|
18.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/9 |
Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ta’ Żory-Rybnik
2014/C 232/10
Il-proċedura għandha x’taqsam mal-għoti ta’ konċessjonijiet għall-ipprospettar jew għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam, fiż-żona ta’ Żory-Rybnik fil-provinċja ta’ Śląskie:
|
Isem |
Nru tal-blokk |
it-tqassim tal-1992 |
|
|
X |
Y |
||
|
Żory-Rybnik |
parti mill-blokk ta’ konċessjoni Nru 390 |
242 385,73 |
470 962,96 |
|
243 155,77 |
471 323,24 |
||
|
243 219,27 |
471 596,14 |
||
|
243 453,05 |
471 633,50 |
||
|
243 057,46 |
473 936,75 |
||
|
241 751,38 |
472 910,54 |
||
|
243 440,95 |
471 696,44 |
||
L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.
L-applikazzjonijiet tal-konċessjoni jridu jitressqu fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent sa mhux aktar tard minn nofsinhar CET/CEST dakinhar meta jintemm il-perjodu ta’ 91 ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet li jaslu jingħarblu skont dawn il-kriterji:
|
(a) |
it-teknoloġija proposta għall-ħidma (50 %); |
|
(b) |
il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (40 %); |
|
(c) |
il-miżata proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri (10 %). |
Il-miżata minima għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta’ Żory-Rybnik hi:
|
1. |
fil-każ tal-ipprospettar ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam:
|
|
2. |
fil-każ ta’ esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam:
|
|
3. |
fil-każ tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam:
|
L-applikazzjonijiet jinfetħu pubblikament fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent f’nofsinhar CET/CEST tal-erbatax-il ġurnata tax-xogħol wara li tiskadi s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni se tintemm fi żmien sitt xhur wara li tiskadi s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu avviż bil-miktub bir-riżultati tal-proċedura.
L-applikazzjonijiet għandhom isiru bil-Pollakk.
L-awtorità tal-liċenzji se tagħti l-konċessjonijiet għall-ipprospettar jew għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam, lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u se tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri miegħu.
Sabiex tkun tista’ twettaq attività li tinvolvi l-ipprospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-metan mis-saffi tal-faħam fil-Polonja, il-kumpanija inkwistjoni għandu jkollha kemm id-drittijiet tal-użufrutt tal-minijieri kif ukoll konċessjoni.
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lil:
|
Il-Ministeru għall-Ambjent, |
|
id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u l-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi |
|
ul. Wawelska 52/54 |
|
00-922 Warszawa |
|
POLSKA/POLAND |
Jista’ jinkiseb aktar tagħrif minn:
|
— |
il-websajt tal-Ministeru għall-Ambjent: www.mos.gov.pl |
|
— |
|
Bl-approvazzjoni ta’:
il-Ġeoloġista Kap tal-Istat
Sławomir M. BRODZIŃSKI