Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU III - POLITIKA F'OQSMA OĦRA - Sezzjoni 6 - Protezzjoni tal-konsumatur - Artikolu III-235
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0105 - 0105
Artikolu III-235 1. Sabiex jiġu promossi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex jiġi assigurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa, tas-sigurtà u u ta' l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll għall-promozzjoni tad-dritt tagħhom għal informazzjoni, edukazzjoni u d-dritt li jorganizzaw ruħhom sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tagħhom. 2. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1 permezz ta': a) miżuri adottati skond l-Artikolu III-172 fil-kuntest ta' l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern; b) miżuri li jappoġġaw, jissupplimentaw u jikkontrollaw il-politika mwettqa mill-Istati Membri. 3. Il-liġi jew il-liġi kwadru Ewropea Ewropea għandha tistabbilixxi l-miżuri previsti fil-paragrafu 2 (b). Din il-liġi għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali. 4. Atti adottati skond il-paragrafu 3 m'għandhomx iżommu lil kwalunkwe Stat Membru milli jżomm fis-seħħ jew idaħħal disposizzjonijiet protettivi iktar iebsa. Dawn id-disposizzjonijiet iridu jkunu kompatibbli mal-Kostituzzjoni. Għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni. --------------------------------------------------