Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0909 - 0909
I. IL-LEĠISLAZZJONI VETERINARJA 31999 L 0074: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad- 19 ta' Lulju 1999 li tistipula standards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ tal-bajd (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53). Sal- 31 ta' Diċembru 2009, stabbilimenti fis-Slovenja mniżżla fl-Appendiċi B ta' dan l-Anness jistgħu ikomplu jużaw gaġeġ li mhumiex konformi mal-ħtiġijiet minimi stipulati fl-Artikolu 5(1)(4) u 5(1)(5) tad-Direttiva 1999/74/KE, sakemm ikunu mill-anqas 37 ċm għolja f'mill-anqas 65 % ta' l-area tal-gaġġa u imkien ma jkunu baxxi anqas minn 33 ċm u l-pendil ta' l-art ma jaqbiżx is-16 %. Tiġieġ tal-bajd li jkunu bdew ibidu fid-data ta' l-adeżjoni jistgħu jinżammu f'gaġeġ li mhumiex konformi mal-ħtiġijiet strutturali stipulati fl-Artikolu 5(1)(1), sakemm ikollhom spazju fil-qiegħ ta' mill-inqas 450 ċm2 għal kull tiġieġa. Is-Slovenja għandha tiżgura li l-ispazju fil-qiegħminimu jikkonforma b'mod sħiħ ma' l-Artikolu 5(1)(1) fil-bidu taċ-ċiklu ġdid ta' produzzjoni u mhux aktar tard mill- 1 ta' Diċembru 2004. --------------------------------------------------