European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/798

9.11.2023

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2023/798)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Saumur”

PDO-FR-A0260-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 5.9.2023

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Żona ġeografika

Il-muniċipalitajiet taż-żona ġeografika ġew aġġornati bil-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali.

Dan ma jaffettwax il-konfini taż-żona ġeografika demarkata.

Il-punt 6 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

2.   Roqgħa tar-raba’ demarkata

Id-dati tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda tar-roqgħa tar-raba’ demarkata fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni ġew issupplimentati. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ tar-raba’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ tar-raba’, fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni, li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta kkonċernata.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

3.   Żona fil-viċinanza immedjata

Id-dati tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda tar-roqgħa tar-raba’ demarkata fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni ġew issupplimentati. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ tar-raba’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ tar-raba’, fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni, li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta kkonċernata.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

4.   Wisa’ bejn il-pjanti

Il-wisa’ minima bejn il-pjanti tnaqqas minn 1 m għal 0,90 m.

L-għan ta’ din l-emenda huwa li tiżdied id-densità tat-tħawwil tad-dwieli mingħajr ma jinbidel l-ispazjar bejn il-flanni.

Żdiedet ukoll dispożizzjoni speċjali għad-dwieli li jinsabu fuq għoljiet ta’ aktar minn 10 %, li huwa permess li jkollhom spazjar minimu bejn il-pjanti ta’ 0,80 m. L-għan ta’ din iż-żieda huwa li jitqies il-każ speċifiku tad-dwieli mħawla fuq inklinazzjonijiet immarkati, li jwassal għal żviluppi speċjali matul it-tħawwil (tħawwil parallel mal-inklinazzjoni aktar milli perpendikolari magħha).

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

5.   ŻBIR

Ir-regoli taż-żbir huma armonizzati għad-denominazzjonijiet kollha fiż-żona ta’ Anjou Saumur fil-Val de Loire.

L-għan ta’ din l-armonizzazzjoni huwa li ttejjeb l-għarfien tal-operaturi u li ttejjeb il-kontrolli. Din l-emenda tagħti wkoll lill-vitikulturi l-possibbiltà li jadattaw meta jseħħu episodji ta’ ġlata, li qegħdin iseħħu aktar u aktar tard fis-sena.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

6.   Prattiki enoloġiċi u trattamenti fiżiċi

Għall-inbejjed rożè frizzanti, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-faħam għall-użu enoloġiku tneħħiet.

Għall-inbejjed bojod u rożè frizzanti, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-biċċiet tal-injam matul il-proċess tal-produzzjoni tneħħiet.

Din l-emenda se tagħmilha possibbli, fejn meħtieġ, li jiġu ttrattati ċerti kontaminazzjonijiet u li tittejjeb l-istruttura tal-inbid ta’ bażi maħsub biex issirlu t-tieni fermentazzjoni fil-flixkun.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku, kif emendat.

7.   Miżuri tranżizzjonali

Il-miżuri tranżizzjonali li skadew jitħassru.

Ġiet miżjuda miżura tranżizzjonali wara li saret id-demarkazzjoni l-ġdida tal-irqajja’ f’ċerti muniċipalitajiet.

Dawn l-emendi ma jirrikjedu l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

8.   Tikkettar

Ir-regoli dwar it-tikkettar huma speċifikati u armonizzati għad-denominazzjonijiet kollha fiż-żona ta’ Anjou Saumur fil-Val de Loire. Din hija emenda purament editorjali.

Il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

9.   Referenza għall-istruttura ta’ kontroll

Il-formulazzjoni tar-referenza għall-istruttura ta’ kontroll ġiet riveduta sabiex il-formulazzjoni tiġi armonizzata mal-ispeċifikazzjonijiet l-oħra għad-denominazzjonijiet. Din hija emenda purament editorjali.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Saumur

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbejjed bojod bla gass

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed bojod bla gass huma xotti, spiss ta’ kulur isfar ċar bi sfumaturi ħadranin. Jevokaw togħma delikata. Fwieħet l-inbejjed ta’ frott u fjuri bojod spiss jispikkaw. It-togħma tagħhom toffri sensazzjoni ta’ freskezza pjaċevoli. Din il-freskezza ġejja minn ċerta aċidità li tikxef vivaċità li tagħti volum lit-togħma. L-inbejjed bojod għandhom aromi tal-frott varjati fil-palat. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 10,5 %. Il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tal-inbejjed wara l-fermentazzjoni huwa ta’ 3 grammi jew inqas għal kull litru - inqas jew ugwali għal 6 g/l jekk l-aċidità totali espressa fi grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi inqas mill-kontenut ta’ zokkor fermentabbli. L-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 % wara l-arrikkiment. Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Ewropea.

