31990R1265



Official Journal L 124 , 15/05/1990 P. 0034 - 0034
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0184
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0184


Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1265/90

tal-14 ta' Mejju 1990

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għotja permezz ta' stedina għal offerta ta' għajnuna għal butir konċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3879/89 [2], u partikolarment Artikolu 7a (3) tiegħu,

Billi, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 [3], tingħata għajnuna għall-butir konċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità; billi għandu jiġi speċifikat li l-għajnuna għandha tingħata għal butir konċentrat li jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness ma' dak ir-Regolament; billi, għal raġunijiet ta' imparzjalità, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 429/90;

Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 429/90 huwa hawnhekk sostitwit b'dan li ġej:

"1. Għandha tingħata għajnuna għall-butir konċentrat prodott fi stabbiliment approvat skond Artikolu 9 u magħmul jew mill krema jew mill-butir fabbrikati fil-Komunità, meta dan il-butir jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness ma' hawnhekk, sakemm fil-każ tal-butir, dan tal-aħħar ma kienx is-suġġett ta' xiri minn aġenziji tal-intervent jew ta' ħażna privata. Il-butir konċentrat għandu jkun maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Marzu 1990.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Mejju 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 378, tas-27.12.1989, p. 1.

[3] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8.

--------------------------------------------------