European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4362

1.8.2025

Notifika preliminari ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12053 – ALBA / BPCE / NEMO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4362)

1.   

Fit-23 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Alba NGM Co-Invest S.L.P.S (“ANCI”, Franza), ikkontrollata minn Alba Infra Funding Partners SAS (“Alba”, Franza),

—

Mirova Energy Transition 6 S.L.P. (“MET 6”, France), ikkontrollata minn BPCE SA (“BPCE”, Franza),

—

Nemo (Franza).

ANCI u MET 6 jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NEMO.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

L-ANCI huwa fond professjonali ġestit minn Alba, maniġer ta’ fond indipendenti li jinvesti, fost l-oħrajn, fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa.

—

Met 6 huwa fond ta’ investiment ġestit minn Mirova SA, kumpanija maniġerjali kkontrollata mill-BPCE. Il-BPCE huwa preżenti fil-bank lokali u fl-assigurazzjoni fi Franza. Hija attiva wkoll madwar id-dinja fil-ġestjoni tal-assi u l-ġid, u fis-settur bankarju fuq skala kbira.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża NEMO se jkunu dawn li ġejjin: pjattaforma ta’ investiment fl-Ewropa, minbarra Franza, u fil-pajjiżi tal-OECD fi proġetti relatati mal-mobbiltà b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u s-sistemi distribwiti tal-enerġija rinnovabbli.

4.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12053 — ALBA / BPCE / NEMO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

L-indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles

BELGIQUE


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4362/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)