European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6330

20.11.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.12232 – BRIDGEPOINT / BAIN CAPITAL CREDIT / NATIVE INSTRUMENTS GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6330)

1.   

Fil-11 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Bridgepoint Group Holdings Limited (“Bridgepoint”, Ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Bridgepoint Group plc (Ir-Renju Unit),

—

Bain Capital Credit L.P. (“Bain Capital Credit”, l-Istati Uniti), li tappartjeni għall-grupp Bain Capital Credit Group (l-Istati Uniti),

—

Native Instruments Group GmbH (“Native Instruments Group”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata minn Francisco Partners Management, L.P. (l-Istati Uniti),

Bridgepoint u Bain Capital Credit se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Native Instruments Group.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Bridgepoint hija investitur privat li tinvesti fit-tkabbir tas-suq, li tispeċjalizza fl-ekwità privata, l-infrastruttura u l-kreditu privat,

—

Bain Capital Credit hija speċjalista tal-kreditu li tinvesti fl-oqsma kollha tal-kreditu u fi strateġiji relatati mal-kreditu, inkluż self ingranat, bonds b’rendiment għoli, prodotti strutturati, self privat tas-suq medju, soluzzjonijiet ta’ kapital personalizzati, titoli u assi f’diffikultà, self li ma jrendix, assi tanġibbli u ekwitajiet,

—

Native Instruments Group tiżviluppa u tforni għodod tas-software u tal-hardware għall-produzzjoni tal-mużika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12232 — BRIDGEPOINT / BAIN CAPITAL CREDIT / NATIVE INSTRUMENTS GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni/Directorate-General for Competition

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6330/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)