L-inbejjed ħomor għandhom ikunu mmaturati mill-inqas sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-ħsad. Il-kriterji analitiċi l-oħra jsegwu l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

12,5

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Inbejjed rożè bla gass

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed rożè bla gass għandhom kulur roża ċar. L-aromi tagħhom huma sottili u spiss jevokaw il-frott aħmar. It-togħma hija friska, ta’ frott u ddum fil-ħalq. Dawn huma nbejjed ħfief u armonjużi. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 10 %. Wara l-fermentazzjoni, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tal-inbejjed huwa: - inqas minn jew ugwali għal 3 grammi għal kull litru, - inqas minn jew ugwali għal 6 jekk il-kontenut ta’ aċidità totali espress fi grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma jkunx inqas minn 2 grammi għal kull litru mill-kontenut ta’ zokkor fermentabbli. L-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 % wara l-arrikkiment. Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Ewropea, iżda kull lott ta’ nbid mhux ippakkjat eliġibbli għat-terminu “primeur” jew “nouveau” għandu aċidità volatili ta’ mhux aktar minn 10,2 milliekwivalenti għal kull litru. Il-kriterji l-oħra jsegwu l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Inbejjed ħomor bla gass

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed ħomor spiss ikunu lewn ir-rubin, kultant bi sfumaturi ta’ aħmar skur. Ir-riħa tagħhom, friska u qawwija, tista’ tevoka aromi ta’ frott (frawli, lampun, ċirasa, eċċ.) b’noti ta’ ħwawar, ta’ annimali jew ftit affumikati. It-togħma tal-inbejjed spiss tevoka noti qawwija ta’ frott u t-tannini ġeneralment ikunu bellusin u rotob. Pjaċevoli anke qabel jitqaddmu, jistgħu jitqaddmu għal xi snin biex iżidu l-kumplessità. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 10,5 %. Issir fermentazzjoni malolattika għall-inbejjed ħomor. Il-lottijiet tal-inbid aħmar lesti biex ikunu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew fl-istadju tal-ippakkjar, ikollhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi jew inqas għal kull litru. Wara l-fermentazzjoni, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tal-inbejjed huwa stabbilit għal 3 grammi għal kull litru jew inqas. L-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 % wara l-arrikkiment. Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Ewropea. L-inbejjed ħomor għandhom ikunu mmaturati mill-inqas sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-ħsad. Il-kriterji l-oħra jsegwu l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame huma nbejjed ħomor, prodotti prinċipalment mill-varjetà tal-għeneb cabernet franc N, li ġeneralment ikollhom kulur qawwi u joffru kumplessità aromatika akbar. In-noti tal-frott jevokaw frott aħmar misjur ħafna, u anke frott iswed. It-togħma ta’ dawn l-inbejjed li jitjiebu maż-żmien hija strutturata ħafna. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 12 %. Issir fermentazzjoni malolattika għall-inbejjed ħomor. Il-lottijiet tal-inbid aħmar lesti biex ikunu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew fl-istadju tal-ippakkjar, ikollhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi jew inqas għal kull litru. Wara l-fermentazzjoni, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) tal-inbejjed huwa stabbilit għal 3 grammi għal kull litru jew inqas. Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Ewropea. L-inbejjed li jistgħu jkollhom id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame għandhom jitqaddmu mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. Il-kriterji l-oħra jsegwu l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Inbid frizzanti ta’ kwalità

