|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1229
tal-11 ta’ Lulju 2022
li temenda d-Deċiżjonijiet 2014/312/UE, 2014/391/UE, 2014/763/UE, (UE) 2016/1332 u (UE) 2017/176 fir-rigward tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati
(notifikata bid-dokument C(2022) 4739)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprevedi li l-Ekotikketta tal-UE tista’ tiġi mgħotija lill-prodotti li jħallu impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. Se jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta’ prodotti. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/312/UE (2), il-Kummissjoni stabbiliet kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “żebgħa u verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/391/UE (3), il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “saqqijiet tas-sodda”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fit-28 ta’ Lulju 2022. |
|
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/763/UE (4), il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022. |
|
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/1332 (5), il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “għamara”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fit-28 ta’ Lulju 2022. |
|
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2017/176 (6), il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “kisi tal-art b’bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù”. Il-validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati se tiskadi fis-26 ta’ Jannar 2023. |
|
(7) |
F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE tat-30 ta’ Ġunju 2017 (7), il-Kummissjoni, flimkien mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE, ivvalutat u kkonfermat ir-rilevanza tal-gruppi ta’ prodotti msemmija hawn fuq għall-iskema tal-Ekotikketta tal-UE. |
|
(8) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE tat-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni, flimkien mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE, qiegħda timplementa soluzzjonijiet biex ittejjeb is-sinerġiji fost il-gruppi ta’ prodotti u biex iżżid l-użu tal-Ekotikketta tal-UE, inkluż ir-raggruppament tal-gruppi ta’ prodotti li huma relatati mill-qrib ma’ xulxin fejn ikun xieraq u l-iżgurar li, matul il-proċess ta’ reviżjoni, tingħata attenzjoni xierqa lill-koerenza bejn il-politiki, il-leġiżlazzjoni u l-evidenza xjentifika rilevanti tal-UE. |
|
(9) |
Biex tkompli tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari, il-Kummissjoni qed tittestja l-integrazzjoni tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEF) (8) fir-reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (9). Għalhekk huwa xieraq li l-validità tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2014/312/UE u 2014/763/UE sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq ir-reviżjoni tal-kriterji għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa ladarba l-industrija tkun iffinalizzat il-proċess ta’ reviżjoni tar-Regoli tal-Kategorija tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott għaż-żebgħa dekorattiva (10), u tiffinalizza r-reviżjoni li għaddejja tal-kriterji għall-prodotti assorbenti tal-iġjene, li qed tieħu aktar żmien milli kien ippjanat oriġinarjament, billi jiġu integrati r-riżultati tal-istudji dwar il-PEF. |
|
(10) |
Għall-istess raġuni, il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għas-saqqijiet tas-sodda, l-għamara u l-kisi tal-art b’bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù għandhom jiġu riveduti f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva u l-inizjattivi leġiżlattivi futuri relatati. Għalhekk huwa xieraq li l-validità tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2014/391/UE, (UE) 2016/1332 u (UE) 2017/176 tittawwal sal-istess data tat-tmiem sabiex il-Kummissjoni tirrevedi l-kriterji għat-tliet gruppi ta’ prodotti flimkien, f’sinerġija mal-inizjattivi leġiżlattivi li jmiss, u tgħaqqadhom flimkien jekk dan jitqies possibbli. |
|
(11) |
Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex jiġu ffinalizzati l-proċessi ta’ reviżjoni għall-gruppi kollha ta’ prodotti, u biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-suq għad-detenturi tal-liċenzji, il-perjodu ta’ validità tal-kriterji attwali u tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati jenħtieġ li jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2025 għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa, sal-31 ta’ Diċembru 2026 għas-saqqijiet tas-sodda, sal-31 ta’ Diċembru 2023 għall-prodotti assorbenti tal-iġjene u sal-31 ta’ Diċembru 2026 għall-għamara u għall-kisi tal-art b’bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet 2014/312/UE, 2014/391/UE, 2014/763/UE, (UE) 2016/1332 u (UE) 2017/176 jiġu emendati skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni 2014/312/UE
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2014/312/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “żebgħa u verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2025.”
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni 2014/391/UE
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2014/391/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “saqqijiet tas-sodda”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2026.”
Artikolu 3
Emenda għad-Deċiżjoni 2014/763/UE
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2014/763/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti assorbenti tal-iġjene”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2023.”
Artikolu 4
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2016/1332
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/1332 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “għamara”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2026.”
Artikolu 5
Emenda għad-Deċiżjoni (UE) 2017/176
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/176 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “kisi tal-art b’bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2026.”
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE tat-28 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 45).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/391/UE tat-23 ta’ Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għas-saqqijiet tas-sodda (ĠU L 184, 25.6.2014, p. 18).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/763/UE tal-24 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti assorbenti tal-iġjene (ĠU L 320, 6.11.2014, p. 46).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1332 tat-28 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-għamara (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 100).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/176 tal-25 ta’ Jannar 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-kisi tal-art b’bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù (ĠU L 28, 2.2.2017, p. 44).
(7) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355 final).
(8) https://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/policy_footprint.htm
(9) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan ta’ Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva, (COM(2020) 98 final).
(10) https://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/documents/PEFCR_Decorative%20Paints_Feb%202020.pdf