkett għandu jkun jidher mingħajr ma ssir ħsara lill-pakkett.
Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
Minkejja d-dispożizzjonijiet preċedenti f’dan il-punt, prodotti kopriti b’dan ir-Regolament jistgħu jiġu mħallta, f’pakketti ta’ bejgħ ► ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi ◄ , b’tipi differenti ta’ frott u ħaxix frisk skond il-kondizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 48/2003 ( 5 ).
B. Ippakkjar
Il-prodotti jridu jkunu ppakkjati b’mod li jkunu mħarsa kif inhu xieraq.
Il-materjal użat ġewwa l-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta’ kwalità li ma jħallix li ssir ebda ħsara minn barra jew minn ġewwa lill-prodotti. L-użu ta’ materjal, partikularment ta’ karta jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew l-ittikettjar ikun sar b’linka jew kolla mhux tossiċi.
Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materja barranija.
Tikketti li jitwaħħlu individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu hekk li meta jitneħħew ma jħallux warajhom traċċi ta' kolla li jidhru u li dawn ma jwasslux għal difetti fil-ġilda.
Ċ. Preżentazzjoni
Il-prodotti ppreżentati f’aktar minn saff wieħed jistgħu jkunu ppakkjati bil-qiegħ ta’ wieħed fuq il-qalba ta’ l-ieħor sakemm is-saffi jew l-irjus ikunu protetti jew separati kif ikun xieraq.
VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin f’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jistgħu jinqraw, li ma jitħassrux u li jidhru minn barra.
A. Identifikazzjoni
L-isem u l-indirizz ta' min jippakkja u ta' min jibgħat.
Dan id-dettall jista' jinbidel:
— fil-każ tal-pakkjar kollu ħlief pakkjar li jkun lest minn qabel, bil-marka ta' kowd maħruġa uffiċjalment u aċċettata li tirrappreżenta lil min ippakkja u/jew lil min ikun jibgħat, indikata f'konnessjoni mill-qrib bir-riferenza “Min Ippakkja u/jew Min Qed Jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet li jfissru l-istess);
— fil-każ biss ta' pakkjar li jkun tlesta minn qabel, b'isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'konnessjoni mill-qrib bid-dettall “Ippakkjat għal:” jew b'xi dettall li jfisser l-istess. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll xi kowd li jirrappreżenta lil min ippakkja u/jew lil min ikun qed jibgħat. Il-bejjiegħ irid jagħti l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa mill-korp ta' spezzjoni dwar it-tifsira ta' dan il-kowd.
B. Natura tal- Prodotti
— “Ħass b’weraq oħxon”, Ħass “Butterhead”, “Batavia”, “Ħass Iceberg”, “Ħass Cos”, “Ħass għat-tqattigħ” (jew, per eżempju u jekk xieraq, “Werqa tal-ballut”, “Lollo bionda”, “Lollo rossa”, “Indivja b’weraq mibrum” jew “indivja b’ weraq wiesa’ (Batavian)” jew kliem ieħor li jfisser l-istess jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra
— “Ħass b’weraq oħxon” meta jkun xieraq jew kliem ieħor li jfisser l-istess
— L-indikazzjoni “imkabbra taħt protezzjoni”, jew xi indikazzjoni oħra xierqa, meta jkun il-każ
— L-isem tal-varjetà (mhux tabilfors)
— Meta tipi differenti ta’prodotti jkunu mħallta flimkien:
—— l-indikazzjoni “insalata mħallta”, jew,
— l-indikazzjoni ta’ kull tip ta’ prodott, u, meta l-kontenut ma jkunx jidher minn barra, l-indikazzjoni tan-numru ta’ biċċiet minn kull tip.
Ċ. Oriġini tal-prodotti
— Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, mhux tabilfors, id-distrett fejn ikunu tkabbru, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali
— Il-kategorija
— Id-daqs, espress mill-piż minimu għal kull unità jew in-numru ta’ unitajiet
— Piż nett (mhux tabilfors).
E. Marka ta’ kontroll uffiċjali (mhux ta’ bilfors)
L-ippakkjar m'għandux għalfejn juri d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta dan ikun jinkludi pakkjar lest għall-bejgħ, li jkun jidher biċ-ċar minn barra u li jkun fih dawn id-dettalji. Dan il-pakkjar m'għandux ikollu indikazzjonijiet li jistgħu iqarrqu. Meta dan l-ippakkjar ikun imqiegħed fuq pallets, id-dettalji għandhom jidhru permezz ta' avviż imqiegħed f'pożizzjoni ovvja fuq għall-inqas żewġ naħat tal-pallet.
( 1 ) ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.
( 2 ) ĠU L 129, tal-11.5.2001, p. 3.
( 3 ) ĠU L 10, ta’ l-14.1.1988, p. 8.
( 4 ) ĠU L 167, tat-2.7.1999, p. 22.
( 5 ) ĠU L 7, tal-11.1.2003, P.65.