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità huma bojod jew rożè. Il-bżieżaq fini u abbundanti tagħhom jiffurmaw kullani twal. L-aromi tagħhom spiss u b’mod sottili jevokaw il-frott, il-fjuri bojod u l-għaġina. L-istess eleganti tiddomina fil-palat, fejn hemm sensazzjoni pjaċevoli ħafna ta’ freskezza. Il-karatterizzazzjoni tal-kulur għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità ma hijiex rilevanti għal din id-denominazzjoni. Ir-regoli tal-produzzjoni għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod jew rożè huma identiċi u jagħtu espressjonijiet simili ħafna. L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 9,5 %. L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità li ma kellhom l-ebda arrikkiment għandhom qawwa alkoħolika massima skont il-volum ta’ 12 % u kontenut ta’ zokkor fermentabbli wara l-fermentazzjoni ta’ 24 g/l jew inqas. L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità li jkunu ġew arrikkiti għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli wara l-fermentazzjoni ta’ 5 g/l jew inqas. L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità, wara l-arrikkiment, ma għandux ikollhom qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 11,6 %. L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità, wara l-arrikkiment tal-most, wara l-formazzjoni tar-ragħwa u qabel iż-żieda tal-likur tad-dożaġġ, ma għandux ikollhom qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 13 %. Il-kriterji l-oħra jsegwu l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.    Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Densità tat-tħawwil - Wisa’

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Dawn id-dwieli għandhom spazjar bejn ir-ringieli ta’ 2,50 metru jew aktar u spazjar bejn il-pjanti fl-istess ringiela ta’ inqas minn 0,90 metru.

Il-ħsad tal-għeneb huwa eliġibbli għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jekk jiġi minn irqajja’ tal-vinji bi spazjar bejn il-pjanti fl-istess flann ta’ inqas minn 0,90 metru iżda daqs 0,80 metru jew aktar u meta jkun fuq inklinazzjonijiet ta’ aktar minn 10 %.

Il-vinji b’densità ta’ tħawwil inqas minn 4 000 pjanta għal kull ettaru iżda li jkollhom 3 300 pjanta jew aktar għal kull ettaru huma eliġibbli, għall-ħsad tagħhom, għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata diment li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet relatati mar-regoli dwar it-tħarriġ mal-kannizzata u l-għoli tal-weraq stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-ispazjar bejn il-flanni ta’ dawn id-dwieli ma jistax ikun aktar minn 3 metri, u l-ispazjar bejn il-pjanti fl-istess flann irid ikun inqas minn metru.

Prattika tal-kultivazzjoni

Biex ikunu eliġibbli għad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame, il-vinji jrid ikollhom densità minima tat-tħawwil ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru. Dawn id-dwieli għandhom spazjar bejn ir-ringieli ta’ 2,20 metru jew aktar u spazjar bejn il-pjanti fl-istess ringiela ta’ inqas minn 0,90 metru. L-irqajja’ tal-art tad-dielja li għandhom spazjar bejn il-pjanti fl-istess flann ta’ inqas minn 0,90 metru iżda ta’ 0,80 metru jew aktar, u li l-inklinazzjoni tagħhom hija iktar minn 10 %, huma eliġibbli għad-Denominazzjoni tal-Oriġini Kkontrollata għall-ħsad tagħhom.

2.   Regoli dwar iż-żbir tad-dwieli u t-tħarriġ tagħhom mal-kannizzata

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-dwieli jinżabru, jew żbir qasir, żbir twil jew żbir imħallat, f’konformità mar-regoli dettaljati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jispeċifikaw, għal kull varjetà u għal kull tip ta’ nbid, l-għadd massimu ta’ rimjiet għal kull pjanta.

L-għoli tal-weraq marbutin għandu jkun mill-inqas 0,6 darbiet l-ispazjar bejn ir-ringieli, bl-għoli tal-weraq marbutin jitkejjel mit-tarf l-aktar baxx tal-weraq, li għandu jkun mill-inqas 0,40 metru ’l fuq mill-art, u l-ogħla tarf ta’ friegħi miżbura, li għandu jkun mill-inqas 0,20 metru ’l fuq mill-ogħla fil tat-tħarriġ mal-kannizzata.

L-irqajja’ ta’ art tal-vinji b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 4 000 pjanta għal kull ettaru iżda ta’ 3 300 pjanta jew aktar għal kull ettaru għandhom ikunu konformi wkoll mar-regoli ta’ tħarriġ mal-kannizzata li ġejjin: l-għoli minimu tal-arbli għat-tħarriġ mal-kannizzata ’l fuq mill-art huwa ta’ 1,90 metru; it-tħarriġ mal-kannizzata jinkludi 4 livelli ta’ fili; l-għoli minimu tal-ogħla fil għandu jkun ta’ 1,85 metru ’l fuq mill-art.

3.   Tisqija

Prattika tal-kultivazzjoni

It-tisqija hija pprojbita.

