|
21.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8853 — AXA/CDC/Cible dans Toulon Grand Var)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 106/09)
|
1. |
Fit-13 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
AXA u CDC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-Mira kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — AXA: grupp dinji tal-assikurazzjoni attiv fil-qasam tal-assikurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u ta’ forom oħra tal-assikurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni tal-investimenti; — CDC: stabbiliment pubbliku li jwettaq attivitajiet ta’ interess ġenerali, li partikolarment jikkonsistu fil-ġestjoni ta’ fondi privati li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jixtiequ jipprovdu protezzjoni partikolari, u attivitajiet miftuħin għall-kompetizzjoni fis-setturi tal-ambjent, tal-proprjetà immobbli, tal-investiment u tal-kapital ta’ investiment kif ukoll tas-servizzi; — il-Mira: tliet lottijiet ta’ koproprjetà, li jikkonsistu f’żewġ buqijiet għall-użu kummerċjali f’ċentru kummerċjali li jinsab fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côte d’Azur. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar dan il-punt, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Jinħtieġ li dawn il-kummenti jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8853 — AXA/CDC/Cible dans Toulon Grand Var Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.