21.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11137 – EMIL FREY FRANCE / SACAPUCE / JAM PROD / GROUPE KERTRUCKS FINANCE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 218/07)

1.   

Fid-9 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Emil Frey France (“Emil Frey”, l-Iżvizzera), li tappartjeni għall-grupp Emil Frey,

—

Sacapuce (Franza),

—

Jam Prod (Franza), u

—

Groupe Kertrucks Finance (“GKF”, Franza).

Emil Frey, Sacapuce u Jam Prod se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ GKF.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Emil Frey hija attiva fil-kummerċ bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur ġodda u użati fi Franza.

—

Sacapuce hija kumpanija azzjonista finanzjarja.

—

Jam Prod hija kumpanija azzjonista finanzjarja.

—

GKF hija l-kumpannija azzjonista ta’ Groupe Kertrucks. Groupe Kertrucks huwa attiv fil-bejgħ u l-kiri ta’ vetturi industrijali u l-provvista ta’ servizzi relatati.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11137 – EMIL FREY FRANCE / SACAPUCE / JAM PROD / GROUPE KERTRUCKS FINANCE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

L-indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regoloment dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.