4.   Prattiki enoloġiċi

Prattika enoloġika speċifika

L-użu tal-faħam għal skopijiet enoloġiċi għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè bla gass huwa pprojbit, kemm jekk waħdu kif ukoll imħallat fi preparazzjonijiet.

It-tekniki ta’ arrikkiment imnaqqas huma awtorizzati għall-inbejjed ħomor, u r-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali meta mqabbla mal-volumi użati hija stabbilita għal 10 %.

Għal inbejjed li jista’ jkollhom id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame, hija pprojbita kull operazzjoni ta’ arrikkiment.

L-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa pprojbit għal:

—

L-inbejjed bojod u rożè bla gass;

—

L-inbejjed li jista’ jkollhom id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame;

—

L-inbejjed ħomor bla gass u l-inbejjed bojod u rożè frizzanti, ħlief waqt il-produzzjoni tal-inbid.

L-inbejjed bażi maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità jistgħu jiġu prodotti bil-maċerazzjoni jew bi tneħħija tal-meraq.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi użati.

5.2.    Rendimenti massimi

1.   inbid abjad bla gass

65 ettolitru għal kull ettaru

2.   inbid rożè bla gass

69 ettolitru għal kull ettaru

3.   inbid aħmar bla gass

69 ettolitru għal kull ettaru

4.   inbid frizzanti ta’ kwalità

76 ettolitru għal kull ettaru

5.   Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame

56 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-istadji kollha tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika, li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2021:

 

Inbejjed bojod u rożè bla gass

 

Id-département ta’ Deux-Sèvres: Saint-Martin-de-Mâcon, Tourtenay

 

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Artannes-sur-Thouet, Bellevigne-les-Châteaux, Brossay, Cizay-la-Madeleine, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Distré, Doué-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné u Les Verchers-sur-Layon biss), Épieds, Fontevraud-l'Abbaye, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Parnay, Le Puy-Notre-Dame, Rou-Marson, Saint-Just-sur-Dive, Saumur, Souzay-Champigny, Turquant, Les Ulmes, Varrains, Vaudelnay

 

Id-département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, Les Trois-Moutiers

 

Inbejjed ħomor bla gass

 

Id-département ta’ Deux-Sèvres: Saint-Martin-de-Mâcon, Tourtenay

 

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Artannes-sur-Thouet, Bellevigne-les-Châteaux (għat-territorju tal-muniċipalità delegata de Brézé biss), Brossay, Cizay-la-Madeleine, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Distré, Doué-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné u Les Verchers-sur-Layon biss), Épieds, Fontevraud-l'Abbaye, Montreuil-Bellay, Le Puy-Notre-Dame, Rou-Marson, Saint-Just-sur-Dive, Saumur, Les Ulmes, Vaudelnay

 

Id-département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, Les Trois-Moutiers

 

L-inbejjed li huma eliġibbli għad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame

 

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Brossay, Doué-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Meigné u Les Verchers-sur-Layon biss), Épieds, Le Puy-Notre-Dame, Les Ulmes, Vaudelnay

 

Id-département ta’ Vienne: Berrie, Pouançay, Saint Léger-de-Montbrillais, Saix

 

Inbejjed bojod u rożè frizzanti

 

Id-département ta’ Deux-Sèvres: Brion-près-Thouet, Loretz-d’Argenton, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Mauzé-Thouarsais biss), Tourtenay, Val en Vignes (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul, Cersay u Saint-Pierre-à-Champ biss)

 

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Bellevigne-les-Châteaux, Brissac Loire Aubance (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Chemellier biss), Brossay, Cernusson, Cizay-la-Madeleine, Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou, Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Gennes-Val-de-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil biss), Lys-Haut-Layon, Montilliers, Younuil-Bellay, Montsoreau, Parnay, Passavant-sur-Layon, Le Puy-Notre-Dame, Rou-Marson, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saumur, Souzay-Champigny, Terranjou (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Martigné-Briand biss), Tuffalun (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Ambillou-Château biss), Turquant, Les Ulmes, Varrains, Vaudelnay

 

Id-département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, Les Trois-Moutiers

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Cabernet franc N

 

Cabernet-Sauvignon N

 

Chardonnay B

 

Chenin B

 

Gamay N

 

Grolleau N

 

Grolleau gris G

 

Pineau d’Aunis N

 

Pinot noir N

 

Sauvignon B - Sauvignon blanc

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona ġeografika tinsab fil-Lbiċ estrem tal-Baċir ta’ Pariġi, fejn is-substrat Mesożojku u Ċenożojku jgħatti s-saff Prekambrijan u Paleożojku mwaħħal mal-Massif Armorikan. Din il-karatteristika ġeoloġika partikolari tiddistingwi ż-żona ġeografika, immarkata bil-preżenza ta’ ġibs tat-tufa (Saumur) li lokalment jissejjaħ “Anjou blanc”, u mir-reġjun li jinsab fil-Punent (Angers), immarkata bil-preżenza tax-shale, b’mod partikolari tal-lavanja, li lokalment jissejjaħ “Anjou noir”.

