Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċizjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2005, li tirrifjuta li tagħti l-aċċess għal ċerti dokumenti li jirrigwardaw il-laqgħa tal-grupp ta’ xogħol ta’ Settembru 2004 tas-sezzjoni “Nomenklatura tariffarja u tal-istatistika (mekkanika/varji)” tal-kumitat tal-kodiċi doganali.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2005 hija annullata sa fejn tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti “TAXUD/1369/2003”, dwar ċinema fid-dar, “TAXUD/974/2004”, dwar vetturi mħalltin, “TAXUD/1342/2003”, “TAXUD/2465/2004” u “TAXUD/2495/2004”, dwar unitajiet tal-provvista ta’ enerġija stabbilizzata, “XXI/770/1998”, dwar magni awtomatiċi ta’ trattament tal-informazzjoni inkompleta, u dwar il-minuti tal-laqgħa ta’ Settembru 2004 tal-grupp ta’ xogħol tas-sezzjoni “Nomenklatura tat-tariffa u statistika (mekkanika/varji)” tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali (dokument “TAXUD/3010/2004 – Anness V”).

2) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kumplament.

3) Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn P. Muñiz.