|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2063 |
15.9.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/2063
tal-10 ta’ Settembru 2026
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/2010 (EUTM RCA/1/2026)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA), u huwa awtorizzat li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE sussegwenti. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Settembru 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2010 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Claudiu-Mădălin TAMAŞ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA mit-30 ta’ Settembru 2025. |
|
(3) |
Fit-23 ta’ Lulju 2026, l-awtoritajiet militari Rumeni pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Irinel APOSTOLESCU biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Claudiu-Mădălin TAMAŞ bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA (il-“ħatra proposta”). |
|
(4) |
Fis-27 ta’ Lulju 2026, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA appoġġa l-ħatra proposta. |
|
(5) |
Fid-29 ta’ Lulju 2026, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-Brigadier Ġeneral Irinel APOSTOLESCU jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA mis-16 ta’ Settembru 2026. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Irinel APOSTOLESCU bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA. |
|
(7) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2010 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Irinel APOSTOLESCU huwa maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mis-16 ta’ Settembru 2026.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/2010 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Settembru 2026.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
L. MANDEL VENSILD
(1) ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/610/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/2010 tal-25 ta’ Settembru 2025 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2192 (EUTM RCA/1/2025) (ĠU L, 2025/2010, 3.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2010/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2063/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)