Iż-żona ġeografika hija kkonfinata fit-Tramuntana mil-Loire, u l-Wied ta’ Thouet u t-tributarju tiegħu d-Dive jaqsmuha min-Nofsinhar għat-Tramuntana. Dan in-network idrografiku fforma l-pajsaġġ f’serbut għoljiet b’diversi espożizzjonijiet li l-altitudni tagħhom tvarja minn 40 metru sa 110 metri.

Il-pajsaġġ huwa kkaratterizzat mill-kultivazzjoni tad-dwieli, li kkolonizzat l-espożizzjonijiet favorevoli filwaqt li ppreservat, fil-quċċata tal-għoljiet, formazzjonijiet forestali fejn jiddominaw il-ballut u s-siġar tal-qastan. Fil-qalba tal-irqajja’ tal-art tal-vinja, hemm xaft tal-ventilazzjoni għall-kavitajiet enormi li kienu jintużaw biex jiġi estratt il-ġebel biex jinbnew id-djar, li kienu sfruttati mill-azjendi agrikoli tal-faqqiegħ u issa jintużaw bħala mħażen għat-tqaddim u l-ħażna tal-inbejjed.

Il-klima tar-reġjun ta’ Saumur hija oċeanika. Il-massifs ta’ Mauges, li jinsabu fil-Punent taż-żona ġeografika, jikkwalifikaw din il-karatteristika oċeanika b’effett foehn. L-ammont ta’ xita annwali jvarja bejn 550 millimetru u 600 millimetru u jikkaratterizza żona protetta mir-riħ umdu, filwaqt li taqbeż it-800 millimetru fuq l-għoljiet ta’ Mauges. Din id-differenza fix-xita hija saħansitra aktar immarkata matul iċ-ċiklu veġetattiv tal-vinja, speċjalment minn Ġunju sal-perjodu tal-ħsad. It-temperaturi medji annwali huma relattivament għoljin (madwar 12 °C). Il-Loire u t-tributarji tagħha għandhom ukoll post prominenti peress li jaqdu r-rwol ta’ regolatur tat-temperatura.

Fil-klima ta’ Saumur, il-formazzjonijiet ġeopedoloġiċi tat-Turonjan Nofsani u ta’ Fuq, il-Ġurassiku, is-Senonjan u l-Eoċen għamluha possibbli li jrabbu l-għeruq il-varjetajiet tal-għeneb chenin B u cabernet franc N, varjetajiet tal-għeneb essenzjali għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor mir-reġjun ta’ Saumur. F’altitudni ta’ aktar minn 40 metru, dawn il-formazzjonijiet jipprovdu provvista moderata ta’ ilma u jsaħħu d-dwieli, li jiżguraw sajran perfett tal-għeneb li jippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor u bojod b’aromi varjati ta’ frott.

Il-varjetajiet tal-għeneb, prinċipalment chenin B u cabernet franc N, flimkien ma’ dawn il-kundizzjonijiet favorevoli tal-ambjent fiżiku, għenu fl-iżvilupp ta’ metodi tal-produzzjoni speċifiċi. Il-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed issir f’ħamrija baxxa li tisħon aktar malajr, biex b’hekk tiġi żgurata maturità fenolika eċċellenti tal-għeneb biex jinkisbu nbejjed aromatiċi. Tul il-ġenerazzjonijiet, il-produtturi żviluppaw għarfien espert li huwa rifless fil-kontroll tar-rendimenti, fiż-żbir xieraq u fil-ħsad fi stadju ta’ maturazzjoni ottimali.

Tingħata attenzjoni partikolari għall-vinifikazzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, li jsiru bil-mod f’kundizzjonijiet kostanti ta’ dawl, ta’ umdità tal-arja u ta’ temperatura, bħalma jistgħu jiġu osservati fil-kantini taħt l-art imħaffra fil-ġibs tat-tufa, u li għaldaqstant joħorġu l-kwalitajiet organolettiċi kollha tal-inbejjed bojod u ħomor, b’mod partikolari billi jippreservaw il-kumplessità aromatika tagħhom u, fil-każ tal-inbejjed ħomor, billi jippromwovu espressjoni tannika ratba u bellusija.

Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame ġiet rikonoxxuta fl-2007, b’demarkazzjoni partikolari tal-irqajja’ u regoli tal-produzzjoni rigorużi (żbir iqsar u firda obbligatorja). Dawn l-irqajja’ tal-art kollha jinsabu fuq għoljiet u għandhom ħamrija tat-tafal u tal-ġir, u b’hekk jiżguraw konċentrazzjoni ottima ta’ antoċjanini u prekursuri tal-aromi fl-għeneb, li tagħti kulur qawwi lill-inbejjed u tippermetti l-iżvilupp ta’ aromi ta’ frott misjur u anke ta’ frott iswed.

Il-kontenut għoli naturali taz-zokkor tal-għeneb maħsub għall-vinifikazzjoni għall-imsemmija denominazzjoni ġeografika addizzjonali jagħmel inutli kull operazzjoni ta’ arrikkiment. Madankollu, huwa meħtieġ perjodu ta’ tqaddim, mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, kif imsemmi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għall-ibbilanċjar tat-tannini ta’ dawn l-inbejjed imsejħa “tuffe”.

L-irqajja’ tal-art maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè jinsabu fuq ħamrija tat-tafal u tal-ġir jew tat-tafal taż-żnied li tisħon bil-mod minħabba li hija aktar fonda mill-ħamrija maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor bla gass u b’hekk twassal għal akkumulazzjoni aktar baxxa ta’ zokkor fl-għeneb, li jikkontribwixxi għall-freskezza u l-ħeffa tal-inbid.

8.1.    Inbejjed frizzanti ta’ kwalità

Il-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità ssir fl-istess kuntest bħal dik tal-inbejjed rożè bla gass, u spiss tiffavorixxi l-ħamrija tat-tafal u tal-ġir jew tat-tafal taż-żnied aktar fonda. Il-produtturi setgħu josservaw li l-inbejjed ippakkjati u maħżuna fil-kantini setgħu jiġu soġġetti għal fermentazzjoni mill-ġdid fl-aħħar tax-xitwa. Il-padrunanza empirika ta’ din it-“tieni fermentazzjoni spontanja” l-ewwel wasslet għall-produzzjoni ta’ nbejjed “semifrizzanti”, b’mod partikolari bil-varjetà ta’ għeneb chenin B. Din il-varjetà ta’ għeneb li ddum biex issir, imħawla fil-kundizzjonijiet ambjentali ta’ Saumur, tiżviluppa kapaċitajiet ippruvati għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti friski bi bżieżaq fini u aromi ta’ frott, fjuri u għaġina. Dawn il-kapaċitajiet ilhom jiġu sfruttati mill-bidu tas-seklu 19, bil-padrunanza tat-“tieni fermentazzjoni fil-flixkun” għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità.

Tingħata attenzjoni partikolari għall-ħsad sabiex jiġu żgurati l-maturità ottima u bilanċ tajjeb taz-zokkor/aċidità meħtieġ biex tiġi ggarantita l-freskezza, biex jifforma ammont tajjeb ta’ ragħwa u għal potenzjal tajjeb ta’ tqaddim. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ kantini taħt l-art, b’mod partikolari fil-qalba tal-“Anjou blanc”, hija fattur favorevoli għall-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, li jeħtieġu żoni kbar ta’ ħażna u tqandil f’kundizzjonijiet ideali ta’ dawl, umdità u temperatura. Din ir-rigorożità u dan l-itinerarju tekniku ġew applikati għall-varjetajiet ta’ għeneb iswed, biex tinkiseb produzzjoni aktar limitata ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità rożè.

Abbażi tal-esperjenza miksuba tul aktar minn seklu, il-produtturi tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għandhom għarfien espert perfett tal-kompożizzjoni tal-cuvées tagħhom. It-tqaddim fuq il-karfa għal mill-inqas 9 xhur jgħin biex tiġi żviluppata l-kumplessità tal-inbejjed.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Żona fil-viċinanza immedjata (1)

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita minn deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni ta’ nbejjed rożè bla gass, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim ta’ nbejjed bojod u ħomor bla gass li jistgħu jkunu eliġibbli, jew le, għad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni, it-tqaddim u l-ippakkjar ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2021:

 

Inbejjed bojod u rożè bla gass

 

Id-département ta’ Deux-Sèvres: Brion-près-Thouet, Loretz-d’Argenton, Louzy, Plaine-et-Vallées (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Oiron biss), Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Mauzé-Thouarsais, Sainte-Radegonde u tal-muniċipalità qadima ta’ Thouars biss), Val en Vignes (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul, Cersay u Saint-Pierre-à-Champ biss)

 

Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil

 

Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis-Saint-Géréon (għat-territorju tal-muniċipalità l-qadima ta’ Ancenis biss), Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz biss), Vallet

 

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon, Blaison-Saint-Sulpice, Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance, Cernusson, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou biss), Cléré-sur-Layon, Denée, Dénezé-sous-Doué, Doué-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Montfort u Saint-Georges-sur-Layon biss), Les Garennes-sur-Loire, Gennes-Val-de-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil biss), Huillé-Lézigné (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Huillé biss), Ingrandes-Le Fresne sur Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata l-qadima ta’ Ingrandes biss), Jarzé Villages (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois biss), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon Mauges-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay biss), Mazé-Milon (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon biss), Montilliers, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels, La Varenne biss), Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rives-de-Loir-en-Anjou, Rochefort-sur-Loire, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Terranjou, Tuffalun, Val-du-Layon, Varennes-sur-Loire, Verrie, Verrières-en-Anjou

Żona fil-viċinanza immedjata (2)

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita minn deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni ta’ nbejjed rożè bla gass, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim ta’ nbejjed bojod u ħomor bla gass li jistgħu jkunu eliġibbli, jew le, għad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni, it-tqaddim u l-ippakkjar ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2021:

 

Inbejjed ħomor bla gass

 

Id-département ta’ Deux-Sèvres: Brion-près-Thouet, Loretz-d’Argenton, Louzy, Plaine-et-Vallées (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Oiron biss), Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Mauzé-Thouarsais, Sainte-Radegonde u tal-muniċipalità qadima ta’ Thouars biss), Val en Vignes (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul, Cersay u Saint-Pierre-à-Champ biss)

 

Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil

 

Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis-Saint-Géréon (għat-territorju tal-muniċipalità l-qadima ta’ Ancenis biss), Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz biss), Vallet

Żona fil-viċinanza immedjata (3)

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon, Bellevigne-les-Châteaux (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chacé u Saint-Cyr-en-Bourg biss), Blaison-Saint-Sulpice, Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance, Cernusson, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou biss), Cléré-sur-Layon, Denée, Dénezé-sous-Doué, Doué-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Montfort, Saint-Georges-sur-Layon biss), Les Garennes sur Loire, Gennes-Val-de-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil biss), Huillé-Lézigné (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Huillé biss), Ingrandes-Le-Fresne sur Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes biss), Jarzé Villages (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois biss), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon, Mauges-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay biss), Mazé-Milon (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon biss), Montilliers, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne biss), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rives-de-Loir-en-Anjou, Rochefort-sur-Loire, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou, Tuffalun, Turquant, Val-du-Layon, Varennes-sur-Loire, Varrains, Verrie, Verrières-en-Anjou

Żona fil-viċinanza immedjata (4)

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame

 

Id-département ta’ Deux-Sèvres: Brion-près-Thouet, Loretz-d’Argenton, Louzy, Plaine-et-Vallées (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Oiron biss), Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Mauzé-Thouarsais, Sainte-Radegonde u tal-muniċipalità l-qadima ta’ Thouars biss), Tourtenay, Val en Vignes (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul, Cersay u Saint-Pierre-à-Champ)

 

Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil

 

Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis-Saint-Géréon (għat-territorju tal-muniċipalità l-qadima ta’ Ancenis biss), Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz biss), Vallet

 

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon, Bellevigne-les-Châteaux (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chacé u Saint-Cyr-en-Bourg biss), Blaison-Saint-Sulpice, Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance, Cernusson, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou biss), Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Doué-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Forges, Montfort u Saint-Georges-sur-Layon biss), Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes-sur-Loire, Gennes-Val-de-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil biss), Huillé-Lézigné (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Huillé biss), Ingrandes-Le-Fresne sur Loire (għat-territorju tal-muniċipalità l-qadima ta’ Ingrandes biss), Jarzé Villages (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois biss), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon, Mauges-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay biss), Mazé-Milon (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon biss), Montilliers, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Rives-de-Loir-en-Anjou, Rochefort-sur-Loire, Rou-Marson, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Saumur, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou, Tuffalun, Turquant, Val-du-Layon, Varennes-sur-Loire, Varrains, Verrie, Verrières-en-Anjou

 

Id-département ta’ Vienne: Curçay-sur-Dive, Glénouze, Ranton, Ternay

Żona fil-viċinanza immedjata (5)

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod u rożè

 

Id-département ta’ Deux-Sèvres: Louzy, Plaine-et-Vallées (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Oiron biss), Saint-Cyr-la-Lande, Thouars (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Sainte-Radegonde u tal-muniċipalità l-qadima ta’ Thouars biss)

 

Id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil

 

Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis-Saint-Géréon (għat-territorju tal-muniċipalità l-qadima ta’ Ancenis biss), Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz biss), Vallet

 

Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon, Blaison-Saint-Sulpice, Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brissac Loire Aubance (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien biss), Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chemillé-en-Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou biss), Chaudefonds-sur-Layon, Denée, Les Garennes-sur-Loire, Huillé-Lézigné (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Huillé biss), Ingrandes-Le-Fresne sur Loire (għat-territorju tal-muniċipalità l-qadima ta’ Ingrandes biss), Jarzé Villages (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois biss), Louresse-Rochemenier, Mauges-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay biss), Mazé-Milon (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon biss), Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne biss), La Possonnière, Rives-de-Loir-en-Anjou, Rochefort-sur-Loire, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Terranjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes u Notre-Dame-d'Allençon biss), Tuffalun (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Louerre u Noyant-la-Plaine biss), Turquant, Val-du-Layon, Varennes-sur-Loire, Verrières-en-Anjou

Ippakkjar tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għandhom jiġu prodotti permezz tat-tieni fermentazzjoni fil-fliexken. Il-perjodu tal-ħażna fil-fliexken fuq il-karfa ma għandux ikun inqas minn 9 xhur, mid-data tal-ibbottiljar.

L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità jiġu prodotti u kkummerċjalizzati fil-flixkun li fih tifforma r-ragħwa, bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed mibjugħa fi fliexken b’volum ta’ 37,5 ċentilitri jew inqas jew ta’ aktar minn 150 ċentilitru.

Tikkettar

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-termini fakultattivi li l-użu tagħhom jista’, skont id-dispożizzjonijiet tal-UE, jiġi rregolat mill-Istati Membri, għandhom jinkitbu b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx ogħla, usa’ jew eħxen aktar mid-doppju tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bid-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” għall-inbejjed li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti għal din id-denominazzjoni ġeografika fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Id-daqs tal-karattri tal-isem ġeografiku “Val de Loire” ma għandux ikun akbar minn żewġ terzi, fl-għoli jew fil-wisa’, tad-daqs tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

Denominazzjoni ġeografika addizzjonali

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Saumur jista’ jiġi segwit bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Puy-Notre-Dame għall-inbejjed li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti għal din id-denominazzjoni ġeografika fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-inbejjed bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Puy-Notre-Dame” iridu bilfors ikollhom indikazzjoni tas-sena. L-indikazzjoni tas-sena hija riżervata għall-inbid magħmul 100 % mill-ħsad tas-sena msemmija.

It-terminu “primeur” jew “nouveau”

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bit-terminu “primeur” jew “nouveau” għall-inbejjed bla gass li jissodisfaw ir-rekwiżiti partikolari stabbiliti għal dawn it-termini fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-inbejjed bit-terminu “primeur” jew “nouveau” bilfors irid ikollhom indikazzjoni tas-sena.

Unità ġeografika iżgħar

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit supplimentari:

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikkettar tal-inbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, sakemm:

—

din tkun post irreġistrat;

—

din tidher fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-isem tal-post irreġistrat għandu jiġi stampat f’karattri li ma jkunux akbar, sew fl-għoli jew fil-wisa’, minn nofs id-daqs tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

L-għeneb irid jiġi 100 % mill-unità ġeografika speċifikata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-f4c206bf-a7d3-491f-a16b-36208e5ff72e


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/798/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)